Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Ġunju 2019
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1 2
3 4 5 6 7 8 9
10 11 12 13 14 15 16
17 18 19 20 21 22 23
24 25 26 27 28 29 30

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!


Gabra b'risq il-Festa

« mur lura

It-Tlieta, 12 ta' Lulju 2016

Għeżież membri u partitarji tas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M.,

 

Il-jiem tas-Sajf dejjem qed jgħaddu u dan ifakkarna li l-Festa tal-Patruna tagħna Santa Katarina V.M. qegħda dejjem toqrob aktar.

 

Kif tafu, il-Kumitat flimien mas-Sotto Kumitati tas-Soċjeta' qed jaħdmu bil-kbir biex nerġgħu għal sena oħra nagħmlu festa Kbira. Ix-xogħol ma waqaf qatt tista' tgħid. Kulħadd għaddej bil-proġett tiegħu biex imbagħad jingħaqad kollox fil-jiem tal-Festa tagħna. Komplejna għaddejjin bil-ħidma tagħna biex inkomplu nsaħħu l-Banda u biex inkomplu nieħdu ħsieb Palazz Alexandria. Nista' nsemmielkom li din is-sena l-Kumitat ħa ħsieb sabiex jibdel l-arblu ta' quddiem u dan ġab miegħu wkoll il-bdil tal-Blokka biex din tkun b'saħħitha aktar u naraw li mas-snin il-ħsara tkun limitata. Dan barra ħafna proġetti oħra li qed isiru preżentament.

 

 Naħseb tifhmu li anke l-fatt li qed inkomplu nagħmlu Festa Akbar minn dik tas-sena ta' qabel iġib sodisfazzjon kbir, iżda naħseb tifhmu wkoll li l-ispejjeż huma kbar ħafna. Għaldaqstant reġa' wasal iż-żmien fejn nerġgħu nduru fuq il-ġenerożita tagħkom u għalhekk il-ġabra ta' Lulju se terġa' tkun nifirxuha fuq aktar jiem. Fil-fatt, il-ħsieb hu biex bejn nhar it-Tnejn 18 ta' Lulju u l-Ġimgħa 22 ta' Lulju 2016 bejn is-6.00p.m. u t-8.00p.m. kif ukoll il-Ħadd 24 ta' Lulju 2016 bejn it-8.30a.m. u nofsinhar, membri tas-Soċjeta' se jkunu qed iżurukom biex issir il-ġabra ta' dan iż-żmien.

 

Aħna nixtiequ li niltaqgħu mal-maġġoranza tagħkom. Nixtiequ li jkollna aktar ċans li nilħqukom u nitkellmu magħkom. Kien ukoll għal dan il-għan li din il-ġabra erġajna frixniha fuq aktar jiem.

 

Nixtieq li nieħu l-okkażjoni biex inħeġġiġkom tkomplu tkunu aktar qrib tas-Soċjeta' b'mod speċjali permezz ta' Radju Santa Katarina li jxandar is-sena kollha fuq il-frekwenza ta' 90.6 FM.

 

Filwaqt li f'isem il-President, il-Kumitat u s-Sotto Kumitati nirringrazzjakom tal-ġenerożita' li intom dejjem urejtuna, nibgħat inselli għalikom u nwegħdukom li din is-Soċjeta' se tkompli taħdem biex tara l-Festa ta' Santa Katarina V.M. tkompli tkun magħrufa bħala l-Aqwa Festa fiż-Żurrieq.

 

Dejjem tagħkom

 

 

Kevin Schembri

Segretarju

developed by CasaSoft