Settembru 2023 |
Tn
|
Tl
|
Er
|
Ħa
|
Ġi
|
Si
|
Ħa
|
|
|
|
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
9 |
10 |
11 |
12 |
13 |
14 |
15 |
16 |
17 |
18 |
19 |
20 |
21 |
22 |
23 |
24 |
25 |
26 |
27 |
28 |
29 |
30 |
|
|
Storja tas-Soċjeta'
140 Sena ta' Suċċessi- 1864 - Twaqqif tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. bit-thabrik tal-Kappillan Dun Vincenz Schembri u taħt id-direzzjoni tas-Surmast Luigi Carabott.
- 1866 - Mill-Orkestra mwaqqfa fl-1864, twaqqfet il-banda bl-isem "La Filarmonica Del Zurrico" liema banda kienet tieħu sehem fil-festa ta' Santa Katarina taħt it-tmexxija tas-Surmast Francesco Zammit.
- 1883 - "La Filarmonica Del Zurrico" inqassmet fi tnejn fejn waħda mill-baned iffurmati "La Filarmonica Mannarino" taħt it-tmexxija ta' Mro.Ignazio Catania kienet tieħu sehem fil-festa ta' Santa Katarina V.M.
- 1883-It-tmexxija tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. ghaddiet f'idejn il-President Zaccaria Roncalli LLD
- 1893 - It-tmexxija tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. ghaddiet f'idejn il-President Carmelo Ellul
- 1895 - Ġiet imwaqqfa l-Banda "La Concordia" taħt is-Surmast Carmelo Zammit.
- 1899- It-tmexxija tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. ghaddiet f'idejn il-President Giuseppe Vella
- 1899 - Is-Sede tal-Kazin tal-Banda kien f' numru 123 Triq Irjali taħt l-isem "Circolo Santa Caterina".
- 1900 - Il-Kumitat tac-"Circolo Santa Caterina" iddelega lis-Surmast Nikola Montebello biex jiehu hsieb l-Orkestra Santa Katarina.
- 1903-It-tmexxija tas-Soċjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. ghaddiet f'idejn il-President Antonio Mangion
- 1905- It-tmexxija tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. ghaddiet f'idejn il-President Vincenzo Grixti
- 1906 - Is-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina VM kellha kemm banda kif ukoll orkestra. Fl-assenza tas-Surmast Nikola Montebello minħabba mpenji tiegħu fin-navy, is-Surmast Francesco Zammit kien jieħu l-inkarigu minn floku.
- 1908 - It-tmexxija tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. għaddiet f'idejn il-President Giuzeppe Muscat
- 1909 - Is-Surmast Nikola Montebello kompla l-inkarigu tiegħu bit-tmexxija tal-Banda Santa Katarina VM. Il-membri ħatru lil Francesco Zammit bħala Assistent Surmast.
- 1910 - Il-Banda Santa Katarina V.M. zzanzan l-uniformi il-ġdida.
- 1912 - Is-Sede tal-Kazin mexa għal numru 20 Piazza Maggiore, Zurrieq illum "Palazz Alexandria".
- 1920- It-tmexxija tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. ghaddiet f'idejn il-President Giovanni Mallia
- 1920 - Minħabba l-emigrazzjoni l-Banda Santa Katarina ġiet mibdula f' Orkestra taħt l-isem "Orkestra Santa Katarina" bit-tmexxija tas-Surmast Ferdinandu Falzon.
- 1920 - F' Settembru l-Orkestra ħadet sehem fil-pjazza ta' Ħal-Safi fl-okkazjoni tal-inawgurazzjoni tal-qniepen.
- 1923-It-tmexxija tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. ghaddiet f'idejn il-PresidentGiuseppe Saydon P.H.C.
- 1923 - Il-Kumpanija Teatrali "La Pace" bdiet ittella' is-serati tagħha fil-Kazin tas-Soċjeta' u nafu li bejn l-1923 u l-1944, waqt l-intervalli ta' dawn is-serati kienet tieħu sehem l-"Orkestra Santa Katarina".
- 1924 - L-Orkestra Santa Katarina ħadet sehem fiċ-ċerimonja tal-pussess tal-Arċipriet Giovanni Battista Ghigo.
- 1930- It-tmexxija tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. ghaddiet f'idejn il-President Carmelo Pace
- 1930 - Mill-Minuti tas-Soċjeta' u mill-programmi tal-Kumpanija "Rossini" nafu li l-Orkestra kienet ukoll iddoqq taħt forma ta' Jazz Band.
- 1940 - L-Orkestra Santa Katarina kienet iddoqq fil-mutett tat-Tridu u fil-matutin tal-festa ta' Santa Katarina u baqgħet tieħu sehem sas-sena 1943.
- 1944 - L-Orkestra għaddiet taħt it-tmexxija tas-Surmast Espedito Deguara.
- 1946 - L-Orkestra Santa Katarina regghet giet mibdula f'Banda taħt l-isem "Banda Santa Katarina V.M."
- 1947- It-tmexxija tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. ghaddiet f'idejn il-President Anthony Zammit
- 1948- It-tmexxija tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. ghaddiet f'idejn il-President Carmelo Pace
- 1954 - Il-Banda Santa Katarina V.M. iddoqq f' Noto, Sqallija.
- 1955 - Il-Banda Santa Katarina V.M. iddoqq f' Acireale, Sqallija.
- 1956 - Jizzanzan il-Planċier Artistiku tal-Banda Santa Katarina V.M.
- 1959 - Il-Banda Santa Katarina V.M. iddoqq f' Catania, Sqallija.
- 1962- Is-Socjeta' Muzikali Santa KatarinaV.M. flimkien mal-Banda taghha taghat l-ahhar tislima lis-Sur Salvu Bugeja wara li tilef hajtu f'incident tan-Nar
- 1966- It-tmexxija tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. ghaddiet f'idejn il-President Salvu Callus
- 1971-Is-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. flimkien mal-Banda taghha taghat l-ahhar tislima lil ahwa Sinjuri Guzeppi Sammut u Karmenu Sammut wara li tilfu hajjithom f'incident fil-post tan-Nar
- 1978- Is-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. flimkien mal-Banda taghha taghat l-ahhar tislima lis-Sur Anglu Camilleri wara li tilef hajtu f'incident tan-nar
- 1979 - Tithabbar il-mewt tal-President tas-Socjeta', is-Sur Salvu Callus fejn imbaghad minfloku gie mahtur il-Preisdent Kamrenu Zerafa. Wara s-Seduta Generali tat- 28 t'Ottubru 1978, is-Socjeta' ghaddiet taht it-tmexxija tal-President Gużeppi Gauci.
- 1980 - Titwaqqaf l-Ewwel Sezzjoni Nisa fiż-Żurrieq fi ħdan is-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M.
- 1986 - Il-Banda tgħaddi taħt is-Surmast Francis Falzon.
- 1986 - Giet inawgurata is-"St.Catherine Fireworks Factory".
- 1987 - Is-Socjeta' tghaddi taht it-tmezzija tal-President David Zerafa.
- 1989 - Is-Socjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. tfakkar il-125 sena mit-twaqqif taghha. FL-istess sena l-Banda Santa Katarina V.M. ddoqq fit-Teatru Manoel.
- 1990 - Is-Socjeta' tghaddi taht it-tmexxija temporanja tal-Agent President is-Sur Joseph Saliba, fejn imbaghad gie mahtur bhala President is-Sur Gużeppi Camilleri. F'Novembru ta' din is-sena, il-Banda Santa Katarina V.M. ddoqq fit-Teatru Manoel fl-okkażjoni tal-Festa ta' Santa Cecilja.
- 1991 - Inxtara is-sede tas-Soċjeta' Mużikali Sta. Katarina V.M. A.D. 1864.
- 1992 - Titwaqqaf l-Ewwel Sezzjoni Żgħażagħ fiż-Żurrieq fi hdan is-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M.
- 1993 - Is-Socjeta' tghaddi taht it-tmexxija tal-President Charlie Schembri.
- 1997 - Il-Banda Santa Katarina V.M. iddoqq f'Bari, l-Italja.
- 1997 - Is-Socjeta' tghaddi taht it-tmexxija tal-President Anthony Bonnici.
- 2000 - Jitwaqqaf is-sotto Kumitat Armar
- 2002 - Delegazzjoni tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. f'udjenza mal-Qdusija tieghu il-Papa Gwanni Pawlu II fil-Vatikan.
- 2002 - Beda jixxandar l-ewwel radju tal-komunita' fiz-Zurrieq, Radju Santa Katarina.
- 2004 - Il-Banda Santa Katarina V.M. taghmel Gemellagg muzikali ma' "La Filarmonica Pietro Mascagni" ta' Camporgiano, provincja ta' Lucca, l-Italja.
- 2004 - Izzanzan l-Arkivju tal-Banda Santa Katarina V.M. f''Palazz Alexandria'.
- 2005 - Festi Kbar fl-1700 sena mill-Martirju tal-Patruna taghna Santa Katarina V.M.
- 2005 - Ftuh tal-mahzen il-gdid, ‘Mahzen Santa Katarina'
- 2005 - Inawgurazzjoni tal-pedestall il-gdid li fuqu ser jiqieghdu l-istatwa tal-Papa Gwanni Pawlu II flimkien ma' Santa Katarina mdawwar b'4 angli.
- 2006- Imfakkar il-50 Anniversarju mill-inawgurazzjoni tal-Plancir Artistiku tas-Socjeta'. Ghal din l-okkazjoni il-Banda Santa Katarina V.M., taht id-direzzjoni tas-surmast Francis Falzon u l-patrocinju tal-President ta' Malta, esegwiet kuncert muzikali. Wara l-President ta' Malta ipprezenta tifkira lill-erba' mill-imghallmin hajjin li hadmu l-plancier u t-tlett bandisti li daqqew fl-inawgurazzjoni ta'l-istess plancier. Il-President ta' Malta kixef irhama kommemorativa fil-kazin.
- 2007- Fl-okkazjoni tal-festa titulari f'gieh il-Padruna Santa Katarina V.M. inkixfu lapidi fil-kazin li jfakkru l-Presidenti u s-Surmastrijiet tas-Socjeta' sa mit-twaqqif tag]ha fis-sena 1864.
- 2007- Il-Banda Santa Katarina V.M. kompliet tiggedded u tikber fil-popolarita'. Din is-sena l-Banda ghamlet 22 servizz li 11 minnhom saru fiz-Zurrieq u 11 ohra barra z-Zurrieq. Ghall-ewwel darba l-Banda Santa Katarina V.M. giet mistiedna gewwa n-Nadur Ghawdex ghall-festa ta' San Pietru u San Pawl. Il-Banda Mnarja ghamlet servizz gewwa z-Zurrieq fl-okkazjoni tal-festa titulari ta' Santa Katarina V.M. Grazzi ghal hidma tas-Sotto Kumitat Banda 8 bandisti godda, (numru rekord) inghaqdu mal-Banda Santa Katarina V.M. Il-prezenza kbira ta' zghazagh fi hdan il-banda hi garanzija sabiha ghall-futur.
- 2007- Ghall-ewwel darba saret il-Lejla Katarinjana gewwa l-Pjazza Repubblika fiz-Zurrieq fejn trattat temi fuq il-Patruna taghna Sanata Katarina V.M. ta' Lixandra. Fiha jsir kant, recti kif wkoll qari ta' tifhir lil Patruna Lixandrina.
- 2007- Is-Sezzjoni Zghazagh Palmisti fi hdan is-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. fakkret gheluq il-15 -il sena mit-twaqqif taghha. Ghal din l-okkazjoni saru hafna attivitajiet kulturali u socjali. Nhar il-Hadd 19 t'Awissu 2007 il-Banda Santa Katarina V.M. ghamlet marc fit-toroq taz-Zurrieq sabiex tfakkar dan l-anniversarju ta' l-ewwel Sezzjoni Zghazagh fiz-Zurrieq. Fi tmiem il-marc is-Sezzjoni Zghazagh Palmisti pprezentaw bandiera gdida li ttellghet ma' l-arblu principali.
- 2007 - Is-Socjeta' tghaddi taht it-tmexxija tal-President Charles Schembri.
- 2007-Is-Socjeta Muzikali Santa Katarina V.M.Flimkien mal-ferghat taghha u L-Banda Santa Katarina V.M. tat l-ahhar tislima lis-Sur Nazzareno Barbara u lis-Sur Alfred Cassar wara li tilfu hajjithom f'incident fis-St. Catherine Fireworks Factory.
- 2008 - Thabbret il-mewt tas-Surmast Direttur Mro. Francis Falzon. Is-Socjeta Muzikali Santa Katarina V.M. ippartecipat ghall-funeral tas-Surmast Direttur Falzon flimkien mal-Banda taghha ghall-ahhar tislima lis-surmast taghha.
- 2008 - F'Dicembru il-Banda Santa Katarina V.M. ghaddiet taht idejn is-Surmast Mro. Mario Testa u filwaqt illi Mro. Josef Grech inhatar bhala Assistant Surmast.
- 2009 - Il-Banda Santa Katarina wettqet is-sitt safra fl-istorja taghha gewwa Budapest fl-Ungerija. Il-Banda Santa Katarina V.M. ghamlet Kuncerti Muzikali f'Halaszbastya, f'Balatonfured u quddiem l-Katidral ta' Esztergom.
- 2009 - Is-Socjeta' tghaddi taht it-tmexxija tal-President Philip Schembri.
|