Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Mejju 2023
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1 2 3 4 5 6 7
8 9 10 11 12 13 14
15 16 17 18 19 20 21
22 23 24 25 26 27 28
29 30 31

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!

Storja Sezzjoni Żgħażagħ

6 t’April 1992 – Din hija data importanti ferm fl-istorja tas-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M. għaliex propju f’ din il-ġurnata fiż-Żurrieq twaqqfet l-ewwel Sezzjoni Żgħażagħ – is-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti taħt it-tmexxija tac-Chairman is-Sur Charles Tanti,

Fis-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M. kienet ilha tinħass il-ħtieġaL-ewwel Kumitat Sezzjoni Zghazagh Palmisti - 1992 sabiex iż-żgħażagħ ikunu organizzati taħt forma ta’ sotto-kumitat. Għalhekk propju nhar is-6 t’April 1992, fis-sala ewlenija tal-Każin tal-Banda Sanata Katarina V.M. (illum is-Sala Ġużeppi Gauci), saret l-ewwel laqgħa ta’ l-ewwel kumitat tas-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti. Mill-ewwel dawn il-membri tal-kumitat bdew jiddiskutu biex jaraw kif ser ikabbru aktar il-Festa tal-Patruna tagħna Santa Katarina.

Fil-festa ta’ dik is-sena, wara biss ftit xhur ta’ ħidma, kien jidher illi f’dawn iż-żgħażagħ kien hemm sens ta’ organizazzjoni kemm fil-marċi, fil-briju w anke fl-armar.

St. Catherine Singers Festival's 1996Din is-Sezzjoni bdiet ukoll torganizza diversi attivitajiet li f’dak iż-żmien kienu qed jigu organizzati ghall-ewwel darba f’raħalna bl-iskop li żżomm lil din is-Soċjeta’ aktar ħajja matul is-sena, tqajjem sens kulturali sew fis-Soċjeta’ tagħna sew ukoll f’ raħalna u bdiet ukoll tħeġġeġ aktar żgħażagħ biex jingħaqdu ma’ din is-Soċjeta’. Hawn ta’ min isemmi attivitajiet bħalma huma l-Lejla Maltija Grandjuża, s-St.Catherine Song Festival, discos fil-każin, diversi wirjiet u serati teatrali.

Aktar ma beda għaddej iż-żmien, il-popolarita’ ta din is-Sezzjoni kompliet tikber uImrewha Briju l-kelma “Suċċess” bdiet issir sinonomu mas-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti. L-attivitajiet aktar ma beda għaddej iż-żmien bdew jilħqu aktar livelli għoljin u x-xogħol tal-briju beda jsir aktar professjonali u ta’ livell.

Iva, mis-6 t’April 1992 sal-lum, is-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti qatt ma ħarset lura u dejjem b’ ko-ordinazzjoni mal-Kumitat Ċentrali, mal-ħidma ta’ diversi ta’ din is-Sezzjoni u ta’ diversi soċji iżda fuq kollox bl-għajnuna tal-Patruna tagħna Santa Katarina, inkisbu l-akbar suċċessi.

Ninsab ċert illi t-triq ta’ din is-Sezzjoni hija aktar twila u għad baqa’ ħafna aktar x’jinkiteb u jiżdied mal-ħoloq tal-katina ta’ suċċessi ta’ din l-Ewwel u l-Aqwa Sezzjoni Żgħażagħ taż-Żurrieq.

 

Disinn tal-Bandiera maghmul minn Jeremy Cachia li s-Sezzjoni Zghazagh Palmisti regalat lis-Socjeta' f'gheluq il-15-il sena mit-twaqqif tas-Sezzjoni
Bandiera maghmula minn Jeremy Cachia li s-Sezzjoni Zghazagh Palmisti regalat lis-Socjeta' f'gheluq il-15-il sena mit-twaqqif ta' l-istess Sezzjoni
  

Chairpersons tas-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti

 
Is-Sur Charles Tanti
1992 - 2005Is-Sur Charles Tanti
 
Is-Sur Emanuel Farrugia

 

2005 - 2010Is-Sur Emanuel Farrugia
  2010 -  Is-Sinjorina Cettina Camilleri

 

 Kumitati Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti

 
Kumitat 1992
 Kumitat: 1992 - 1993

        Kumitat: 1992

   Kumitat: 1992 - 1993

 

Kumitat 1993 - 1994
 
Kumitat: 1994 - 1995

   Kumitat: 1993 - 1994

    Kumitat 1994 - 1995

 
Kumitat: 1995 - 1996
 
Kumitat: 1996 - 1997

    Kumitat 1995 - 1996

     Kumitat 1996 - 1997

 
Kumitat: 1997 - 1998
 Kumitat: 1998 - 1999

     Kumitat 1997 - 1998

      Kumitat: 1998 - 1999

Kumitat: 1999 - 2000
 Kumitat 2000 - 2001

    Kumitat: 1999 - 2000

      Kumitat: 2000 - 2001

 
Kumitat: 2001 - 2002
 
Kumitat: 2002 - 2003

   Kumitat: 2001 - 2002

     Kumitat: 2002 - 2003

 
Kumitat: 2003 - 2004
 Kumitat: 2004 - 2005

    Kumitat: 2003 - 2004

 Kumitat: 2004 - 2005

 
Kumitat: 2005 - 2006
 
Kumitat: 2006 - 2007

    Kumitat: 2005 - 2006

      Kumitat: 2006 - 2007

 Kumitat : 2007 - 2008Kumitat 2008 - 2009 

    Kumitat: 2007 - 2008

    Kumitat - 2008 - 2009 

 Kumitat 2009 - 2010 

    Kumitat: 2009 - 2010

 
developed by CasaSoft