It-Tnejn, 18 ta' Gunju 2018
Fl-okkażjoni tal-400 sena minn meta t-Tempju Katarinjan ingħata t-titlu ta' Matriċi bit-twaqqif tal-Parroċċa tal-Qrendi, is-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq flimkien mas-Soċjeta' Mużikali Santa Marija tal-Qrendi se jorganizzaw Blood Donation Day ġewwa ċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Gwardamangia nhar il-Ħadd 24 ta' Ġunju mit-8.30 ta' filgħodu il quddiem.
Kull min hu interessat għandu jħalli d-dettalji tiegħu fil-Bar tal-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M.