Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Mejju 2023
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1 2 3 4 5 6 7
8 9 10 11 12 13 14
15 16 17 18 19 20 21
22 23 24 25 26 27 28
29 30 31

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!

Udjenza mal-Papa

 

Uffiċjali tas-soċjeta' f'udjenza mal-Papa Gwanni Pawlu II

Nhar l-Erbgħa 27 ta' Novembru 2002 kien jum verament speċjali għal ħames membri tal-Kumitat tas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq meta dawn iltaqgħu mal-Papa Gwanni Pawlu II fil-Vatikan f'għeluq iċ-ċelebrazzjonijiet ta' Jum Santa Katarina V.M. li ġiet iċċelebrata madwar id-dinja kollha fil-25 ta' Novembru.

Din l-udjenza ntalbet mis-Soċjeta' sabiex f'isem il-membri tagħha u d-devoti kollha ta' Santa Katarina V.M. Patruna taż-Żurrieq juru l-istima u l-gratitudni tagħhom lejn il-Papa Gwanni Pawlu II li f'Marzu ta' din is-sena reġa' daħal il-25 ta' Novembru, il-Festa ta' Santa Katarina V.M., fil-Kalendarju Ruman tal-Knisja Universali. B'hekk minn din is-sena l-Festa ta' Santa Katarina V.M. reġgħet bdiet tiġi ċċelebrata fil-knejjes madwar id-dinja kollha.

Il-President tas-Soċjeta', s-Sur Anthony Bonnici u s-Sur Francis Cachia jidhru fir-ritratt jipprezentaw żewg kwadri fuq it-tila lill-Papa Gwanni Pawlu II bħala rikonoxximent u tifkira ta' din l-udjenza unika. Wieħed mill-kwadri juri l-martirju ta' Santa Katarina, il-kwadu Titulari xogħol ta' Mattia Preti u l-ieħor l-Istatwa ta' Santa Katarina V.M. meqjuma fil-Parroċċa taż-Żurrieq, xogħol Marjanu Gerada. Għal din l-udjenza attendew ukoll il-membri tal-Kumitat is-Sinjuri Joseph Camilleri, Emmanuel Farrugia u Oliver Zammit.

F'diskors qasir is-Sur Bonnici qal lill-Papa li r-raħal taż-Żurrieq ilu ddedikat lil Santa Katarina 'il fuq minn 600 sena u b'dan l-avveniment id-devoti ta' Santa Katarina komplew jimtlew bl-imħabba lejn il-Patruna tar-raħal tagħhom. Huwa rringrazzja lill-Papa tad-devozzjoni kbira li wera lejn Santa Katarina meta żar il-monasteru tagħha ġewwa Sinai fis-sena tal-żublew u talli reġa' daħal il-Festa ta' Santa Katarina fil-Kalendarju Ruman tal-Knisja Universali. Il-President tas-Soċjeta' awgura s-saħħa lill-papa sabiex ikompli jaħdem għal aktar għaqda bejn il-bnedmin kollha.

Is-Soċjeta' uriet l-apprezzament tagħha lejn il-membri kollha tal-Kumitat għal din l-inizzjattiva li nkurunat sena ta' ċelebrazzjonijiet. Din l-udjenza mal-Papa Gwanni Pawlu II tnaqxet b'ittri tad-deheb fl-istorja glorjuża tas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq u żgur li ma tintesa qatt.

 

developed by CasaSoft