Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Ottubru 2019
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1 2 3 4 5 6
7 8 9 10 11 12 13
14 15 16 17 18 19 20
21 22 23 24 25 26 27
28 29 30 31

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!


Servizzi tal-Banda Santa Katarina V.M matul ix-xahar ta' Awwissu - l-Ewwel Parti

« mur lura

Il-Hadd, 28 ta' Lulju 2019


Fuq stedina tal-Għaqda Festi Esterni Dumnikani Beltin, il-Banda Santa Katarina V.M. se tkun qed toffri s-servizz tagħha nhar il-Ħadd 4 t'Awwissu 2019 ġewwa l-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-Festa ta' San Duminku.

Dan is-servizz se jkun jikkonsisti f'marċ brijuż mat-toroq prinċipali tal-Belt Valletta mit-8.00p.m. sal-11.00p.m.

Għalhekk il-kumitat iħeġġeġ lill-membri u partitarji biex jakkumpanjaw lill-banda.

 

 

 

Fuq stedina tas-Soċjeta' Mużikali Santa Marija tal-Qrendi, il- Banda Santa Katarina V.M. se tkun qed toffri s-servizz tagħha nhar l-Erbgħa 14 u il-Ħamis 15 t'Awwissu 2019 ġewwa l-Qrendi għall-Festa ta' Santa Marija.

L-Erbgħa 14 t'Awwissu 2019, il-Banda Santa Katarina V.M. se tkun impenjata permezz ta' marċ u programm, filwaqt li nhar il-Ħamis 15 t'Awwissu 2019, is-servizz tal-Banda tagħna se jkun jikkonsisti f'daqq ta' marċi brijużi. Il-kumitat iħeġġeġ lill-membri u partitarji biex jakkumpanjaw lill-banda.

 

 

 

Fuq stedina tal-Banda Sant' Elena ta' B'Kara, il-Banda Santa Katarina V.M. se tkun qed twettaq servizz nhar il-Ġimgħa 16 t'Awwissu 2019 ġewwa B'Kara għall-Festa ta' Sant' Elena. Dan is-servizz se jkun jikkonsisti f'marċ brijuż mat-toroq ta' Birkirkara mit-8.30p.m. sal-11.30p.m.

Il-kumitat iħeġġeġ lill-membri u partitarji biex jakkumpanjaw lill-banda.

developed by CasaSoft