Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Ottubru 2023
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1
2 3 4 5 6 7 8
9 10 11 12 13 14 15
16 17 18 19 20 21 22
23 24 25 26 27 28 29
30 31

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!

Radio Santa Katarina

  

  Radju Santa Katarina 90.6FM - A.D. 2002

Radju Santa Katarina ilu joffri s-servizz ta' xandir fil-kommunita taż-Żurrieq sa mill-Festa Titulari tal-Patruna ta' raħalna Santa Katarina V.M. tas-sena 2002.

Kien propju s-Segretarju tas-Soċjeta' s-Sur Josef Cachia li għamel proposta lill-Kumitat Ċentrali biex għall-ewwel darba il-Festa tkun imxandra fuq radju tal-kommunita tas-Soċjeta' stess.  Il-Kumitat mill-ewwel aċċetta din il-proposta fejn hemm ukoll ġie magħżul l-isem, li kif xieraq ġie msemmi għall-istess Patruna taż-Żurrieq - Radju Santa Katarina.

Dan l-ewwel radju fiż-Żurrieq wara jiem ta' trazmissjoni bi prova beda jxandar uffiċjalment  fuq il-frekwenza 90.6FM il-Ġimgħa 23 t' Awissu 2002.  Barra programmi ta' mużika u divertiment għal gosti ta' kulħadd, Radju Santa Katarina xandar ukoll l-attivitajiet kollha li saru fir-raħal marbuta mal-Festa Titulari, xandar programmi mill-pjazza waqt li l-marċ kien fil-qofol tiegħu u kif ukoll il-Funzjonijiet Liturġiċi marbuta mal-Festa, li ġew iċċelebrati fil-Knisja Matriċi u Arċipretali ddedikata lil Santa Katarina.  Barra li dan kollu ġie mxandar fil-kommunita taż-Żurrieq permezz tat-trazmissjonijiet tar-radju, saru wkoll arrangamenti sabiex l-istess xandir kien ukoll imwassal mad-dinja kollha permezz ta' l-internet.  B'hekk għad kbir ta' emigranti segwew dak kollu li kien qed jixxandar fuq Radju Santa Katarina kif ukoll il-cameras live li saru fil-pjazza u fil-Knisja Arċipretali.

Kienu bosta l-persuni membri u ammiraturi tas-Soċjeta' li mill-ewwel offrew l-għajnuna tagħhom sabiex dan ir-radju kien suċċess kbir.  Frott ta' dan is-suċċess, is-Soċjeta' baqgħet dejjem tħares il-quddiem u torganizza dan ix-xandir ta' Radju Santa Katarina kull sena fil-Festa li tiġi ċċelebrata fl-ewwel Ħadd ta' Settembru.

Ma setax jonqos li l-Festi Ċentinarji tas-sena 2005 li fakkru l-1700 Sena mill-Martiju u l-Glorifikazzjoni ta' Santa Katarina Verġni u Martri ta' Lixandra, jħajjru lill-organizzaturi tar-radju biex jorganizzaw ukoll ix-xandir fuq Radju Santa Katarina fil-Festa li ġiet iċċelebrata b'mod verament sollenni fil-25 ta' Novembru.  Ir-radju kien xandar skeda mis-Sibt 19 ta' Novembru sal-Ġimgħa 25 ta' Novembru 2005.  B'hekk Radju Santa Katarina beda jzomm l-appuntament mas-semmiegħa tiegħu darbtejn fis-sena.  Dan b'eċċezjoni għal Festa ta' Novembru 2007 li ġiet imħassra minħabba l-mewt traġġika tas-Sinjuri Nazzareno Barbara u Alfred Cassar wara l-ispluzjoni li seħħet fi St. Catherine Fireworks Factory fil-15 ta' Novembru.

Wara li ta' kull sena s-Sur Josef Cachia kien jieħu l-inkarigu li jgħaqqad it-tim ferm numeruz tar-radju, il-Kumitat Ċentrali 2007-2008 ħass li għandu jgħaqqad sotto kumitat biex ikompli jsaħħah ir-radju tas-Soċjeta'.  Fil-fatt it-Tnejn 26 ta' Mejju 2008 fil-preżenza tal-President tas-Soċjeta' s-Sur Charlie Schembri iltaqa' dan is-Sotto Kumitat għall-ewwel darba iffurmat minn Edmond Abela, Josef Cachia, Cettina Camilleri, Moses Camilleri, Josef Chetcuti, Annalisa Schembri, Kevin Schembri u Mark Tonna.

Dan ikompli jawgura ferm tajjeb għall-futur tax-xandir fuq ir-radju tal-kommunita tas-Soċjeta', Radju Santa Katarina - 90.6FM.

developed by CasaSoft