Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Diċembru 2019
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1
2 3 4 5 6 7 8
9 10 11 12 13 14 15
16 17 18 19 20 21 22
23 24 25 26 27 28 29
30 31

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!


Festa Liturġika ta' Santa Katarina V.M. fil-Knisja Matriċi u Arċipretali Taż-Żurrieq

« mur lura

Il-Hadd 21 ta' Novembru 2010

 

Il-Ħadd, it-Tnejn u t-Tlieta 21, 22, u 23 ta' Novembru 2010, jiem ta' Tridu. Fil-5.30p.m. Rużarju, fis-6.00 p.m. Quddiesa, kurunella ta' Santa Katarina, Innu, Antifona, Ċelebrazzjoni Ewkaristika, bews tar-Relikwija u kant tal-Innu Popolari.

 

L-Erbgħa 24 ta' Novembru 2010, lejliet il-festa. Fil-5.30p.m. Translazzjoni solenni tar-Relikwija ta' Santa Katarina u kant tal-Ewwel Għasar tal-Martri, Quddiesa, Ċelebrazzjoni Ewkaristika, bews tar-Relikwija u kant tal-Innu Popolari.

 

Il-Ħamis, 25 ta' Novembru 2010, jum il-Festa. Fil- 5.30p.m. kant tat-Tieni Għasar tal-Martri. Fis-5.45p.m. tqegħid ta' kuruna tar-rand fuq il-monument ta' Santa Katarina f'Misraħ ir-Repubblika mill-membri tas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. li jibqgħu sejrin il-knisja għall-Quddiesa Kantata. Fis-6.00p.m. Quddiesa Koncelebrata solenni bil-paniġierku mill-Wisq Rev. Dun Nikol Cachia. Wara l-Quddiesa, l-istatwa ta' Santa Katarina tiġi mdawwra mal-knisja, isir il-bews tar-Relikwija, Repożizzjoni tar-Relikwija, Ċelebrazzjoni Ewkaristika u kant tal-Innu Popolari.

Lejliet u nhar il-festa jmexxi ċ-ċelebrazzjonijiet il-Wisq Rev. Arcipriet Dun Charles Attard. Matul il-ħamest ijiem tal-Festa jieħu sehem il-Kor Parrokkjali Cantate Domino. Mro. Paul Portelli L.Mus.L.C.M., Dip.Mus.Sacra jidderieġi matul il-jiem tat-Tridu; lejlet u nhar il-festa, Mro. Patri Anton Briffa O.F.M. Cap. L.L.C.M., Lic. Mus. Sacra, M.Mus.Greg.

Fit-8.00p.m., il-Banda Sanata Katarina V.M. tagħmel marċ minn Triq il-Kbira sa Misraħ ir-Repubblika mmexxija mis-Surmast Mario Testa Dip. Mus. In Bb Tuba, F.Mus. E.I.H.E.(H.C.), ATCL. X'ħin il-Banda tasal ħdejn il-Monument ta' Santa Katarina, jindaqq l-Innu Marċja "Semma' Poplu L-Vuċi Tiegħek" ta' Mro. Espedito Deguara A.Mus.L.C.M.

developed by CasaSoft