Il-Hadd, 17 ta' Ottubru 2010
13 ta' Settembru 2010
Seduta Ġenerali Annwali - 17 t' Ottubru 2010
Kif isir kull sena skont l-Istatut tas-Soċjeta', il-Ħadd 17 t' Ottubru 2010 ser issir is-Seduta Ġenerali Annwali tas-Soċjeta'. Din ser issir fil-Każin fis-Sala Espedito Deguara fit-8:00 am.
AĠENDA
- Qari ta' minuti
- Rapport Amministrattiv
- Rapport Finanzjarju
- Rapport Finanzjarju (Sezzjoni Nisa)
- Rapport Finanzjarju (Sezzjoni Żgħażagħ)
- Rapport Finanzjarju (Sezzjoni Dilettanti tan-Nar)
- Rapport Finanzjarju (Sotto Kumitat tal-Armar)
- Rapport Finanzjarju (Sotto Kumitat tal-Kultura)
- Rapport Finanzjarju (Sotto Kumitat Radju)
- Rapport Finanzjarju (Ex-Officio)
- Diskors mill-President
- Ħatra ta' erba' Awdituri
- Ħatra tal-Kummissjoni Elettorali
- Proposti u emendi għar-regolamenti
- Punti oħra ta' l-Aġenda mibgħuta lis-Segretarju
Infakkarkom li l-ħin tas-seduta huwa fit-8:00am fejn jekk ma jkunx hemm ‘quorum' fil-ħin avżat, is-seduta tibda nofs siegħa wara bin-numru ta' membri preżenti. Kull proposta jew emenda għar-regolamenti trid tasal bil-miktub għand is-Segretarju sa nhar il-Ħamis 7 t' Ottubru 2010 fis-6.00pm. Kull suġġeriment ieħor li tixitieq li jiġi diskuss waqt is-Seduta Ġenerali Annwali, għandu jasal ukoll bil-miktub għand is-Segretarju sa nhar il-Ħamis 7 t'Ottubru 2010 fis-6.00pm sabiex jiġi inkluż fl-Aġenda.
Filwaqt li nibgħat inselli għalik u għall-familja tiegħek, nesprimi l-importanza ta' l-attendenza tiegħek għas-seduta.
Kevin Schembri
Segretarju