L-Erbgha, 24 ta' Dicembru 2008
Għeżież Membri u Partitarji,
Kif tafu tajjeb is-sena 2008 waslet biex tagħlaq u tibda sena oħra ġdida 2009.
Dan iġib miegħu sena oħra xogħol, fejn tirrigwarda s-Soċjeta' u l-festa kbira tal-Patruna tagħna Santa Katarina V.M. ta' Lixandra.
Għalhekk kun inti wkoll kburi li tissieħeb ma' din l-akbar Soċjeta' Mużikali fiż-Żurrieq billi tħallas il-Menswalita', u għal sena oħra jew forsi għal-ewwel darba, inti tingħaqad ma' din il-familja kbira.
Il-Ħlas tat-Tessera huwa biss ta €10 u dan ser jibda jsir mill-Ħadd 28 ta' Diċembru 2008 u jibqa' sejjer tul ix-xahar ta' Jannar.
Mat-Tessera ser tingħataw ukoll Kalendarju, "Desk Calendar" li juri siltiet u xeni ferm sbieħ li għadhom kemm għaddew fil-Festa li għaddiet. Ser intukhom ukoll kopja tal-Istatut li ġie pprintjat ġdid din is-sena, bit-tibdil kollu li sar fih tul is-snin mill-aħħar stampar tiegħu.
Infakkar li l-ġbir nhar ta' Sibt, Ħdud, Festi u anke nhar il-31 ta'Diċembru 2008, ser ikun filgħodu mid-9:00am sa nofsinhar, filwaqt li matul il-ġimgħa il-ġbir ser jibda jkun bejn is-18:00pm u t-20:00pm. Għal aktar informazzjoni tistgħu taraw in-noticeboard tal-Każin, fejn issibu il-ġranet, ħinijiet u anke il-kolletturi.
Infakkar ukoll fil-ġabra tas-Soċjeta' li ser issir il-Ħadd 11 ta' Jannar 2009 filgħodu, fejn bħas-soltu nitlobkom tkunu ġenerużi.
Nieħu din l-okkażjoni biex nerġa' nixtieq il-FESTI T-TAJBA LIL KULĦADD U GRAZZI TALLI GĦAL DARBA OĦRA SER TISSIEĦBU F'DIN IS-SOĊJETA'.
Joseph Darmanin
Segretarju