Il-Gimgha, 25 ta' Mejju 2018
Il-Kumitat jixtieq javża li l-Banda Santa Katarina V.M. se tkun qed toffri s-servizz tagħha nhar il-Ħamis 31 ta' Mejju 2018 ġewwa Ħal-Tarxien għall-Festa ta' Marija Annunzjata fuq stedina tal-Kumitat tal-Festa Marija Annunzjata. Dan is-servizz se jkun jikkonsisti f'marċ brijuż mat-toroq ta' Ħal-Tarxien bejn it-8.30p.m. u l-11.30p.m.
Għalhekk il-kumitat iħeġġeġ lill-Bandisti biex jiġu bi ħġarhom għal dan is-servizz kif ukoll lill-membri u partitarji biex jakkumpanjaw lill-banda. Dan żgur jagħti kuraġġ kbir lill-bandist u jagħmel lill-Banda Santa Katarina V.M. aktar popolari fil-gżejjer Maltin.
Grazzi tal-appoġġ.