Il-Hamis, 9 ta' April 2009
Bħal m'għamilna s-sena li għaddiet, il-Kumitat ser jerġa' jlaqqa' s-Sotto Kumitati u membri attivi fil-festa flimkien, bi preparament għall-festa 2009.
Il-Kumitat dejjem emmen fis-Sotto Kumitati, il-membri tagħhom, u partitarji midħla fl-organizzazzjoni tal-festa, u jemmen ukoll li dawn huma l-pedamenti li s-Soċjeta' hija mibnija fuqhom.
Għalhekk, inħeġġeġ lil kulħadd biex jattendi għal din il-laqgħa, sabiex kulħadd ikollu ċ-ċans jagħti l-ideat, suġġerimenti, u ilmenti dwar l-organizzazzjoni tal-festa 2009.
Din il-laqgħa ser issir nhar l-Erbgħa 22 t'April fis-7.30pm fis-Sala Espedito Deguara ġewwa s-sede tas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M.
Importanti li inti tattendi għal din il-laqgħa għax bl-ideat tiegħek żgur inkunu nistgħu norganizzaw festa aħjar ad unur l-għażiża Patruna tagħna Santa Katarina V.M.
Grazzi tal-koperazzjoni tiegħek.