Surmast Direttur Josef Grech A.T.C.L., L.T.C.L., Dip.A.B.R.S.M., L.R.S.M.

Is-Surmast Josef Grech twieled nhar il-31 ta' Diċembru 1985, iben Catherine nee' Falzon miz-Zurrieq u John Grech mir-Rabat. Huwa ġie mgħammed fil- Parroċċa ta' Santa Katarina V.M. nhar id-9 ta' Frar 1986 mir-Reverendu Kanonku Dun Ġużepp Portelli, u mogħti l-ismijiet ta' Josef u Jonathan. Fi tfulitu, Josef kien jattendi il-MUSEUM għat-tagħlim tad-duttrina. Kien ukoll iservi ta' abbati fil-Parroċċa taż- Żurrieq u fil-Knisja ta' Santa Marija Bubaqra, fejn illum huwa jokkupa l-kariga ta' Segretarju fi hdan il-Kumitat Pastorali Bubaqra. Huwa kien jattendi l-Iskola Primarja taz-Zurrieq, l-iskola sekondarja fis-Seminarju ta' l-Arċisqof ir-Rabat, il-Junior College u l-Universita ta' Malta.
Josef beda l-ewwel studji mużikali fl-1992 fl-eta' ta' 7 snin, fil-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M. għand is-Surmast u għalliem tal-alljievi Mro. Francis Falzon L.(Mus) L.C.M., L.R.S.M. Fl-1995 huwa hareg idoqq il-klarinett mal-Banda Santa Katarina V.M. Minn dakinhar il-quddiem huwa qatt ma ħares lura u baqa jattendi b'mod regolari għall-lezzjonijiet tal-banda, kif ukoll għall-kunċerti u s-servizzi li jkollha lBanda Santa Katarina V.M.
Josef kompla dejjem jipperfezzjona l-istudji mużikali tiegħu. Fis-sena 2004 huwa kompla bi studji aktar avvanzati fil-performance u t-teorija muzikali ghand is-Surmastrijiet Christopher Camilleri L.R.S.M. u Raymond Sciberras F.L.C.M. F'qasir żmien huwa irnexxielu jakkwista l-gradi necessarji kemm mill-Board tat-Trinity College of London u anke mill-Associated Board of The Royal Schools of Music blogħla unuri ta' Distinction. Fis-sena 2009 huwa akkwista d-diplomi ta' Associate mitTrinity College of London u mill-Associated Board of The Royal Schools of Music.
Attenda wkoll ghal tahrig fid-direzzjoni ghand is-Surmast Joseph Sammut. Fis-sena 2011 irnexxielu jakkwista l-Licenzjat mit-Trinity College of London, filwaqt li fis-sena 2012 irnexxielu jakkwista l-Licenzjat mill-Associated Board of The Royal Schools of Music. Ta' min isemmi li diversi alljievi li tharrgu ghand is-Surmast Josef Grech ressqu wkoll ghall-ezamijiet tal-muzika fejn irnexxielhom jakkwistaw marki tajbin hafna.
Is-Surmast Josef Grech interpreta kemm il-darba siltiet solistici mal-Banda Santa Katarina, fosthom fis-sena 2004 fil-gemellaġġ mużikali ġewwa Lucca l-Italja u fil-programm tal-festa ta' dik l-istess sena. Dakinhar huwa interpreta il-Czardas ta' Vittorio Monti, fejn din intlaqgħet tajjeb hafna minn dawk kollha preżenti. Fis-sena 2009 fiz-zjara tal-banda gewwa l-Ungerija u fil-festa tal-istess sena interpreta wkoll b'mod eccezzjonali s-silta Introduction, Theme & Variations ta' Giaocchino Rossini - silta impenjattiva ferm ghall-klarinett. Huwa daqq ukoll f'diversi okkażjonijiet bħala solista akkumpanjat bil-pjanu u anke ma' orkestri fil-knejjes. Huwa jkun mistieden sabiex idoqq ukoll ma' diversi baned lokali fosthom mall-Banda Ċittadina King's Own tal-Belt Valletta.
Fis-sena 2005 is-Sotto Kumitat Banda hatar lil Josef bhala Segretarju fi hdan dan issotto kumitat. Kariga li ghadu jokkupa fil-prezent. Kien proprju f'Settembru tas-sena 2007 li Josef ġie inkarigat mill-Kumitat tas-Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M. biex jieħu f'idejh it-tagħlim ta' l-alljievi tas-sezzjoni tal-woodwind. Dan fl-assenza tas-Surmast Francis Falzon li sfortunatament kellu jirtira minħabba l-kundizzjoni ta' saħħtu. Din kienet esperjenza ġdida għal Josef, li bil-għajnuna tas-Surmast Falzon, l-Assistent Surmast Mario Testa u tas-Soċjeta huwa irnexxielu jkompli jgħallem b'dedikazzjoni u professjonalita lill-alljievi tas-soċjeta, fejn għadu jagħmel dan salllum il-ġurnata. Ta' min jghid li anke fiż-żmien meta s-Surmast Falzon kien indispost, Josef kien dejjem jikkonsulta mas-Surmast Falzon rigward it-taghlim tal-alljievi li huwa kellu jħalli ħabta u sabta.
Ġurnata kerha għas-Soċjeta Muzikali Santa Katarina V.M. u ghall-Banda Santa Katarina V.M. kienet il-ġurnata tal-Ħadd 26 ta' Ottubru 2008, fejn tħabbret ilmewt tal-maħbub Surmast tal-Banda Santa Katarina il-Mro. Francis Falzon. Wara l-mewt tas-Surmast Francis Falzon, u l-ħatra ta' Mro. Mario Testa Dip.Mus in Bb Tuba F.Mus E.I.H.E.(Hc) bħala Surmast Direttur tal-Banda Santa Katarina, ġie vakant il-post ta' Assistent Surmast. Kien għalhekk li nhar f'Diċembru tas-sena 2008 ilKumitat tas-Soċjeta Mużikali Santa Katarina, wara laqgha ta' konsultazzjoni malBandisti, hatar lis-Sur Josef Grech bhala Assistent Surmast tal-Banda Santa Katarina V.M.
Bhala Assistent Surmast il-Mro. Josef Grech kompla jaghti kontribut siewi b'risq ilBanda Santa Katarina V.M. Fis-sena 2012 l-Assistent Surmast Josef Grech inhatar Arkivista tas-Socjeta Muzikali Santa Katarina V.M. wara l-mewt tal-ex arkivista s-Sur Joseph Camilleri. F'Awwissu tas-sena 2012, proprju xahar biss qabel il-Programm Annwali tal-festa huwa kellu jiehu f'idejh id-direzzjoni tal-Banda Santa Katarina V.M. wara r-riżenja tas-Surmast Mario Testa. Il-kuncerti tal-banda komplew b'mod normali, il-muzika programmata inzammet l-istess u nistghu nghidu li l-programm tal-festa kien wiehed memorabbli u ta' success. F'Diċmebru 2012, is-Surmast Josef Grech gie mahtur Surmast Direttur tal-Banda Santa Katarina V.M. wara laqgha ta' konsultazzjoni mal-Bandisti. Fis-sena 2012 huwa gie mahtur ukoll Assistent Surmast u ghalliem tal-alljievi mal-Banda Santa Marija tal-Qrendi.
Nistghu nghidu li s-Surmast Josef Grech huwa wkoll kompozitur mill-aqwa, fejn tul dawn l-ahhar snin irregala diversi xoghlijiet muzikali minn tieghu lill-Banda Santa Katarina V.M. Dawn jikkonsistu f'marci brijjuzi, marci funebri, arrangamenti muzikali, Fantasy for Band u Opening Fanfare.