Attivitajiet
Is-Sezzjoni Żgħażagħ ma tillimitax ruħha biss għal xi attivitajiet li jsiru fil-jiem ta’ qabel il-festa iżda matul is-sena torganizza diversi attivitajiet sabiex iservu ta’ fund raising sew għall-istess Sezzjoni sew ukoll għas-Soċjeta’. Matul is-snin ġew organizzati diversi attivitajiet fosthom is-St.Catherine Żurrieq Song Festival, Serati Varjati, Serati Teatrali (fejn rajna serati bħal Madonna ta’ Fatima, Marcellino Ħobz u Nbid, It-Tiġrija, Balbuljata bla Kunjata u oħrajn), Bazaars, BBQ’s (fosthom il-BBQ li kull sena jsir ġewwa l-Għadira), Pasta Nights, Tiġrija taż-Żwiemel, Ġranet fi Sqallija, Ballu fil-Karnival, Maratona tal-Liedna u ħafna u ħ
afna oħrajn.
Iżda ninsab ċert illi l-aktar attivita’ li baqgħet fil-qlub sew taż-Żgħażagħ kif ukoll tal-partitarji Palmisti kien il-Musical “Jisimni Katarina” illi s-Sezzjoni Żgħażagħ ippreżentat għall-ewwel darba fl-1997.
Barra minn dawn l-attivitajiet is-Sezzjoni Żgħażagħ ħarġet ukoll diversi souvenirs u C.D’s fosthom 3 settijiet ta’ marċi brijużi bil-kant, C.D “Festival Sbieħ il-Milied 2000”, C.D bil-kanzunetti tal-musical “Jisimni Katarina” u C.D. għall-festi Ċentinarji “Insellmulek Katarina”.

Attivitajiet ta' Matul is-Snin
Posters ta' Matul is-Snin