Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Diċembru 2019
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1
2 3 4 5 6 7 8
9 10 11 12 13 14 15
16 17 18 19 20 21 22
23 24 25 26 27 28 29
30 31

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!


FESTA LITURĠIKA TAL-MARTIRJU TA’ SANTA KATARINA V.M.

« mur lura

It-Tnejn 21 ta' Novembru 2011

It-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa 21,22 u 23 ta’ Novembru 2011 – Jiem tat-Tridu

Fil-5.30p.m. Rużarju; fis-6.00p.m. Quddiesa, kurunella ta’ Santa Katarina V.M., Innu, Antifona, Ċelebrazzjoni Ewkaristika, Bews tar-Relikwija u Kant tal-Innu Popolari.

 

Il-Ħamis 24 ta’ Novembru 2011 – Lejlet il-Festa

Fil-5.30p.m. Translazzjoni Solenni tar-Relikwija u Kant tal-Ewwel Għasar tal-Martri, Quddiesa, Ċelebrazzjoni Ewkaristika, Bews tar-Relikwija u Kant tal-Innu Popolari

 

Il-Ġimgħa 25 ta’ Novembru 2011 – Jum il-Festa

Fil-5.30p.m. Kant tat-Tieni Għasar tal-Martri. Fis-5.45p.m. tqegħdi ta’ kuruna tar-rand fuq il-monument ta’ Santa Katarina V.M. f’Misraħ ir-Repubblika mill-membri tas-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M. li jibqgħu sejrin fil-Knisja għall-Quddiesa Kantata. Fis-6.00p.m. Quddiesa konċelebrata solenni bil-priedka mill-Wisq Rev. Dun Karm Mercieca. Wara bews tar-Relikwija, Repożizzjoni tar-Relikwija, Ċelebrazzjoni Ewkarisitka u Kant tal-Innu Popolari.

Fit-8.00p.m. il-Banda Santa Katarina V.M. tagħmel marċ minn Triq il-Kbira sa Misraħ ir-Repubblika mmexxija mis-Surmast Mario Testa Dip.Mus.Bb Tuba, F.Mus., E.I.H.E., (H.C.), ATCL. X’ħin il-Banda tasal ħdejn il-Monument ta’ Santa Katarina V.M. jindaqq l-Innu Marċja “Semma’ Poplu l-Vuċi Tiegħek” ta’ Mro. Espedito Deguara A.Mus.L.C.M.

 

Lejlet u Nhar il-Festa jmexxi ċ-ċelebrazzjonijiet il-Wisq Rev. Arċipriet Dun Charles Attard. Matul uil-ħamest ijiem tal-Festa jieħu sehem il-Kor Parrokjali Cantate Domino. Mro. Paul Protelli F.L.C.M. jidderieġi matul il-Jiem tat-Tridu; lejlet u nhar il-Festa, Mro. Patri Anton Briffa O.F.M.Cap., L.L.C.M. Lic.Mus.Sacra, M.Mus.Greg.

 

Lejlet u nhar il-Festa jinħaraq Nar tal-Ajru maħdum mill-membri tas-Soċjeta’ fis-St. Catherine Fireworks Factory f’Bubaqra l/o Żurrieq.

developed by CasaSoft