Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Settembru 2023
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1 2 3
4 5 6 7 8 9 10
11 12 13 14 15 16 17
18 19 20 21 22 23 24
25 26 27 28 29 30

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!


Vox Coeli Choir

« mur lura

Is-Sibt, 15 ta' Jannar 2022

Is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. bi pjaċir tħabbar li ser tkun qed twaqqaf Kor għal tfal, adoloxxenti u żgħażagħ taħt l-isem Vox Coeli.

Għal dan il-għan, l-istess Soċjetà ser tibda toffri lezzjonijiet tal-kant b'xejn għat-tfal, adoloxxenti u żgħażagħ. Dawn ser isiru fil-Każin tal Banda Santa Katarina V.M., iż-Żurrieq, ser ikunu maqsumin f'żewġ gruppi u ser ikunu mmexxija mill-Mezzo Soprano Clare Ghigo.

L-ewwel grupp ser ikun immirat għal tfal ta' bejn 6 u 12 -il sena filwaqt li t-tieni grupp ser ikun immirat għal adoloxxenti u żgħażagħ li għandhom bejn 13 u 30 sena.

Jekk int jew it-tfal tiegħek taqgħu taħt waħda minn dawn il-kategoriji u tixtiequ tifformaw parti minn dan il-Kor, kull ma tridu tagħmlu huwa li timlew l-applikazzjoni li l-link tagħha tinsab fuq il-paġna uffiċjali ta' facebook tas-Soċjetà jew inkella tiġbor applikazzjoni mill-Bar tal-Każin. L-applikazzjonijiet għandhom jimtlew u jiġu ritornati sa nhar it-Tlieta 25 ta' Jannar 2022.

Dan il-proġett qed jiġi kkordinat mis-Sotto Kumitat Banda tas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. u ffinanzjat mill-fondi tal-Aġenzija Żgħażagħ.

Vox Coeli Choir

 

 

developed by CasaSoft