Minn Kien Il-Marjani
Minn Kien Il-Marjani
Mariano jew Maruzzo Gerada twieled Hal-Tarxien fis-7 ta' Mejju 1766 bin Antonio
u Tereza mwielda Mifsud, it-tieni minn erba' subien. Ma' kienx ta' skola kbira, iżda kien jinqeda jikteb u jaqra bl-ilsien taljan. F'żgħożitu bejn is-sbatax u d-disa' u għoxrin sena (1783-1795), Gerada kien imsiefer, probabilment fi Spanja, fejn il-familja kellha rabtiet kbar, u fejn go Valencia l-artist tħarreġ fil-karriera ta' skultur. Għalkemm twieled Hal-Tarxien, mill-1803 ‘il-quddiem, il- Mariani għex u ħadem Bormla. Wieħed mix-xogħolijiet ewlenin tiegħu kienet il-var proċessjonali tal-
Madonna tal-Grazzja f'Haż-Żabbar (c.1797), u l-istatwa stradali tant sabieħa tal-istess Madonna tal-Grazzja fi Triq is-Santwarju fl-istess raħal (c.1801). F'Jannar tal- 1803 imbagħad, il-prokuratur tar-Rużarju tal- Knisja tas-Siġġiewi ordna l-vara proċessjonali tal-Madonna tar-Rużarju li tlestiet sentejn wara fl-1808. L-iskultur kellu f'idejh il-kummisjoni għall-vara ta' Santa Marija ta; Ħal-Għaxaq. Ta' Gerada huma wkoll l-iljun u Żiemel fil
funtana ta' fuq San Gwann il-Belt (1820), u l-Arma Rjali li kien hemm fuq Bieb il-Belt. F'Bormla il-Marjani ħadem il-fonti battesmali (1814), u l-vara ta' San Mikiel (1819), filwaqt li matul l-1822 kien beda l-istatwa tal-ġebel ta' Santu Rokku fil-pjazza tal-Qrendi, li tlestiet wara mewtu mill-alliev tiegħu Pietro Paolo Azzopardi. F'Għawdex, il-knisja tal-Għarb għandha Ecce Homo xogħol Mariano Gerada, filwaqt li x-Xewkija għandhom xogħol u opri jirraprezentaw lill-Sant' Elija. L-iskultur ħadem wkoll bosta xogħolijiet u opri ohra li l-verita tagħhom għad trid titfaċċa biż-żmien. Iżda Gerada kien ikun mgħobbi dejjem bix-xogħol għaliex hu ta' sikwiet kien jaħdem kummisjonijiet zgħar ġewwa d-diar u l-knejjes ta' pajjiżna. Fl-istorja artistika ta'Malta, Gerada jitqies bhala l-aqwa statwarju wara Melchiorre Gafa (1635-1667), u x-xogholijiet tieghu , fl-injam u l-gebla Maltija, l-iktar statwi u vari proċċessjonali, huma karatterizzati minn livell artistiku għoli u minn certa grazzja, raffinamenti u kurvaturi mill-aktar armonjuzi. Mariano Gerada miet ġuvni fl-eta ta' 57 sena nhar l-24 ta' Jannar 1828, wara marda qallila, u ndiffen fil-knisja parrokkjali ta' Bormla. L-esekutur testamentarju tieghu kien neputih, Antonio Gerada (1803-1877), li wiret il-bottiega ta' żijuh, u kellu, jieħu ħsieb tal- kommissjonijiet u pagamenti li kien għad hemm pendenti. L-arti tal-Marjani ma mietitx miegħu. Fil ħanut tiegħu Gerada kien ħarreġ tlett skulturi Maltin, Alessandru Farrugia, Pietru Pawl Azzopardi u Salvatore Psaila u li tlieta għamlu isem fl-istorja artistika ta' pajjiżna.