Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Mejju 2023
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1 2 3 4 5 6 7
8 9 10 11 12 13 14
15 16 17 18 19 20 21
22 23 24 25 26 27 28
29 30 31

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!

Il-Qima lejn Santa Katarina ta' Lixandra gewwa l-Birgu

Santa Katarina V.M. hija bla dubju wahda mill-qaddisin li kellhom qima sa minn bosta zmien ilu. Fil-Birgu, parrocca qadima daqs il-Katidral, il-qaddisa kienet meqjuma sa minn zmien ilu. Qabel il-wasla tal-kavallieri fl-1530, ga' kellna fil-knisja tal-Lunzjata xxbieha taghha fit-titular ta' l-istess knisja. Din il-knisja kienet inbniet mill-Fratelli tal-Madonna fl-1455. Fil-kwadru titulari mal- Lunzjata, kienet tidher Santa Katarina. Din il-Knisja inghatat lid-Dumnikani fl-1528.

Fil-vista pastorali ta' Mons. Dusina fl-1575, dan isemmi l-kappella ta' Santa Katarina hdejn il-Berga tal-Kavallieri Taljani. Dawk li kienu inkarigati mill-flotta tal-Ordni dejjem kellhom sptar tal-bahhara fil-Birgu u hdejh kienet il-kappella ta' Santa Katarina. Kellna wkoll dak iz-zmien il-parrocci Griegi. F'dik ta' San Gorg kien hemm xbieha tal-qaddisa u f'dik tal-Madonna Damaxxena, il-Papas intrabat li ta' kull sena fil-25 ta' Novembru jfakkar lil Santa Katarina.

Fil-parrocca ta' San Lawrenz, ga fi zmien Balaguer, kien hemm artal taghha bix-xbieha taghha takkumpanja lill-Appostli San Pawl u San Pietru. Dan jidher mill-ktieb tan-Nutar Sillato. L-Isqof Gargallo, fl-1584, biddel il-kappella ghat-titlu tal- Madonna ta' Monserrat. Din kienet maghrufa bhala ta' San Bastjan, jew il-Grotta, imma fiha baqghet meqjuma Santa Katarina. Kien hemm ukoll dawk ta' Sant' Antnin, San Gejtanu, San Cosma u San Damjan. Fiz-zjara ta' Gargallo tal-1593 kienet ghadha hemm tant li l-familja Abela, Leonardu u Katarina ghamlu fondazzjoni ghall-harsien tal-jum taghha. Jidher mill-Vista ta' Gargallo tal-1598 li fil-Kappella ta' Monserrat, li allura saret flok il-kripta ta' San Bastjan, kienet ghadha meqjuma l-Qaddisa Katarina. Hawn wiehed jinnota li dak iz-zmien xi kwadri tal-qaddisin kienu jitqieghdu fis-Sagristija biex fil-festi ikunu mfakkra.

medaljun tal confratija ta' Santa Katarina fil-birguTant tidher li l-qima ta' Santa Katarina fil-Birgu baqghet, li fl-1643 (ref Ark Lanzon Tomo V15) twaqqfet il-Fratellanza ta' Santa Katarina, ghalkemm ma nafux ghala l-istatut gie approvat biss fis-sena 1731 (Sup IV-733).

Fil-Vista ta' Mons. Molina fl-1722, fil-kwadru ta' l-artal ma' Santa Katarina kien hemm Birgu - Santa Katarinaukoll Sant' Antnin u San Gejtanu, (kif ghad hemm sal-lum). Ftit ghandna taghrif dwar il-Fratellanza li kienet tiehu hsieb il-festa, anqas dokumenti ma baqaghlna wara l-herba tal-gwerra u taz-zmenijiet. Biss fis-sena 1833 kienet ghadha ssir festa, tant li nafu li l-fratelli mhux biss irregalaw par gandlieri talfidda, imma wkoll kienu stiednu ghall-festa l-Banda La Vallette.

Lejn is-sena 1730, fil-kappella ta' Santa Katarina, kienet xeghlet ukoll devozzjoni lejn il-Bambin Gesù. Ta' min ifakkar li l-Fratellanza kienet taghmel il-festa tal-Milied, imma billi issa kienet tqieghdet nicca bil-Bambin taht il-kwadru, gibed devozzjoni u wieghdi tant li fuq talba ta' Dun Frangisk Wizzino twaqqfet il-Kongregazzjoni tal-Bambino Gesù, f'Jannar ta' l-1731.

Dan ma kienx bizzejjed, ghax din il-kappella ta' Santa Katarina kompliet issir wisq popolari meta f'Lulju ta' l-1726 ingieb fil-kappella il-Korp Sant ta' San Beninju Martri. Din il-gibda ta' tant devozzjoni waslet biex fl-1726 il-Kappella giet dekorata b'xoghol ta' l-ahwa Fabbri billi mal-faccata saru angli 'alto relievi'. Tlettax-il sena wara kienet saret fundazzjoni minn Guliermu Grech ghall-festa ta' Santa Katarina. Sinjura ohra, Lucija Navarra, hasbet biex twaqqaf ukoll il-festi lil Sant' Antnin u San Gejtanu. Tajjeb nghidu li sal-bidu tas-seklu 19, ix-Xatt tal-Birgu kien il-post fejn jinhadmu l-hbula. Kellna fil-fatt is-Sur tal-Kurdara. Dawn kienu jqimu l-qaddisa bhala l-Patruna taghhom fil-Birgu u wiehed jifhem li hafna minnhom kienu jiffurmaw il-Fratellanza ta' Santa Katarina. Jidher li l-qima lejn Santa Katarina baqghet ferm qawwija, tant li fl-1814 l-artal kien moghti indulgenzi specjali. Mhux biss, imma l- Familja Barbara kienet ghaniet il-statwa Santa Katarina ta' LixandraFratellanza b'dar fi Triq Brittanika biex biha titkompla l-festa u l-qima lejha (supp 1839s/40-381). Kien dik il-habta li l- Fratelli ordnaw statwa ghall-purcissjoni. Din saret fl-1850 minn Guzé Vella tal- Belt. Il-Kappella per˜ giet rinnovata u dekorata mill-gdid fl-1903 minn Frangisku Ellul u sas-sena 1971 konna naraw imdendel il-kappell ta' l-Isqof Gargallo fil- Kappella. Fil-fatt ghadna naraw ukoll l-arma ta' dan l-isqof. Fil-Kappella hemm nicca tal-Vara ta' Santa Katarina u meta saru l-paviment fil-knisja, zewg lapidi ta' zmien il-Kavallieri tqieghdu mal-hajt. Fuq in-Nicca wiehed jara l-kwadru ta' Paladini li kien tnehha mill-artal ta' Santu Rokku.

Din il-faccata saret miksija bl-injam u skultura fl-1880 fi zmien il-Kanonci Dalli u Marmara. Kienet din il-kappella l-ewwel li giet miksija bil-paviment ta' l-irham u mhux ta' min jinsa li taht il-paviment hemm diversi oqbra fosthom tal-familja illustri fl-arti, De Domenicis. Illum fl-istess Kappella hemm kwadru tal-Papa Piju X, xoghol tal-Kav. Rafel Bonnici Cal“ li sar fis-sena 1954.

developed by CasaSoft