Il-Hamis, 9 ta' April 2009
F'isem il-President u l-Kumitat tas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. nixtieq nistieden lis-Sotto Kumitati tas-Soċjeta' kollha u lill-familjari tagħhom, lill-Bandisti u Allievi fi ħdan il-Banda Santa Katarina V.M., kif ukoll lilkom membri u partitarji kollha li tagħmlu parti minn din il-familja kbira tagħna sabiex tingħaqdu magħna għada l-Ġimgħa 10 t'April 2009 bejn l-10.00am ul-11.00am għal siegħa adorazzjoni ġewwa l-Knisja Arċipretali u Matriċi ddedikata lil Santa Katarina V.M. Żurrieq.
Din l-adorazzjoni fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa ser tkun immexxija mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti. Kulħadd huwa mistieden.
Joseph Darmanin
Segretarju