Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Diċembru 2019
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1
2 3 4 5 6 7 8
9 10 11 12 13 14 15
16 17 18 19 20 21 22
23 24 25 26 27 28 29
30 31

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!


Għeżież membri u partitarji

« mur lura

Il-Hamis, 1 ta' Jannar 2009

 

1 ta' Jannar, 2009

Għeżież membri u partitarji,

Issa li l-ġranet bdew deħlin fis-sena l-ġdida 2009, magħhom jibdew deħlin ukoll il-preparamenti tas-Soċjeta' għall-Festa Titulari tal-Patruna tagħna Santa Katarina V.M.  Nispera li kulħadd kellu festi tajbin, u s-Soċjeta' żgur ma baqgħetx lura li torganizza attivitajiet għall-gosti ta' kulħadd.  Tistgħu tapprezzaw li dan kien żmien impenjattiv ferm, fejn b'ħafna sagrifiċċji l-Kumitat, Bandisti, Sotto Kumitati u Membri ħadmu bla heda biex itellgħu dawn l-attivitajiet bi skop ukoll li jħallu xi fondi li jkunu jistgħu jintużaw fi proġetti ġodda relatati mas-Soċjeta' u l-festa.

Wasal żmien il-ġabra u għalkemm nafu li d-dinja għaddejja minn żmien diffiċli, xorta ser nitolbukom tgħinuna b'dik il-ġenerożita' li dejjem urejtu mas-Soċjeta' tagħna.  L-ispejjeż tas-Soċjeta' żdiedu sew, dan ukoll kif ġara fl-affarijiet kollha relatati mal-festa.  Għalhekk, b'umilta' kbira nitlobkom tkunu ġenerużi fil-ġabra li ser issir nhar il-Ħadd 11 ta' Jannar 2009.

Ma nistax minn qalbi, f'isem il-President u l-Kumitat ma nirringrazzjakomx għall-ġbir kollu li sar is-sena li għaddiet, u naħseb li dan kulħadd seta' japprezzah fil-proġetti kbar li ġew inawgurati fil-festa li għaddiet, u li bihom żgur komplejna niġru fuq quddiem, mhux biss fir-raħal għażiż tagħna, imma wkoll fi gżiritna.  Għall-grazzja t'Alla dejjem sibniekom meta ħabbatnielkom, u dan hu dak li jagħmlilna aktar kuraġġ biex nidħlu għal proġetti kbar u uniċi li jiddistingwuna minn festi oħra.  Radju Santa Katarina li issa qed ixandar fuq skeda kontinwa fuq sena sħiħa fuq il-frekwenza ta' 90.6 FM żgur li kien ħolqa oħra fil-katina ta' suċċessi.

Nixtieq infakkarkom fil-menswalita' li tiswa biss €10.  Kun kburi li tagħmel parti minn din l-ewwel u l-akbar Soċjeta' fiż-Żurrieq, li din is-sena qed tiċċelebra 145 sena mit-twaqqif tagħha.  Nixtieq nirringrazzja lil kulħadd għall-attendenza fl-attivitajiet kollha u għax-xogħol kollu li qed isir. Minkejja li bħal f'kull familja problemi ssib, u kultant taħseb li se tegħreq meta titla' fil-wiċċ u tkompli taqdef, xi darba tasal l-art u mbagħad tgawdi s-sodisfazzjon tas-sagrifiċċju u t-tbatija li tkun ġarrabt.

Fl-aħħar nagħlaq billi nawguralkom il-kumplament tas-sena t-tajba.  Is-sapport tagħkom ikompli jgħin biex nidħlu għal proġetti akbar, li l-festa 2009 jekk Alla jrid żgur mhix se tkun nieqsa minnhom.  Nixtieqkom tingħaqdu magħna fil-festi issa li nħatar Surmast ġdid Mro.Mario Testa, kif ukoll Assistent Surmast ġdid is-Sur Josef Grech, b'tislima kbira tmur lill-mibki Surmast Francis Falzon.

GRAZZI TAL-GĦOTJIET TAGĦKOM.

 

Joseph Darmanin

Segretarju

developed by CasaSoft