Il-Gimgha, 18 ta' Dicembru 2009
Radju Santa Katarina jistieden lil kulhadd biex jinghaqad maghna f'din il-familja kbira b'mod specjali f'dawn iz-zmien ta' Festi.
Kif kienet ix-xewqa taghkom is-semmiegha ser jitwaqqaf il-fan club ta' Radju Santa Katarina.
Inghadaq maghna ghall-prezz ta' €2.33 u fil-gurnata ta' gheluq sninek jew fl-anniversarju taghkom, Radju Santa Katarina ser ikun qed jibghatlek l-isbah xewqat waqt il-programmi ta' dik il-gurnata memorabbli ghalik.
Nhar il-Hadd 20 u l-Hadd 27 ta' Dicembru il-programm Sbieh il-Jum ser ikun qed jixxandar minn gewwa l-bar tal-kazin sabiex dawk kollha li jixtiequ jinghaqdu maghna jistghu jaghmlu dan billi jigu l-kazin u filwaqt li jsegwu l-programm mall-prezentaturi taghna aktar mill-qrib, tkunu tistghu tinkitbu fil-fan club ta' Radju Santa Katarina.
Min ma jista' jattendi jista' wkoll jibghat sms fuq in-numru tad-donazzjoni 50617377 ghall-istess prezz ta' €2.33 fejn fih importanti li tikteb l-isem u l-kunjom, in-numru ta' l-identita, id-data tat-twelid jew anniversarju, u d-diska favorita tieghek. Fil-kaz ta' l-anniversarju huwa mportanti li tikteb l-isem tar-ragel jew tal-mara tieghek.
Ghalhekk kun minn ta' l-ewwel li tidhol fil-Fan Club ta' Radju Santa Katarina u fl-istess hin tkun qed tghin biex inkomplu nwasslulkom xandir ta' kwalita.