It-Tlieta, 20 ta' Marzu 2018
Is-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. flimkien mal-Arċipriet u l-Kleru tal-Parroċċa ta' Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq se jkunu qed jippreżentaw Kunċert ta' Mużika Sagra mtella mill-Banda Santa Katarina V.M. fil-Knisja ta' Santa Marija ġewwa Bubaqra nhar il-Ħamis 22 ta' Marzu 2018 fis-7:30p.m.
Barra minn dan, il-Banda Santa Katarina V.M. se tkun qed twettaq servizz ta' Marċi Funebri nhar il-Ħadd 25 ta' Marzu 2018 ġewwa Misraħ Repubblika iż-Żurrieq fl-10:00am.
Il-Kumitat iħeġġeġ lill-membri u partitarji biex jattendu.
Grazzi tal-appoġġ.