Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Novembru 2018
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1 2 3 4
5 6 7 8 9 10 11
12 13 14 15 16 17 18
19 20 21 22 23 24 25
26 27 28 29 30

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!


Purċissjoni bil-vara ta' Santa Katarina V.M. għat-Tfal

« mur lura

It-Tlieta, 14 ta' Awwissu 2018

 

ls-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. ser torganizza Purċissjoni bil-vara ta' Santa Katarina V.M. għat-Tfal nhar il-Ħadd 19 t'Awwissu .

Il-Purċissjoni toħroġ mill-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M. għall-ħabta tal-10 ta' filgħodu u se tkun akkumpanjata mill-Banda Santa Katarina V.M. li ser tgħaddi minn Triq Santa Katarina, Triq San Bartilmew, Triq Alessandru, Triq il-Karmnu u Misraħ ir-Repubblika fejn il-Vara terġa' tidħol fil-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M. għall-ħabta ta' nofsinhar. Il-Kumitat iħeġġeġ lit-tfal kollha li ser jattendu biex nhar il-Ħadd 19 t'Awwissu jilbsu l-flokkijet tal-Festa jew Flokkijiet ħomor. Ser titqassam tifkira lit-tfal li ser jattendu.

Barra minn dan, il-Kumitat iħeġġeġ lit-tfal kollha sabiex jibdew dan il-Jum tal-Ħadd 19 t'Awwissu billi flimkien jattendu numerużi għall-Quddiesa tat-8.30 ta' filgħodu fil-Knisja Arċipretali ta' Santa Katarina V.M. sabiex nibdew bl-aktar mod xieraq dan il-Jum Memorabbli għat-Tfal kollha tagħna.

Għaldaqstant qed nistiednu lit-tfal kollha Palmisti biex nhar il-Ħadd 19 t'Awwissu jipparteċipaw fil-Purċissjoni tat-Tfal bil-Vara ta' Santa Katarina V.M.

developed by CasaSoft