Is-Sibt, 23 ta' Settembru 2017
Il-Kumitat jixtieq javża li l-Banda Santa Katarina V.M. se tkun impenjata nhar il-Ħadd 1 t'Ottubru 2017 ġewwa ż-Żurrieq għall-Festa tal-Madonna tar-Rużarju.
Dan is-servizz jibda fis-7.00p.m. permezz ta' Programm Vokali u Strumentali taħt id-direzzjoni tas-Surmast Josef Grech.
Għalhekk il-kumitat iħeġġeġ lill-Bandisti biex jiġu bi ħġarhom għal dan is-servizz kif ukoll lill-membri u partitarji biex jakkumpanjaw lill-banda. Dan żgur jagħti kuraġġ kbir lill-bandisti.