Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Mejju 2023
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1 2 3 4 5 6 7
8 9 10 11 12 13 14
15 16 17 18 19 20 21
22 23 24 25 26 27 28
29 30 31

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!

Mill-Kappella Tan-Nigret Għall-Paroċċa

Mill-Kappella Tan-Nigret Għall-Paroċċa 

 

Il-vara l-ġdida kellh għalhekk tiżżanżan għall-puċissjoni tas-sena 1818. Ferħanin biha, iż-Żrieraq ħasbu wkoll biex jagħmlulha laqgħa ta' merħba. Ġie deċiż għalhekk li l-vara l-ġdida tiġi mdaħħla fil-knisja parrokkjali lejliet il-festa b'ċerimonja solenni marbuta mat-translazzjoni  tar-relikwija qabel il-primi vespri. Din it-translazzjoni saret mill-kappella tal- Kunċizjoni tan-Nigret f'tarf ir-raħal, fejn l-istatwa ġiet esposta minn xi ġranet qabel għall-ammirazzjoni tal-pubbliku. U fejn  ukoll ġiet mbierka. Il- funzjoni tmexxiet mill-kappillan Dun Carlo de Giovanni , assistit mill-kleru, mill-fratellanzi u mill-poplu tar-raħal. L-entużjażmu tant kien kbir, illi biex jiġi evitat l-inkwiet fost ir-reffiegħa , kellha tittella' x-xorti biex jaraw liema fratellanza kellha terfa' l-vara f'dik l-ewwel okkażjoni.

 

Għal dik l-okkażjoni l-kappillan de Giovanni kien ħaseb ukoll biex jikteb lill-isqof Mons. Ferdinando Mattei biex jikkonċerdi ndulġenza ta' 40 jum għal kull minn jgħid xi talba ċkejkna b'mod devot quddiem ‘...l-istatwa l-ġdida ta' Santa Katarina Titulari w Padruna u li lejha ż-Żrieraq għandhom qima kbira...'. L-isqof Mattei wieġeb nhar it-12 ta' l-istess xahar u kkonċeda l-indulċenza lil kull minn jgħid il-Missierna u s-Sliema quddiem l-istatwa. Iżda ejjew naraw x'ħallilna miktub il-kappillan de Giovanni b'tifkira ta' dak in-nhar. ‘...Lejliet il-festa qabel il-vespri, voldiri nhar l-24 ta' Novembru tal-1818, fi żmien li Dun Carlo de Giovanni Inglott kien kappillan ta' dan ir-raħal, u wara li (l-istatwa l-ġdida) kienet ilha esposta fil-kappella tan-Nigret  minn xi ġranet qabel, bdiet ħierġa l-purċissjoni mill-knisja parokkjali , bil-parteċipazzjoni tal-fratellanzi u bil-kleru kollu u b'erba' qassisin lebsin  il-kapep. Hekk kif il-purċissjoni waslet fil-kappella msemmija, ġiet  kantata bil-mużika l-antifona ‘Veni Sponsa Christi' u sa dan it-tant il-kappillan li kien imexxi l-funzjoni bierek l-istatwa u ħabbar  l-indulġenza ta' erbgħin ġurnata, wara li kien inċensa r-relikwija meqjuma fuq l-altar, imbagħad l-istatwa.

 Il-purċissjoni mbgħad marret lura matul l-istess triq. Bl-istatwa merfugħa fuq l-ispallejn mill-fratelli ta' Santu Rokku li messhom dan il-privileġġ bix-xorti. Matul it-triq, l-istatwa twaqqfet darbtejn, kull darba titkanta l-antifona, u twaqqfet għal-aħħar darba taħt l-ark trijonfali li kien imqiegħed fi Pjazza Maggiore. Meta mbagħad il-purċissjoni daħlet il-knisja, l-vara twaqffet fin-nofs, ir-relikwija ġiet imqieghda fuq l-altar, u wara l-kappillan niseġ kelmtejn ta' merħba lill-istatwa, ingħata bidu għal għasar bil-mużika...'.  L-ambjent festiv tal-okkażjoni jwasslulhulna wkoll il-kotba tal-prokura tal-knisja li jitkellmu minn  7 skud porvli għall- isparar tal-maskli dak in-nhar li l-istatwa tbierket fin-Nigret. Il-kontijiet jitkellmu wkoll mill-ħlas lill-mużiċisti li ħadu sehem f'dik it-transolazzjoni storika u minn kiri ta' damask u self ta' xi gastri għall-okkażjoni mill-Kolleġġjata ta' San Pawl tal-Belt. Milli jidher dak in-nhar fil-għaxija l-funzjoni fil-knisja kellha tittardja, u l-prokuratur  Dun Frangisk Bonnici kellu jidħol għal-ispejjeż żejda għal aktar xema biex il-kantanti ikollhom id-dawl meħtieġ fl-għabiex ta' dak il-lejl Novembrin.

developed by CasaSoft