Is-Sibt, 24 ta' April 2010
Nhar is-Sibt 24 ta' April 2010, is-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. se tkun qed tipparteċipa fil-Festival Nazzjonali tal-Logħob tan-Nar tal-Art Mekkanizzat 2010 organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Furjana. Int tista' tivvota għas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq billi tibgħat sms fuq in-numru 50615208 u b'hekk int tkun qed tgħin lis-Soċjeta' tagħna fil-Kategorija tal-Premju 'L-Aħjar Esebizzjoni Skont l-Opinjoni Pubblika'. Nirringrazzjawk bil-quddiem tal-vot tiegħek.