Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Mejju 2023
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1 2 3 4 5 6 7
8 9 10 11 12 13 14
15 16 17 18 19 20 21
22 23 24 25 26 27 28
29 30 31

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!

Il-Banda Sta. Katarina V.M. f'Ġemellaġġ Mużikali Ġewwa Lucca

Wara li l-Banda Santa Katarina taż-Żurrieq marret iddoqq tliett darbiet ġewwa Sqallija fis-snin ħamsin, eżattament ġewwa Noto, Acireale u Catania u aktarPoster riċenti ġewwa Bari fl-1997, din is-sena reġgħet ġiet mistiedna sabiex tmur iddoqq ġewwa l-Italia. Din l-istedina se tieħu l-Banda Santa Katarina lejn in-nord ta' l-Italia, eżattament ġewwa Camporgiano, villaġġ żgħir fil-kampanja provinċja ta' Lucca, li tinsab fil-qalba tat-Toscana, li huwa l-iktar reġjun Taljan sinjur għall-Arti u l-Kultura.

Novita' assoluta fiż-Żurrieq huwa l-fatt li l-Banda Santa Katarina se tkun qiegħda tagħmel Ġemellaġġ mużikali storiku ma' La Filarmonica Pietro Mascagni, banda Taljana mir-raħal ta' Camporgiano. Dan ifisser li l-Banda Santa Katarina se tkun mistiedna ddoqq ġewwa l-Italia f'Lulju fl-okkazjoni tas-26 Edizzjoni tal-Laqgħa tal-Baned. Wara l-banda Taljana se tkun mistiedna tiehu sehem fil-Festa Titulari taż-Żurrieq f'ġieħ Santa Katarina Verġni u Martri. Dan l-avveniment se jkun ukoll parti minn ċelebrazzjonijiet fl-okkazjoni tal-140 sena mit-twaqqif tas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina VM fl-1864.

Ta' kull sena La Filarmonica P. Mascagni torganizza Ġemellaġġi mużikali kemm ma' baned Taljani kif ukoll ma' baned barranin. Matul dawn l-aħħar 25 sena La Filarmonica P. Mascagni għamlet ġemelaġġi ma' baned mill-Ungerija, Franza, il-Belgju, Spanja, l-Ingilterra, ir-Repubblika Ceka, l-Kanada u l-Istati Uniti. Għas-26 Laqgħa tal-Baned, La Filarmonica P. Mascagni stiednet lill-Banda Santa Katarina taż-Żurrieq għal dan il-ġemelaġġ mużikali bejn l-Italija u Malta.

titjieraGħal din l-okkażjoni s-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina taż-Żurrieq organizzat titjira 'charter' lejn Pisa. Grupp ta' tmenin partitarji se jakkumpanjaw lill-Banda Santa Katarina ġewwa l-Italia li se tkun tikkonsisti f' 60 sittin persuna bejn mużiċisti u diriġenti. Il-programm tal-Banda Santa Katarina ġewwa l-Italia se jkun jikkonsisti f'żewg marċi u programm mużikali. Minbarra La Filarmonica P. Mascagni u l-Banda Santa Katarina se jieħdu sehem wkoll żewġ baned oħra Taljani mit-Toscana.

Il-Banda Santa Katarina hija kburija li għal darba oħra se tirrapreżenta lil Malta barra minn xtutna u li bil-preżenza tal-banda Taljana fil-festa ta' Santa Katarina ġewwa ż-Żurrieq f'Settembru 2004, se tkompli tkabbar il-livell ta' din il-festa popolari. B'dan l-avveniment il-Banda Santa Katarina qegħda tkompli miexja fuq il-passi ta' l- fundaturi u turi kemm verament għandha għal qalba t-tkabbir ta' l-arti mużikali.

 

 ftehiem ftehiem
 banda 
kumitat
 
banda
 
banda
developed by CasaSoft