Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Settembru 2019
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1
2 3 4 5 6 7 8
9 10 11 12 13 14 15
16 17 18 19 20 21 22
23 24 25 26 27 28 29
30

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!


AVVIŻ

« mur lura

It-Tlieta, 17 ta' Marzu 2009

 

17 ta' Marzu 2009

AVVIŻ

Wara l-Laqgħa għall-Bandisti li kienet saret f'Novembru li għadda, fejn kienet tħabbret il-possibilta' ta' Safra għall-Banda Santa Katarina V.M. f'Lulju 2009 ġewwa l-Ungerija, huwa pjaċir u unur kbir għall-Kumitat li din ġiet ikkonfermata fil-Laqgħa tal-Bandisti li saret fit-8 ta' Marzu 2009, wara li ntbagħtet ittra uffiċjali lill-Bandisti kollha sabiex jiġu nfurmati dwar dan, minbarra avviż ukoll permezz tar-Radju Santa Katarina u l-website uffiċjali tas-Soċjeta'.

 

Fl-okkażjoni tal-145 sena anniversarju mit-twaqqif tas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. il-Kumitat ħass li dan huwa l-ogħla unur u mezz sabiex nistgħu niċċelebraw flimkien dawn il-145 sena ħidma kontinwa tas-Soċjeta' tagħna b'risq il-Patruna tagħna Santa Katarina V.M.

 

Fil-bidu ta' Marzu delegazzjoni tal-Kumitat iffurmata mill-President Charles Schembri, il-Viċi President Martin Schembri u s-Segretarju Joseph Darmanin, marret ġewwa l-Ungerija sabiex setgħu isiru d-diskussjonijiet finali mal-organizzaturi Ungeriżi.  Kien hawnhekk li kkonfermajna s-serjeta' ta' din l-organizzazzjoni, fejn intlaqajna tajjeb ħafna, kif tistgħu taraw b'għajnejkom mill-video clip li ttellgħet ukoll fuq il-website http://www.stcatherineband.org.mt/

 

Fi żmien qasir ser inħabbru l-programm definittiv u dettaljat ta' din il-ġita, kif ukoll ser isiru laqgħat apposta għall-ġitanti kollha, kif ukoll għall-Bandisti.  Ser isiru wkoll programmi nformattivi fuq Radju Santa Katarina sabiex min ikollu xi diffikultajiet ikun jista' jistaqsi direttament lill-Kumitat.   Huwa ta' pjaċir kbir u nkoraġġiment għalina li r-rispons min-naħa tagħkom kien impressjonanti, u l-ajruplan charter Airbus 320 li jesa' 168 passiġġier huwa kważi ‘fully booked', fejn fadal biss ftit postijiet.

 

Din il-ġita ser isseħħ bejn il-Ħadd12 u l-Ħadd19 ta' Lulju 2009.  Billi ser inkunu grupp kbir, minn issa nitolbu l-koperazzjoni ta' kulħadd sabiex noħorġu bl-aqwa unuri kif dejjem għamilna.

 

Għal kull informazzjoni jew diffikultajiet nitolbukom tikkuntattjaw lis-Segretarju Joseph Darmanin fuq 79251100.  GRAZZI.

 

 

Joseph Darmanin,

Segretarju.

developed by CasaSoft