Il-Hamis, 14 ta' Lulju 2011
Il-Kumitat jixtieq javża li s-servizz li jmiss tal- Banda Santa Katarina V.M. se jkun nhar il-Ħamis 14 ta' Lulju 2011 ġewwa l-Belt Victoria tar-Rabat Għawdex għall-Festa ta' San Ġorġ. Dan is-servizz se jkun jikkonsisti f'marċ brijuż fit-toroq ewlenin tal-Belt Victoria mid-9.00p.m. sa nofs il-lejl.
Għalhekk il-kumitat iħeġġeġ lill-Bandisti biex jiġu bi ħġarhom għal dan is-servizz. Il-Kumitat jixtieq javża li se jkun qed jorganizza t-transport għall-membri u partitarji
biex jakkumpanjaw lill-banda. It-transport se jitlaq miż-Żurrieq fil-5.30p.m. Il-biljetti jistgħu jinkisbu mill-Bar tal-Każin. Il-preżenza tagħkom il-membri u partitarji żgur jagħti kuraġġ kbir sew lill-bandist kif ukoll lill-Kumitat u Sotto Kumitati fi ħdan is-Soċjeta'.
Grazzi tal-appoġġ.