Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Diċembru 2019
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1
2 3 4 5 6 7 8
9 10 11 12 13 14 15
16 17 18 19 20 21 22
23 24 25 26 27 28 29
30 31

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!


Festa 2012

« mur lura

Il-Hamis, 6 ta' Settembru 2012

F'isem il-President u l-Kumitat tas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li għinu sabiex setgħu jiġu organizzati l-Festi Esterni f'ġieh il-Patruna tagħna Santa Katarina V.M. ta' Lixandra. Kienu Festi li fiż-żgur se jibqgħu Festi memorabli għalina lkoll.
Hawnhekk ma nistax ma nirreferix għal nhar il-Festa, il-Ħadd 2 ta' Settembru 2012. Kulħadd jaf li l-Festa kellha tieqaf ħesrem minħabba l-maltempata li ħakmet il-gżejjer Maltin. Kellna sitwazzjoni li ma kellniex kontroll fuqha. Kif tafu, soffrejna diversi ħsarat fl-armar, għaldaqstant min jixtieq jikkontribwixxi permezz ta' donazzjonijiet, jista' jikkuntatja lit-Teżorier jew lill-President biex iħalli d-donazzjoni tiegħu.
Minkejja d-diffikultajiet li affaċjajna, wieħed ta' min ifaħħar il-pożittiv. Sibna għajnuna minn kullimkien. Ma kienx hemm differenza bejn Żrieraq u m'humiex, bejn nies Partitarji tas-Soċjeta' tagħna u dawk li m'humiex. Kulħadd offra l-għajnuna tiegħu u ta' dan il-Kumitat huwa grat lejn kulħadd.
Għaldaqstant f'isem il-President u l-Kumitat nixtieq nagħti r-ringrazzjamenti tagħna lill-membri kollha tal-Kumitat Ċentrali, lis-Sotto Kumitati tas-Soċjeta', Arċipriet u Kleru, Supretendent, Spettur, u l-korp kollu tal-Pulizija, Sindku u Kunsill Lokali, lis-Soċji u lil dawk kollha li b'xi mod jew ieħor għinu sabiex stajna nikkontrollaw is-sitwazzjoni.
Ta' min jgħid illi anke bħalissa għadha għaddejja ħafna għajnuna. Ħaġa mill-isbaħ hi li din l-għajnuna ġejja mingħand ammont kbir ta' nies. M'għandniex kliem biżżejjed biex nirringrazzjaw lil dawn in-nies kollha. Għaldaqstant biex anke il-Kumitat jassigura ruħu li m'hu se jkun qed jinsa lil ħadd, permezz ta' dan l-avviż qed inwasslu r-ringrazzjamenti tagħna lil kulħadd.
Minkejja dan kollu, xorta waħda nħoss li wieħed se jibqa' jiftakar f'din il-Festa bħala Festa Kbira u Dinjituża. Fiż-żgur spikkat dik l-imħabba li l-partitarji tagħna wrew lejn il-Patruna tagħna u lejn is-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. Urejna li fid-diffikultajiet jirnexxielna ningħaqdu għal skop wieħed dak li jkun ta' ġid għas-Soċjeta' tagħna u dan jagħmel kuraġġ kbir lill-Kumitat. 

_________________

Kevin Schembri
Segretarju

developed by CasaSoft