Inkwiet Bejn Il-Prokuraturi U L-Iskultur
Inkwiet Bejn Il-Prokuraturi U L-Iskultur
Mal-kummissjoni tal-istatwa titulari kien diga' beda il-gbir ghall-ispejjez mehtiega, u sat-30 ta' Jannar 1804 kienu ngabru ga 200 skud, (46) minn fuq donazzjonijiet ta' xi qassisin u ta' xi ftit individwi. Sa s-sajf ta' dik is-sena din is-somma kompliet telghet ghal 260 skud wara xi ghotjiet ohra u gabra fit-toroq mill-kappillan. Skond il-kuntratt Gerada kellu jaqdihom sal-15 t'Ottubru 1804, izda minn dan kollu ma' sar xejn. Nahseb illi l-inkwiet kollu li nqala' bejn l-iskultur u l-prokuraturi kien gie mill-fatt illi Gerada kien ikun imghobbi b'hafna kumissjonijiet, hekk li ma'setax ilahhaq max-xoghol kollu.
Per ezempju, il-vara tal-Madonna tar-Ruzarju tas-Siggiewi, li kellha titlesta sa Settembru 1803 ma' tlestietx hlief sentejn wara fl-1805. Skont il-kuntratt ukoll, l-iskultur suppost li kellu jircievi l-ewwel 175 skud ghal nhar Santa Marija tal-1803. Izda l-ewwel pagament li ghaddielu l-kappillan Buttigieg kien dak ta' 200 skud nhar it-3 ta' Frar 1804. Xi haga tax-xoghol fuq l-istatwa nahseb li kienet inbdiet ukoll imma ma' niltaqghu ma' ebda hlas lil Gerada qabel is-7 t'Awissu 1806, meta l-istess kappillan Buttigieg ghaddielu sittin skud iehor. Imma bejn l-1806 u l-1818 jaqa' silenzju kbir fuq din il-kwistjoniu x-xoghol fuq l-istatwa jibqa' bla mitmum ghal kwazi tnax il-sena ohra. Fir-rahal f'dawk is-snin kienu nbidlu diversi affarijiet. Fl-1810 sa ma miet fl-1816, il-kappillan Buttigieg kien irtira miz-Zurrieq u l-parrocca bdiet tkun amministrata minn Vigarju Kurat, u ghall xi zmien ukoll (1812-1814) tmexxiet mill-kappillan tal-Imqabba. Kien mal-mewt ta' Butigieg fl-1816 li l-isqof Mattei hatar lill-kappillan il-gdid Dun Carlo de Giovanni Inglott, wiehed mill-aqwa sacerdoti li kellha gziritna, u li ha l-pussess disat ijiem qabel il-festa ta' Santa Katarina tal-1816.
Kienu tbiddlu wkoll il-prokuraturi tal-knisja, u bejn is-snin 1804-12, u l-1817-23 insibu fil-prokura lill-Dun Frangisk Bonnici. Sadanittant l-affari tal-istatwa kienet ghadha pendenti, u nissuspetta li kien il-kappillan il-gdid Dun Carlo de Giovanni li qabad u hall il-kwistjoni kollha. Nhar it-3 ta' April 1818 il-kappillan de Giovanni flimkien ma Dun Frangisk Bonnici u Dun Salv Magri u l-imghallem Giuseppi Said, bhala attuali procuratori harrku lill-Gerada talli kiser it-termini tal-kuntratt tal-1803, minkejja l-fatt illi l-knisja taz-Zurrieq kienet ħargitlu ġa zewg pagamenti li jimmontaw ghal 260 skud. Ic-citazzjoni harget mill-Qorti tal-Isqof u l-partijiet kienu iltaqghu nhar l-4 ta' April fejn iddefferew il-kawza ghas-7 tax-xhar; imbaghad mill-gdid ghall-11 tax-xahar ta' April. Fil-11 ta' April m'hemm ebda tracci ohra fir-registru ta' x'gara , pero' nahseb li rebah is-sens komun u l-ftehim. Fil-kawza jidher li barra l-kappilan de Giovanni laghab parti sewwa l-avukat Mattio Cachia li ddefenda l-knisja parrokjali kontra Gerada bla ebda hlas. Biex ipattu ftit l-obbligazzjoni li kellhom lejh il-prokuraturi newwlulu nofs tuzzana flixken tax-xorb.
Parti kbira biex intlahaq il-ftehem nahseb li giet minn naha tal-Kancillier tal-Kurja Dun Fortunato Dalli, sacerdot gharef li twieled u trabba z-Zurrieq, u li baqa' marbut maghna sal-ahhar, u li sahhansitra rega' baghat lura lill-Knisja taz-Zurrieq il-flus li kien suppost jithallas tul il-process tal-kawza fil-qorti. Minn April 1818 l-affarijiet bdew jiccaqalqu seww; il-gbir rega' beda jsir minn ghand diversi nies, u fit-22 ta' Ottubru 1818, il-kappillan innifsu ghamel gabra apposta fit-toroq. Fil-5 ta' Novembru 1818, il-prokuraturi Dun Frangisk Bonnici newwel 240 skud lill-Gerada, u ftit iktar tard tawh 100 skud iehor. It-tir taghhom kien illi jlesti l-vara sal-festa ta' dik is-sena, hekk li darba minnhom sa krew kaless biex imorru ghand Gerada halli jaghmlulu premura biex ilestilhom dak li tant kienu ilhom jistennew. L-istatwa tlestiet biss ftit jiem qabel il-festa tal-25 ta' Novembru 1818, izda l-hmistax il-sena ta' taqtiegh ta' qalb nahseb zgur li ntesew meta z-Zurrieq lemhu quddiemhom il-gmiel ta' vara li hadmilhom il-Marjani u li ghadha ssahhar lil kull min jaraha sa llum.-