Il-Hadd, 8 ta' Mejju 2011
F'isem il-President u l-Kumitat tas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. nixtieq nirringrazzja lid-Dilettanti tan-Nar tas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. għall-wirja li ġiet mogħtija fuq il-Fosos tal-Furjana. Din il-wirja setgħet tiġi offruta wara ħafna xogħol ta' sagrifiċċju u dedikazzjoni. Għalhekk l-apprezzament tas-Soċjeta' huwa ferm kbir.
Barra minn dan nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li taw l-appoġġ u l-għajnuna tagħhom anke permezz tal-sms li ġew mibgħuta.