Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Settembru 2020
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1 2 3 4 5 6
7 8 9 10 11 12 13
14 15 16 17 18 19 20
21 22 23 24 25 26 27
28 29 30

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!


Stqarrija Uffiċjali

« mur lura

It-Tlieta, 17 ta' Marzu 2020

 

 

F'linja mal-miżuri ġodda mħabbra illum, it-Tnejn 16 ta' Marzu 2020 b'rabta mal-Pandemija COVID-19, il-Kumitat tas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq iħabbar li minn għada, it-Tlieta 17 ta' Marzu 2020, il-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M. ser ikun magħluq għall-membri u għall-pubbliku.

 

Konsegwenza ta' dan, il-Kumitat iħabbar ukoll li b'effett immedjat kull attivita', inklużi l-lezzjonijiet tal-Allievi u l-kunċerti tal-Banda qed ikunu kkanċellati.

 

Madanakollu Radju Santa Katarina ser ikompli jkun viċin tal-Kommunita' taż-Żurrieq permezz ta' xandiriet kwotidjani fuq il-frekwenza 90.6FM fejn ta' kuljum ser ikun qed ixandar Quddiesa diretta mill-Knisja Arċipretali ta' Santa Katarina V.M. fil-ħinijiet tas-soltu hekk kif imħabbar fl-Avviżi tal-Parroċċa.

 

Għal aktar aġġornamenti nitolbukom sabiex issegwu l-Paġna Uffiċjali tas-Soċjeta' fuq Facebook, is-sit uffiċjali u mezzi oħra ta' kommunikazzjoni tas-Soċjeta'.

 

F'dan il-mument diffiċli għad-dinja, għal-pajjiżna, u għal raħalna, induru lejn il-Patruna tagħna Santa Katarina V.M. sabiex f'dan il-mument delikat tidħol għalina u tipproteġi lil uliedha kollha.

developed by CasaSoft