L-Erbgha, 30 ta' Settembru 2015
Il-Kumitat jixtieq javża li l-Banda Santa Katarina V.M. se tkun impenjata nhar il-Ħadd 4 t'Ottubru 2015 ġewwa ż-Żurrieq għall-Festa tal-Madonna tar-Rużarju. Dan is-servizz jibda fis-7.00p.m. permezz ta' Programm Vokali u Strumentali taħt id-direzzjoni tas-Surmast Josef Grech.
Għalhekk il-kumitat iħeġġeġ lill-Bandisti biex jiġu bi ħġarhom għal dan is-servizz kif ukoll lill-membri u partitarji biex jakkumpanjaw lill-banda.