Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Settembru 2019
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1
2 3 4 5 6 7 8
9 10 11 12 13 14 15
16 17 18 19 20 21 22
23 24 25 26 27 28 29
30

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!


Servizzi tal-Banda Santa Katarina V.M matul ix-xahar ta' Lulju

« mur lura

Il-Hamis, 27 ta' Gunju 2019

Matul ix-xahar ta' Lulju, il-Banda Santa Katarina V.M - Żurrieq se tkun impenjata kif gej:

 

 

 

Fuq stedina tas-Soċjeta' Filarmonika l-Unjoni, il-Banda Santa Katarina V.M. se tkun qed toffri s-servizz tagħha nhar il-Ġimgħa 5 ta' Lulju 2019 ġewwa Ħal-Luqa għall-Festa ta' Sant' Andrija .
Dan is-servizz se jkun jikkonsisti f'marċ brijuż mat-toroq ta' Ħal-Luqa bejn id-9.00p.m. u nofs il-lejl.

Għalhekk il-kumitat iħeġġeġ lill-membri u partitarji biex jakkumpanjaw lill-banda waqt dan is-servizz ġewwa Hal-Luqa.

 

---------------


Fuq stedina tas-Soċjeta' Mużikali San Ġużepp ta' Ħal-Kirkop, il-Banda Santa Katarina V.M. se tkun qed twettaq servizz ta' marċ brijuż nhar il-Ġimgħa 12 ta' Lulju 2019 ġewwa Ħal-Kirkop għall-Festa ta' San Ġużepp. bejn id-9.00p.m. sa nofs il-lejl.


Il-Kumitat jappella lill-membri u partitarji biex jakkumpanjaw lill-Banda Santa Katarina V.M. waqt dan is-servizz ġewwa Ħal-Kirkop.


---------------

 

Fuq stedina tas-Soċjeta' Filarmonika Pinto, Banda San Sebastjan, il-Banda Santa Katarina V.M. se tkun qed twettaq servizz nhar it-Tlieta 16 ta' Lulju 2019 ġewwa Ħal-Qormi għall-Festa ta' San Sebastjan.
Dan is-servizz se jkun jikkonsisti f'marċ brijuż mat-toroq ta' Ħal-Qormi mit-8.30p.m. sa 11.45p.m.


Il-kumitat iħeġġeġ lill-membri u partitarji biex jakkumpanjaw lill-banda waqt dan is-servizz ġewwas Ħal-Qormi.


---------------

 

Fuq stedina tas-Soċjeta' Filarmonika La Stella tal-Belt Victoria, Għawdex, il-Banda Santa Katarina V.M. se tkun qed twettaq servizz nhar il-Ħamis 18 ta' Lulju 2019 ġewwa l-Belt Victoria tar-Rabat Għawdex għall-Festa ta' San Ġorġ.
Dan is-servizz se jkun jikkonsisti f'marċ brijuż fit-toroq ewlenin tal-Belt Victoria mid-9.00p.m. sa nofs il-lejl.


Il-Kumitat jixtieq javża li se jkun qed jorganizza t-transport għall-membri u partitarji biex jakkumpanjaw lill-banda.
It-transport se jitlaq miż-Żurrieq fil-5.30p.m. Il-biljetti jistgħu jinkisbu mill-Bar tal-Każin.
Il-preżenza tagħkom il-membri u partitarji żgur li tkompli tkabbar l-isem tal-Banda għażiża tagħna.

developed by CasaSoft