Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Diċembru 2019
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1
2 3 4 5 6 7 8
9 10 11 12 13 14 15
16 17 18 19 20 21 22
23 24 25 26 27 28 29
30 31

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!


Seduta Ġenerali Straordinarja – 26 ta’ Ġunju 2011

« mur lura

Il-Hadd, 26 ta' Gunju 2011

 

Wara d-deċiżjoni li ttieħdet fis-Seduta Ġenerali Annwali tas-Soċjeta’ tas-sena 2010, il-Kumitat ħadem biex jipprepara sett ta’ Regolamenti Ġodda dwar is-Sotto Kumitati tas-Soċjeta’ biex jiġu nkużi fl-Istatut tas-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M. Għaldaqstant wara, li ġiet iffurmata Kummissjoni apposta biex tagħmel l-istudju tagħha kif ukoll saru diskussjonijiet fis-Sotto Kumitati stess, u kien hemm ċans li intom is-Soċji tibgħatu s-suġġerimenti tagħkom, il-Kumitat se jkun qed isejjaħ Seduta Ġenerali Straordinarja biex b’hekk dawn ir-regolamenti issa jiġu ppreżentati lilkom is-Soċji biex jiġu approvati. Din is-Seduta ser issir nhar il-Ħadd 26 ta’ Ġunju fit-8.30a.m. fis-Sala Espedito Deguara tal-Każin tal-Banda Santa Katarina V.M. Infakkarkom illi jekk ma jkunx hemm ‘quorum’ fil-ħin avżat, is-Seduta tibda nofs siegħa wara bin-numru ta’ soċji preżenti.

 

Filwaqt li nesprimi l-importanza ta’ l-attendenza tiegħek, nibgħat inselli għalik u għall-familja tiegħek kollha.

 

Dejjem Tiegħek

 

                       

Kevin Schembri

Segretarju






developed by CasaSoft