Is-Sibt, 21 ta' Lulju 2018
Il-Kumitat, Soċi u Partitarji tas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq jixtiequ jifirħu u jwasslu l-awgurju tagħhom lill-Banda Santa Katarina V.M. għas-suċċess miksub ġewwa l-Awstrija bil-parteċipazzjoni tagħha fil-Festival Mid Europe 2018 li sar ġewwa Schladming.
Is-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. hija ferm kburija li l-Banda Santa Katarina V.M. hija l-ewwel Banda fiż-Żurrieq li wettqet servizzi barra minn xtutna kif ukoll li hi l-unika Banda fiż-Żurrieq li kienet impenjata għal 8 darbiet barra minn xtutna.