L-Erbgha, 10 ta' Lulju 2013
Il-Kumitat jixtieq javża li s-servizz li jmiss tal-Banda Santa Katarina V.M.se jkun nhar il-Ġimgħa 12 ta' Lulju 2013 ġewwa Ħal-Kirkop għall-Festa ta' San Ġużepp.
Dan is-servizz se jkun jikkonsisti f'marċ brijuż mat-toroq ta' Ħal-Kirkop mid-9.00p.m. sa nofs il-lejl.
Għalhekk il-kumitat iħeġġeġ lill-Bandisti biex jiġu bi ħġarhom għal dan is-servizz kif ukoll lill-membri u partitarji biex jakkumpanjaw lill-banda.
Dan żgur jagħti kuraġġ kbir sew lill-bandist kif ukoll lill-kumitat u sotto kumitati fi ħdan is-Soċjeta'.
Kevin Schembri
Segretarju