Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Kalendarju
Lulju 2008
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1 2 3 4 5 6
7 8 9 10 11 12 13
14 15 16 17 18 19 20
21 22 23 24 25 26 27
28 29 30 31

Mailing List
Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!

Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona

Storja tas-Soċjeta'

140 Sena ta' Suċċessi

  • 1864 - Twaqqif tas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. bit-tħabrik tal-Kappillan Dun Vincenz Schembri u taħt id-direzzjoni tas-Surmast Luigi Carabott.  
  • 1866 - Mill-Orkestra mwaqqfa fl-1864, twaqqfet il-banda bl-isem "La Filarmonica Del Zurrico" liema banda kienet tieħu sehem fil-festa ta' Santa Katarina taħt it-tmexxija tas-Surmast Francesco Zammit.  
  • 1883 - "La Filarmonica Del Zurrico" inqassmet fi tnejn fejn waħda mill-baned iffurmati "La Filarmonica Mannarino" taħt it-tmexxija ta' Mro.Ignazio Catania kienet tieħu sehem fil-festa ta' Santa Katarina.  
  • 1893 - Iż-żewg baned reggħu ngħaqdu fi tnejn taħt l-isem "La Concordia" taħt is-Surmast Carmelo Zammit.  
  • 1899 - Is-Sede tal-Każin tal-Banda kien f' numru 123 Triq Irjali taħt l-isem "Circolo Santa Caterina".  
  • 1900 - Il-Kumitat tac-"Circolo Santa Caterina" iddelega lis-Surmast Nikola Montebello biex iwaqqaf l-Orkestra Santa Katarina.  
  • 1906 - Membri mill-Każin tal-Orkestra iffurmaw il-Banda Santa Katarina taħt is-Surmast Francesco Zammit u s-sede kienet f'numru 86 Triq San Mikiel.  
  • 1910 - Il-Banda Santa Katarina zzanzan l-uniformi il-ġdida.  
  • 1912 - Is-Sede tal-Każin mexa għal numru 20 Piazza Maggiore illum "Palazz Alexandria".  
  • 1920 - Minħabba l-emigrazzjoni l-Banda Santa Katarina ġiet mibdula f' Orkestra taħt l-isem "Orkestra Santa Katarina" bit-tmexxija tas-Surmast Ferdinandu Falzon. F' Settembru ta' dik is-sena l-Orkestra ħadet sehem fil-pjazza ta' Ħal-Safi fl-okkazjoni tal-inawgurazzjoni tal-qniepen.  
  • 1923 - Il-Kumpanija Teatrali "La Pace" bdiet ittella' is-serati tagħha fil-Każin tas-Soċjeta' u nafu li bejn l-1923 u l-1944, waqt l-intervalli ta' dawn is-serati kienet tieħu sehem l-"Orkestra Santa Katarina".  
  • 1924 - L-Orkestra Santa Katarina ħadet sehem fiċ-ċerimonja tal-pussess tal-Arċipriet Giovanni Battista Ghigo.  
  • 1930 - Mill-Minuti tas-Soċjeta' u mill-programmi tal-Kumpanija "Rossini" nafu li l-Orkestra kienet ukoll iddoqq taħt forma ta' Jazz Band.  
  • 1940 - L-Orkestra Santa Katarina kienet iddoqq fil-mutett tat-Tridu u fil-matutin tal-festa ta' Santa Katarina u baqgħet tieħu sehem sas-sena 1943.  
  • 1944 - L-Orkestra għaddiet taħt it-tmexxija tas-Surmast Espedito Deguara.  
  • 1946 - L-Orkestra Santa Katarina regghet giet mibdula f'Banda taħt l-isem "Banda Santa Katarina V.M."  
  • 1954 - Il-Banda Santa Katarina V.M. iddoqq f' Noto, Sqallija.  
  • 1955 - Il-Banda Santa Katarina V.M. iddoqq f' Acireale, Sqallija.  
  • 1956 - Jizzanzan il-Planċier Artistiku tal-Banda Santa Katarina V.M.  
  • 1959 - Il-Banda Santa Katarina V.M. iddoqq f' Catania, Sqallija.  
  • 1980 - Titwaqqaf l-Ewwel Sezzjoni Nisa fiż-Żurrieq fi ħdan is-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M.  
  • 1986 - Il-Banda tgħaddi taħt is-Surmast Francis Falzon. Fl-istess sena ġiet inawgurata is-"St.Catherine Fireworks Factory".  
  • 1989 - Il-Banda Santa Katarina kellha l-unur li ddoq fil-Manoel Theatre.  
  • 1991 - Inxtara l-każin tas-Soċjeta Mużikali Sta. Katarina V.M. A.D. 1864.  
  • 1992 - Titwaqqaf l-Ewwel Sezzjoni Żgħażagħ fiż-Żurrieq fi hdan is-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. 
  • 1997 - Il-Banda Santa Katarina V.M. iddoqq f'Bari, l-Italja.  
  • 2002 - Delegazzjoni tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. f'udjenza mal-Qdusija tieghu il-Papa Gwanni Pawlu II fil-Vatikan.  
  • 2002 - Beda jixxandar l-ewwel radju tal-komunita fiz-Zurrieq, Radju Santa Katarina.  
  • 2004 - Il-Banda Santa Katarina V.M. taghmel gemellagg muzikali ma' "La Filarmonica Pietro Mascagni" ta' Camporgiano, provincja ta' Lucca, l-Italja.  
  • 2004 - Izzanzan l-Arkivju tal-Banda Santa Katarina V.M. f''Palazz Alexandria'.  
  • 2005 - Festi Kbar fl-1700 sena mill-Martirju tal-Patruna taghna Santa KatarinaV.M.  
  • 2005 - Ftuh tal-mahzen il-gdid, Mahzen Santa Katarina 
  • 2005 - Inawgurazzjoni tal-pedestall il-gdid li fuqu ser ikun hemm l-istatwa tal-papa flimkien ma' Santa Katarina mdawwar b'4 angli.
  • 2006- Imfakkar il-50 Anniversarju mill-inawgurazzjoni tal-Plancir Artistiku tas-Socjeta'. Ghal din l-okkazjoni il-Banda Santa Katarina V.M., taht id-direzzjoni tas-surmast Francis Falzon u l-patrocinju tal-President ta' Malta, esegwiet kuncert muzikali. Wara l-President ta' Malta ipprezenta tifkira lill-erba' mill-imghallmin hajjin li hadmu l-plancier u t-tlett bandisti li daqqew fl-inawgurazzjoni u fil-hamsin anniversarju. Il-President ta' Malta kixef irhama kommemorativa fil-kazin.
  • 2007- Fl-okkazjoni tal-festa titulari f'gieh il-Padruna Santa Katarina V.M. inkixfu lapidi fil-kazin li jfakkru l-Presidenti u s-Surmastrijiet tas-Socjeta' sa mit-twaqqif taghha fis-sena 1864.
  • 2007- Il-Banda Santa Katarina V.M. kompliet tiggedded u tikber fil-popolarita'. Din is-sena l-Banda ghamlet 22 servizz li 11 minnhom saru fiz-Zurrieq u 11 ohra barra z-Zurrieq. Ghall-ewwel darba l-Banda Santa Katarina V.M. giet mistiedna gewwa n-Nadur Ghawdex ghall-festa ta' San Pietru u San Pawl. Il-Banda Mnarja ghamlet servizz gewwa z-Zurrieq fl-okkazjoni tal-festa titulari ta' Santa Katarina V.M. Grazzi ghal hidma tas-Sotto Kumitat Banda 8 bandisti godda, (numru rekord) inghaqdu mal Banda Santa Katarina V.M. Il-prezenza kbira ta' zghazagh fi hdan il-banda hi garanzija sabiha ghall-futur.
  • 2007- Is-Sezzjoni Zghazagh Palmisti fi hdan is-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. fakkret il-15 il-sena mit-twaqqif taghha. Ghal din l-okkazjoni saru hafna attivitajiet kulturali u socjali. Nhar il-Hadd 19 t'Awissu 2007 il-Banda Santa Katarina V.M. ghamlet marc fit-toroq taz-Zurrieq sabiex tfakkar dan l-anniversarju ta' l-ewwel Sezzjoni Zghazagh fiz-Zurrieq. Fi tmiem il-marc iz-Zghazagh ipprezentaw bandiera gdida li ittellat ma' l-arblu principali.
developed by CasaSoft