It-Gimgha, 11 ta' Lulju 2014
Il-Kumitat jixtieq javża li l-Banda Santa Katarina V.M. se tkun qed twettaq servizz mhar il-Ħamis 17 ta' Lulju 2014 ġewwa l-Belt Victoria tar-Rabat Għawdex għall-Festa ta' San Ġorġ.
Dan is-servizz se jkun jikkonsisti f'marċ brijuż fit-toroq ewlenin tal-Belt Victoria mid-9.00p.m. sa nofs il-lejl.
Għalhekk il-kumitat iħeġġeġ lill-Bandisti biex jiġu bi ħġarhom għal dan is-servizz. Il-Kumitat jixtieq javża li se jkun qed jorganizza t-transport għall-membri u partitarji biex jakkumpanjaw lill-banda. It-transport se jitlaq miż-Żurrieq fil-5.30p.m. Il-biljetti jistgħu jinkisbu mill-Bar tal-Każin.
Il-preżenza tagħkom il-membri u partitarji żgur jagħti kuraġġ kbir sew lill-bandist kif ukoll lill-Kumitat u Sotto Kumitati fi ħdan is-Soċjeta'.
Grazzi tal-appoġġ.
_______________
Kevin Schembri
Segretarju