Is-Sibt, 9 ta' Lulju 2016
Il-Kumitat jixtieq javża li l-Banda Santa Katarina V.M. se tkun qed twettaq servizz nhar l-Erbgħa 13 ta' Lulju 2016 ġewwa Ħal-Qormi għall-Festa ta' San Sebastjan. Dan is-servizz se jkun jikkonsisti f'marċ brijuż mat-toroq ta' Ħal-Qormi mit-8.30p.m. sa 11.45p.m.
Għalhekk il-kumitat iħeġġeġ lill-Bandisti biex jiġu bi ħġarhom għal dan is-servizz kif ukoll lill-membri u partitarji biex jakkumpanjaw lill-banda. Dan żgur jagħti kuraġġ kbir sew lill-bandisti kif ukoll ikompli jkabbar l-isem tal-Banda tagħna.