Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Settembru 2019
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1
2 3 4 5 6 7 8
9 10 11 12 13 14 15
16 17 18 19 20 21 22
23 24 25 26 27 28 29
30

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!


Festival tan-Nar ta’ l-Art Mekkanizzat

« mur lura

It-Tnejn, 28 ta' April 2014

F’isem il-President u l-Kumitat nifraħ u nawgura lis-St.Catherine Fireworks Factory fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M.
għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni  tal-Festival tan-Nar ta’ l-Art Mekkanizzat li ser isir nhar is-Sibt 3 ta’ Mejju 2014 fuq il-Fosos tal-Furjana.


Kif tafu, din m’hijiex l-ewwel darba li s-Soċjeta’ tagħna qed tkun rappreżentata mid-Dilettanti tan-Nar f’dan il-Festival Nazzjonali. Kull darba li kkompetejna id-Dilettanti tan-Nar tagħna dejjem paxxew lill-pubbliku bl-ispettaklu li huma taw. Fil-fatt, is-Soċjeta’ tagħna kienet ġiet onorata bil-premju “L-Aħjar Esebizzjoni Skont l-Opinjoni Pubblika” għal sentejn konsekuttivi.
Dan kollu sar bil-ħidma u d-dedikazzjoni li l-membri tagħna wrew b’risq is-Soċjeta’. 


Il-preżenza tagħkom nhar is-Sibt 3 ta’ Mejju 2014 fuq il-Fosos tal-Furjana hu l-akbar ringrazzjament għad-Dilettanti tan-Nar tagħna għax-xogħol li huma wettqu b’tant sagrifiċċju. Barra minn dan, ma rridux ninsew li l-opinjoni pubblika għal sena oħra se tkun qed tippremja lil dik is-Soċjeta’ li fl-opinjoni ġenerali tkun offriet l-Aħjar Esebizzjoni. Għalhekk jien nappella biex tagħtu l-vot tagħkom lis-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M.

In-numru tal-Votazzjoni huwa 5061 5204 


Il-ħin tal-votazzjoni huwa 
s-Sibt 3 ta’ Mejju 2014 mid-9.00pm ‘il-quddiem, 

sal-Ħadd 4 ta’ Mejju 2014 fis-7.00am.

Kull SMS jiswa €0.58.  


Grazzi mill-qalb bil-quddiem tal-appoġġ tagħkom.

 


Kevin Schembri
Segretarju
 


 

developed by CasaSoft