L-Erbgha, 30 ta' Lulju 2014
Il-Kumitat jixtieq javża li s-servizz li jmiss tal-Banda Santa Katarina V.M. se jkun nhar il-Ħadd 3 t'Awwissu 2014 ġewwa l-Belt Valletta għall-Festa ta' San Duminku.
Dan is-servizz se jkun jikkonsisti f'marċ brijuż mat-toroq prinċipali tal- Belt Valletta mit-8.00p.m. sal-11.00p.m.
Għalhekk il-kumitat iħeġġeġ lill-Bandisti biex jiġu bi ħġarhom għal dan is-servizz kif ukoll lill-membri u partitarji biex jakkumpanjaw lill-banda. Dan żgur jagħti kuraġġ kbir sew lill-bandist kif ukoll lill-kumitat u sotto kumitati fi ħdan is-Soċjeta'.
Grazzi tal-appoġġ.
Kevin Schembri
Segretarju