Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Diċembru 2018
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1 2
3 4 5 6 7 8 9
10 11 12 13 14 15 16
17 18 19 20 21 22 23
24 25 26 27 28 29 30
31

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!


FESTA LITURĠIKA TA’ SANTA KATARINA V.M.

« mur lura

It-Tlieta, 13 ta' Novembru 2018

Għeluq taċ-Ċelebrazzjoni tal-200 anniversarju mill-miġja tal-Vara ta' Santa Katarina V.M. fil-parroċċa taż-Żurrieq.


Il-Ġimgħa 16 ta' Novembru 2018

Fit-7.45p.m.- Is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. flimkien mal-Arċipriet u l-Kleru tal-Parroċċa ta' Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq jippreżentaw il-Kantata - ‘Int l-Għaxqa tagħna O Katarina' fil-Knisja Matriċi u Arċipretali ta' Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq. Din il-Kantata ser tkun preseduta mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona O.P.

  

Is-Sibt 17 ta' Novembru 2018

Fis-2.00p.m.Party għat-Tfal organizzat mill-Kids Club 'Palmisti Juniors' ġewwa l-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M. animat mill-Animation Team Hip Hip Hurrah!

  

Il-Ħadd 18 ta' Novembru 2018

Fid-9:00a.m. - Pellegrinaġġ Devozzjonali bil-Vara ta' Santa Katarina V.M. li ser joħroġ mill-Knisja Matriċi u Arċipretali ta' Santa Katarina V.M. u ser jgħaddi minn Triq Santa Katarina, Triq San Bartilmew, Triq Alessandru, Wesgħa J.M. Cassar, Triq Dun Vinċenz Schembri, Triq San Martin, Vjal l-Indipendenza, Triq San Ġorġ, Triq il-Kbira u Misraħ ir-Repubblika.

  

It-Tnejn 19 ta' Novembru 2018

Fit-8:00p.m.- Riċeviment għall-Bandisti u Membri tas-Soċjeta' kif ukoll mistednin distinti fis-Sala Espedito Deguara tal-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M.

  

It-Tlieta 20 ta' Novembru 2018 - Jum id-Devoti

Fis-6.00 pm: Quddiesa għall-Kumitat, Sotto Kumitati, Bandisti, Membri, Benefatturi tas-Soċjeta', devoti ta' Santa Katarina V.M. u dawk kollha li jaħdmu b'risq il-Festa Titulari. Din il-Quddiesa ser tkun animata mill-Banda Santa Katarina V.M. u mill-Kor Parrokjali Cantate Domino.

  

L-Erbgħa 21 ta' Novembru 2018-L-Ewwel Jum tat-Tridu

Fis-6.00 pm: Quddiesa Kantata għall-Anzjani u l-Morda konċelebrata minn Monsinjur Dun Anton Vella. Matul din il-Quddiesa jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda.
Wara l-quddiesa: Kurunella, Innu, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

 

Fis-7.15p.m.-‘Santa Katarina: L-Għaxqa ta' l-Għarus'. Riflessjoni minn Rev. Noel Camilleri D'Amato fis-Sala Espedito Deguara tal-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M.

 

Il-Ħamis 22 ta' Novembru 2018-It-Tieni Jum tat-Tridu

Fis-6.00 pm: Quddiesa għat-tfal animata mill-membri tal-MUSEUM.
Wara l-quddiesa: Kurunella, Innu, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

 

Fit-8:00p.m.-Marċ mill-Banda Santa Katarina V.M. li jibda minn Misraħ Repubblika u jgħaddi għal Triq Santa Katarina fejn wara ssir iċ-Ċerimonja tal-Inawgurazzjoni tar-Restawr li sar mid-Direttorat tar-Restawr fuq l-istatwa ta' Santa Katarina V.M. li tinsab fi Triq Santa Katarina V.M.

 

Il-Ġimgħa 23 ta' Novembru 2018 - L-Aħħar Jum tat-Tridu

Fis-6.00 pm: Quddiesa Kantata bis-sehem tal-Kor Parrokkjali li matulha ssir il-preżentazzjoni tat-trabi lil Santa Katarina V.M. Iqaddes l-Arċipriet W.R. Dun Karm Mercieca.
Wara l-quddiesa: Kurunella, Innu, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

 

Fis-7:30p.m. - Ħruq ta' Murtali tal-Beraq, Murtali tal-Kulur u Kaxxa tal-Kulur maħdum mill-Membri tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. fis-St. Catherine Fireworks Factory.


Fit-8.30p.m. - Marċ mill-Banda San Ġużepp ta' Ħal-Kirkop b'Dimostrazzjoni bil-Vara ta' Santa Katarina V.M. li ser jibda minn Triq il-Kbira u jgħaddi minn Misraħ Repubblika, Triq Santa Katarina, Triq il-Ħaddiema, Misraħ Mattia Preti, Triq P.P. Saydon u Misraħ ir-Repubblika fejn fi tmiem il-Marċ il-Vara ta' Santa Katarina V.M. tittella' fuq il-Pedestall quddiem id-Dar ta' l-Arċipriet.

Wara se jkun qed isir Show ta' Nar sinkronizzat mal-Mużika maħdum mill-Membri tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. fis-St. Catherine Fireworks Factory.

 

Is-Sibt 24 ta' Novembru 2018 - Lejlet il-Festa

F'Nofs inhar - Ikla Tradizzjonali tal-Festa organizzata mis-Sotto Kumitat Nar fil-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M.

 

Fil-5.30 pm: Translazzjoni tar-relikwija ta' Santa Katarina V.M., Għasar u Quddiesa kantata.
Servizz ta' Qrar mill-4.30 pm ‘il quddiem.

Fil-5.30p.m. Matul it-Transulazzjoni jinħaraq Nar maħdum mill-Membri tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. fis-St. Catherine Fireworks Factory.

Fit-8:30p.m. - Festival ta' Baned f'Misraħ ir-Repubblika fejn se jieħdu sehem il-Banda Beland taż-Żejtun, il-Banda San Sebastjan ta' Ħal-Qormi, Big Friends Guggen Musik Malta u Wallace Pipes and Drums Malta.

 

Il-Ħadd 25 ta' Novembru 2018 - Jum il-Festa

Fid-9:00a.m. Quddiesa Pontifikali kkonċelebrata u preseduta mill-Arċisqof ta' Malta, l-E.T. Mons. Charles Scicluna. Tieħu sehem l-Orkestra u l-Kor Cantate Domino.
Wara ssir reposizzjoni tar-relikwija u tingħata l-Barka Sagramentali.

 

Fil-11:00a.m. Ħarqa ta' Nar tal-Ajru Spettakolari maħdum mis-Soċi fis-St. Catherine Fireworks Factory.

Wara l-Quddiesa Pontifikali, il-Banda Santa Katarina V.M. tagħmel is-servizz tagħha fl-okkażjoni tal-Festa Liturġika ta' Santa Katarina V.M.

 

Matul il-jiem tal-Festa jieħu sehem il-Kor Parrokkjali Cantate Domino. Fil-jiem tat-Tridu, l-organista hija Dr. M'Fiorella Fenech Vella B.A., LL.D., Dip.Tax., Dip.Trib.Eccl. Melit., M.A. (Theol.) u jidderieġi Mro.Paul Portelli F.L.C.M.

Lejlet u nhar il-Festa l-organista huwa Mro. Paul Portelli F.L.C.M. u jidderieġi Mro. Patri Anton Briffa O.F.M. Cap., L.L.C.M., Lic.Mus.Sacra, M.Mus.Greg.

 

developed by CasaSoft