Il-Hadd, 11 ta' Jannar 2009
Għeżież Membri, Partitarji u Benefatturi tas-Soċjeta',
F'isem il-President u l-Kumitat nixtieq minn qalbi nirringrazzjakom tal-kontribut kbir li tajtuna fil-ġabra li saret illum 11 ta' Jannar 2009.
Minkejja li d-dinja bħalissa għaddejja minn riċessjoni, ikkontribwejtu bil-qalb u għalhekk aħna ħriġna sodisfatti ferm bil-fiduċja kbira li dejjem urejtu fis-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. u t-tmexxija tagħha.
Nixtieq inħeġġeġ lil dawk il-membri li għadhom ma tawx id-donazzjoni tagħhom sabiex javviċinaw lil xi membru tal-Kumitat sabiex jagħmlu dan, u b'hekk is-somma tkompli tiżdied għall-benefiċċju tas-Soċjeta' u l-festa tal-Patruna tagħna Santa Katarina V.M. li hi tant għal qalbna.
Filwaqt li nerġa' nirringrazzjakom mill-ġdid, nibgħat inselli għalikom u għall-familji tagħkom u nawguralkom il-kumplament tas-sena t-tajba.
Dejjem tagħkom,
Joseph Darmanin
Segretarju