Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Diċembru 2019
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1
2 3 4 5 6 7 8
9 10 11 12 13 14 15
16 17 18 19 20 21 22
23 24 25 26 27 28 29
30 31

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!


Avviz

« mur lura

Is-Sibt, 7 ta' Mejju 2011

 

F'isem il-President u l-Kumitat nifraħ u nawgura lis-St.Catherine Fireworks Factory fi ħdan is-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni tal-Festival tan-Nar ta' l-Art Mekkanizzat li ser isir nhar is-Sibt 7 ta' Mejju 2011 fuq il-Fosos tal-Furjana.

Kif tafu, din m'hijiex l-ewwel darba li s-Soċjeta' tagħna qed tkun rappreżentata mid-Dilettanti tan-Nar f'dan il-Festival Nazzjonali. Kull darba li kkompetejna id-Dilettanti tan-Nar tagħna dejjem paxxew lill-pubbliku bl-ispettaklu li huma taw. Fil-fatt, minn sena għall-oħra dejjem sar progress u għal dawn l-aħħar sentejn is-Soċjeta' tagħna kienet ġiet onorata bil-premju "L-Aħjar Esebizzjoni Skont l-Opinjoni Pubblika". Dan kollu sar bil-ħidma u d-dedikazzjoni li l-membri tagħna wrew b'risq is-Soċjeta'.

L-għan tas-Soċjeta' hu li din is-sena nkomplu nsaħħu dak li ksibna matul dawn l-aħħar snin. Għalhekk il-preżenza tagħkom nhar is-Sibt 7 ta' Mejju 2011 fuq il-Fosos tal-Furjana hu l-akbar ringrazzjament għad-Dilettanti tan-Nar tagħna għax-xogħol li huma wettqu b'tant sagrifiċċju. Barra minn dan, ma rridux ninsew li l-opinjoni pubblika għal sena oħra se tkun qed tippremja lil dik is-Soċjeta' li fl-opinjoni ġenerali tkun offriet l-Aħjar Esebizzjoni. Għalhekk jien nappella biex tagħtu l-vot tagħkom lis-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M.

In-numru tal-Votazzjoni huwa 5061 5203.

Il-ħin tal-votazzjoni huwa s-Sibt 7 ta' Mejju 2011 mid-9.00pm ‘il-quddiem, sal-Ħadd 8 ta' Mejju 2011 fis-7.00am. Kull SMS jiswa €0.58. 

Jien persważ li dak li ksibna matul is-snin li għaddew se nerġgħu niksbuh anke din is-sena u se nerġgħu nkunu konfermati bħala waħda mill-akbar soċjetajiet fil-gżejjer Maltin.  Grazzi mill-qalb bil-quddiem tal-appoġġ tagħkom.

 

Pster nar tal-art 2011
developed by CasaSoft