Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Mejju 2023
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1 2 3 4 5 6 7
8 9 10 11 12 13 14
15 16 17 18 19 20 21
22 23 24 25 26 27 28
29 30 31

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!

Planċier Artistiku tas-Soċjeta' Muż. Santa Katarina V.M.

Is-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. fakret għeluq l-ewwel 50 sena (1956 - 2006) minn meta zzanzan il-Plancier Artistiku

Plancier Artistiku

Fis-sena 2006, is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. fakkret għeluq il-Ħamsin sena minn meta ġie mzanzan il-Planċier Artistiku tal-Banda.

Fis-sena 1954 kien hawn entużjażmu kbir fost il-membri tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. sabiex isir il-planċier tal-banda. Fis-seduta tal-Kumitat ta’ l-24 ta’ Mejju 1954, is-sinjuri membri Nikola Bugeja, Giovanni Camilleri, Censu Caruana, Guzeppi Caruana, Alfons Gauci, Carmelo Grixti, Guzeppi Zammit u Pawlu Zammit, taħt il-Presidenza tas-Sur Carmelo Pace qablu unanimament li jagħtu bidu għal din l-opra. Filwaqt li l-Kumitat sejjaħ lill-Imgħallmin tas-Soċjetà biex jingħaqdu f’sotto kumitat, beda l-arbular mis-Sinjuri Nikola Bugeja u Censu Caruana. Wara diversi laqgħat saret sejħa għad-disinji u fost dawk sottomessi minn diversi mgħallmin, ġie magħzul dak tas-Sur Carmelo Vassallo tar-Rabat. Inbeda x-xogħol fil-każin mill-membri u ammiraturi tas-Soċjetà li ħadmu għall-ġranet u ljieli sabiex għaqqdu dan il-planċier hekk grandjuż.

Sabiex ħutna l-membri li ħadmu fuq dan il-proġett jibqgħu mfakkra ser insemmu l-ismijiet tagħhom skond is-sengħa partikolari tagħhom:

 Guzeppi Camilleri Salvu Camilleri Anglu Sammut Rosario Schembri Ganni Zammit

(i) Ħaddieda: Guzeppi u Salvu Camilleri, Angelo Sammut, Rosario Schembri u Ganni Zammit.

 Sebastjan Bonnici Nicola Bugeja Guzeppi Farrugia Rokku Grixti Guzeppi Xwiereb
(ii) Mastrudaxxi: Sebasjan Bonnici, Nikola Bugeja, Guzeppi Farrugia, Rokku Grixti u Guzeppi Xuereb.
 Mikiel Camilleri Censu Farrugia Ganni Mallia Censu Schembri
(iii) Funderiera: Mikiel Camilleri, Censu Farrugia, Ganni Mallia u Censu Schembri.
Salvu Bugeja Emmanuel Mallia 
(iv) Skulturi: Salvu Bugeja u Emmanuel Mallia.
 Carmelo Grixti Mose Mifsud
(v) Dekoraturi: Carmelo Grixti u Mosè Mifsud.
 Guzeppi Farrugia Carmelo Grixti Pawlu Xwiereb
(vi) Induraturi: Guzeppi Farrugia, Carmelo Grixti u Pawlu Xuereb.
 Censu Caruana Guzeppi Caruana
(vii) Electricians: Censu Caruana u Guzeppi Caruana.

Barra minn dawn kien hemm oħrajn li għenu fix-xogħol li sar fuq il-planċier. Is-Sotto Kumitat maħtur mill-Kumitat, flimkien mas-Sur Emmanuel Gauci ġew inkarigati sabiex jorganizzaw il-festa ta’ l-inawgurazzjoni tal-planċier.

Nhar is-Sibt 25 ta’ Awissu 1956, il-Banda Santa Katarina V.M. żannet sett marċi brijużi minn Triq Irjali, illum Triq il-Kbira, sa Misraħ Churchill, illum Misraħ Repubblika. Il-Ħadd 26 ta’ Awissu 1956 ġiet imżanżna bandiera bl-emblema tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. fuq disinn tas-Sur Salvu Bugeja. L-ispejjeż ta’ din il-bandiera nġabru mis-Sinjuri Marjanu Fino u Carmelo Grixti. Għaċ-ċerimonja ta’ l-inawgurazzjoni ġew mistiedna diversi persuni distinti fosthom il-Gvernatur Sir Robert Laycock u Lady Laycock, l-Arċisqof Mons. Mikiel Gonzi, il-Prim Ministru Dom Mintoff, il-membri parlamentari tad-distrett, l-Arċipriet Dun Salv Gauci, il-membri tal-Kleru u dawk li ħadmu fil-planċier. Fil-preżenza ta’ folla kbira li mliet Misraħ Churchill, is-Segretarju s-Sur Censu Caruana għamel diskors ta’ l-okkazjoni, saret l-inawgurazzjoni mill-Gvernatur Sir Robert Laycock u ġie mbierek mill-Arċisqof Mons. Mikiel Gonzi.

F’din l-okkażjoni l-Banda Santa Katarina V.M. esegwiet programm vokali u strumentali taħt id-direzzjoni tas-Surmast Espedito Deguara A.(Mus.) L.C.M. Ħadu sehem is-Sopran Hilda Tabone, it-Tenur Anthony Cini, il-Baxx Piju Zammit, il-Kor tal-Hamrun u l-Kor tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. Dawn kienu l-kompożizzjonijiet mużikali li daqqet il-Banda Santa Katarina V.M. fl-inawgurazzjoni tal-Planċier.

InnuSanta KatarinaEspedito Deguara
Overture1812Peter Tchaikovsky
SelectionLa BohemeGiacomo Puccini
Va PensieroNabuccoGiuseppe Verdi
Dormiro SolDon CarlosGiuseppe Verdi
La Vergine Degli AngeliLa Forza del DestinoGiuseppe Verdi
Coro Dei CrociatiI LombardiGiuseppe Verdi
Tu CHe Di Gel Sei CintaTurandotGiacomo Puccini
Nessun DormaTurandotGiacomo Puccini
Innu tal-Banda Espedito Deguara
Innu Nazzjonali Robert Sammut
God Save the Queen  

Dan il-jum memorabbli għalaq bil-logħob tan-nar.

Wara l-programm mużikali sar riċeviment fis-sala tal-każin fejn l-Arċisqof Mons. Mikiel Gonzi rregala l-berittin u l-kallotta biex jibqghu tifkira ta’ din il-ġrajja storika.

Id-Disinjatur tal-Planċier Artistiku Mastru Carmelo Vassallo tar-Rabat.

Fil-karriera brillanti tiegħu, is-Sur Carmelo Vassallo ħadem ħafna xogħlijiet fosthom: (i) Disinn u xogħol tas-suffett tas-sala prinċipali tal-Każin tal-Banda Konti Ruggieru tar-Rabat; (ii) Disinn totali tal-planċier tal-Banda Konti Ruggieru u kien wieħed mill-imgħallmin li ħadmu fl-istess planċer; (iii) Disinn u xogħol ta’ żewg gwarniċi tal-fidda maħduma “a martello” ta’ żewg kwadri tal-Madonna tal-Bon Kunsill u tal-Qalb ta’ Gesù li jinsabu fil-kappella ta’ l-istess każin. (iiii) Disinn għall-arkivju tal-mużika li ġie magħżul wara kompetizzjoni u li jinsab fl-istess Każin tar-Rabat. (v) Disinn ta’ antiporta tal-kewba għall-Każin tal-Banda Konti Ruggieru; (vi) Disinn tal-pilandri tad-dawl li jinsabu quddiem il-Knisja Parrokkjali Kolleġġjata ta’ San Pawl tar-Rabat u li jiġu mixgħula kuljum.

Ħajr lis-Sur Pawlu Cilia tar-Rabat għal din l-informazzjoni.

developed by CasaSoft