Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Lulju 2020
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1 2 3 4 5
6 7 8 9 10 11 12
13 14 15 16 17 18 19
20 21 22 23 24 25 26
27 28 29 30 31

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!


Festa tal-Madonna tar-Ruzarju Zurrieq

« mur lura

L-Erbgha, 2 ta' Ottubru 2013

Il-Kumitat jixtieq javża li s-servizz li jmiss tal-Banda Santa Katarina V.M. se jkun nhar il-Ħadd 6 t'Ottubru 2013 fiż-Żurrieq għall-Festa tal-Madonna tar-Rużarju.

Dan is-servizz jibda permezz ta' marċ fis-7.00p.m. fejn wara jkompli permezz ta' Programm Vokali u Strumentali taħt id-direzzjoni tas-Surmast Josef Grech.

Għalhekk il-Kumitat iħeġġeġ lill-Bandisti biex jiġu bi ħġarhom għal dan is-servizz kif ukoll lill-membri u partitarji biex jakkumpanjaw lill-Banda.

Dan żgur jagħti kuraġġ kbir sew lill-bandisti kif ukoll lill-Kumitat u sotto kumitati fi ħdan is-Soċjeta'.

Grazzi tal-appoġġ.

 

Kevin Schembri
Segretarju


 

 

developed by CasaSoft