Soċjeta Mużikali Santa Katerina V.M. Żurrieq A.D. 1864
Navigazzjoni Agħfas hawn biex tisma Radju Santa Katarina Kalendarju
Settembru 2010
Tn Tl Er Ħa Ġi Si Ħa
1 2 3 4 5
6 7 8 9 10 11 12
13 14 15 16 17 18 19
20 21 22 23 24 25 26
27 28 29 30

Mailing List
Downloads Sancta Catharina - Zurricanorum Patrona Uploadja Ritratti

F'dan is-sit ġdid, issa kulħadd jista' jtella ritratti b'mod vera sempliċi!

Tella ritratti int wkoll!

Aħbarijiet Riċenti


Avviz

Il-Gimgha, 20 ta' Awissu 2010

 

Il-Kumitat tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina VM jixtieq javza lill-membri, li l-programmi tal-Festa 2010 ser jitqassmu mill-bar tal-Kazin bejn nhar il-Hadd 22 u l-Hadd 29 t' Awwissu 2010. 

Il-hinijiet se jkunu kif gej:

Il-Hdud mill-10:00am sa 12:00pm

It-Tlieta, l-Erbgha u l-Gimgha mill-4:00pm sa 8:00pm, filwaqt li l-Hamis mill-4:00pm sas-6:00pm.


Programm ta’ Marci Brijuzi

Il-Hadd, 22 ta' Awissu 2010

Issa li l-Festa qieghda fil-bidu taghha, il-Banda Santa Katarina se ttella' programm ta' marci brijuzi fil-bitha tal-kazin nhar il-Hadd 22 t' Awissu mill-10:00am ‘il quddiem.

 

Barra minn dan fl-istess gurnata, s-Socjeta' Muzikali Santa Katarina se tkun qed torganizza Fiera gewwa l-Pjazza Santa Marija ta' Bubaqra mis-7:30pm ‘il quddiem.  Fid-9:00pm il-Banda Santa Katarina se tferrah lir-residenti ta' Bubaqra b'daqq ta' marci brijuzi.

 

L-attendenza u l-appogg taghkom lill-Banda Santa Katarina jaghtu kuragg u bidu tajjeb ghall-Festa tal-Patruna taghna Santa Katarina.


Quddiesa b'sufragju ghall-vittmi kollha tan-Nar

Gimgha, 20 ta' Awissu 2010

Nhar il-Gimgha 20 t' Awissu 2010 se ssir Quddiesa b'sufragju ghall-vittmi kollha tan-Nar tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina VM kif ukoll ghas-Surmast Francis Falzon fil-Knisja ta' Santa Marija ta' Bubaqra fis-7:00pm.

 

Wara l-quddiesa ser jitpoggew kuruni fuq il-qobra fic-cimiterju San Leone ta' Bubaqra.  Wara ser isir pellegrinagg sa fuq il-monument fit-triq ta' Hal Far.

 

Inheggu lil kulhadd biex jattendi.


Avviz

IIt-Tlieta 3 t'Awissu 2010

 

Il-Kumitat jixtieq javża li l- Banda Santa Katarina V.M. se tkun qed toffri s-servizz tagħha nhar it-Tlieta 3 t'Awwissu 2010 ġewwa Ħal-Lija għall-Festa tas-Salvatur. Dan is-servizz se jkun jikkonsisti f'marċ brijuż mat-toroq ta' Ħal-Lija mit-8.30p.m. sal-11.30p.m.

Għalhekk il-kumitat iħeġġeġ lill-Bandisti biex jiġu bi ħġarhom għal dan is-servizz kif ukoll lill-membri u partitarji biex jakkumpanjaw lill-banda. Dan żgur jagħti kuraġġ kbir sew lill-bandist kif ukoll lill-kumitat u sotto kumitati fi ħdan is-Soċjeta'.

Grazzi tal-appoġġ.

Kevin Schembri

Segretarju


Avviz

Il-Hadd 1 t'Awissu 2010

Il-Kumitat jixtieq javża li s-servizz li jmiss tal- Banda Santa Katarina V.M. se jkun nhar il-Hadd 1t'Awissu 2010 ġewwa Belt Valletta għall-Festa ta' San Duminku. Dan is-servizz se jkun jikkonsisti f'marċ brijuż mat-toroq tal-Belt Valletta.

 

Għalhekk il-kumitat iħeġġeġ lill-Bandisti biex jiġu bi ħġarhom għal dan is-servizz kif ukoll lill-membri u partitarji biex jakkumpanjaw lill-banda. Dan żgur jagħti kuraġġ kbir sew lill-bandist kif ukoll lill-kumitat u sotto kumitati fi ħdan is-Soċjeta'.

 

Grazzi tal-appoġġ.


AVVIZ

It-Tnejn, 31 ta' Mejju 2010

 

Is-Socjeta' Muzikali Santa Katarina tixtieq tinforma li se tkun qed tghaqad grupp ta' pellegrini sabiex izuru l-Art Imqaddsa u s-Sinaj mal-Frangiskani bejn it-2 u 12 ta Novembru 2010.

 

Ghalhekk kull minn hu interessat li jigi maghna ghal dan il-Pellegrinagg ghandu jikuntattja lit-Tezorier tas-Socjeta' s-Sur Moses Camilleri fuq 79885693 jew lic-Chairperson tas-Sezzjoni Nisa s-Sinjura Anna Camilleri sabiex jithallas id-depozitu sa mhux aktar tard mit-30 ta Gunju 2010.


AVVIŻ

il-Gimgha 9 ta' Lulju 2010

 

Il-Kumitat jixtieq javża li s-servizz li jmiss tal- Banda Santa Katarina V.M. se jkun nhar il-Ġimgħa 9 ta' Lulju 2010 ġewwa Ħal-Kirkop għall-Festa ta' San Ġużepp. Dan is-servizz se jkun jikkonsisti f'marċ brijuż mat-toroq ta' Ħal-Kirkop mid-9.00p.m. sa nofs il-lejl.

 

Għalhekk il-kumitat iħeġġeġ lill-Bandisti biex jiġu bi ħġarhom għal dan is-servizz kif ukoll lill-membri u partitarji biex jakkumpanjaw lill-banda. Dan żgur jagħti kuraġġ kbir sew lill-bandist kif ukoll lill-kumitat u sotto kumitati fi ħdan is-Soċjeta'.

 

Grazzi tal-appoġġ.


Rizultat Festival Nar tal-Art

Il-?add, 25 ta' April 2010

F'isem il-President u l-Kumitat tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. nixtieq nirringrazzja lid-Dilettanti tan-Nar ghall-Wirja li giet moghtija fuq il-Fosos tal-Furjana kif ukoll ghar-Rizultat miksub. Dan hu rizultat li juri progress u li zgur imliena bl-akbar sodisfazzjon.

 

Barra minn dan, nixtieq nirringrazzja lill-membri, partitarji u lil dawk kollha li taw il-vot taghhom permezz tal-sms lis-St. Catherine Fireworks Factory ghax permezz ta' dawn il-voti, ghat-tieni sena konsekuttiva s-Socjeta' taghna kisbet il-premju tal- "Ahjar Esebizzjoni Skont l-Opinjoni Pubblika" b' 1642 vot.

 

Ghal darb'ohra Grazzi lil kulhadd !

 

Kevin Schembri

Segretarju


Festival tan-Nar ta' l-Art

It-Tnejn, 19 ta' April 2010

F'isem il-President u l-Kumitat nifraħ u nawgura lis-St.Catherine Fireworks Factory fi ħdan is-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni tal-Festival tan-Nar ta' l-Art li ser isir nhar is-Sibt 24 t'April 2010.
 
Il-preżenza tagħkom il-membri u partitarji fuq il-Fosos tal-Furjana nhar is-Sibt fiż-żgur li tagħti kuraġġ kbir lil dawn il-membri li b'tant sagrifiċċju ħadmu bla heda biex l-isem tas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. jkompli jikber. Fil-fatt is-Sotto Kumitat Nar se jkun qed jorganizza t-transport għal fuq il-Fosos tal-Furjana.  Barra minn dan, ikun ta' kuraġġ akbar jekk int tibgħat l-sms's tiegħek fuq in-numru abbinat mas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. biex b'hekk tkun qed tivvota għall-"Aħjar Esebizzjoni skont l-Opinjoni Pubblika".
In-numru tal-Votazzjoni permezz tal-SMS huwa 5061 5208.
 
Il-ħin tal-votazzjoni huwa s-Sibt 24 t'April 2010 mid-9.00pm ‘il quddiem, sal-Ħadd 25 t'April 2010 fis-7.00am.  Jistgħu tivvutaw biss dawk li jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpaniji Go u Vodafone.  Kull SMS jiswa €0.58.  Ta' min jinnota wkoll li din is-sena jekk ikun hemm aktar minn 300 sms għas-Soċjeta' tagħna, l-organizzaturi se jagħtu €0.09 lis-Soċjeta' fuq kull sms. M'hemmx limitu ta' kemm wieħed jista' jibgħat sms's
 
Jien persważ li dak li ksibna s-sena li għaddiet se nerġgħu niksbuh anke din is-sena u se nerġgħu nkunu konfermati bħala waħda mill-akbar soċjetajiet fil-gżejjer Maltin. Dan jista' jinkiseb billi int li għandek għal qalbek lis-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. nhar is-Sibt tivvota 50615208.
Grazzi mill-qalb tal-koperazzjoni tiegħek.

 


Festival Nazzjonali tal-Logħob tan-Nar tal-Art Mekkanizzat 2010

Is-Sibt, 24 ta' April 2010

poster nar 2010

 

Nhar is-Sibt 24 ta' April 2010, is-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. se tkun qed tipparteċipa fil-Festival Nazzjonali tal-Logħob tan-Nar tal-Art Mekkanizzat 2010 organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Furjana. Int tista' tivvota għas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq billi tibgħat sms fuq in-numru 50615208 u b'hekk int tkun qed tgħin lis-Soċjeta' tagħna fil-Kategorija tal-Premju 'L-Aħjar Esebizzjoni Skont l-Opinjoni Pubblika'. Nirringrazzjawk bil-quddiem tal-vot tiegħek.    


l-Għid it-Tajjeb

Il-Hadd, 4 ta' April 2010

F'isem il-President, il-Kumitat, is-Sezzjonijiet u s-Sotto Kumitati tas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. nixtieq nawgura l-Għid it-Tajjeb lis-Soċji, Partitarji, Benefatturi tas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. u lil dawk kollha li għandhom f'qalbhom tgħammar imħabba lejn il-Patruna tagħna Santa Katarina V.M.


AVVIŻ

Il-Hadd, 28 ta' Marzu 2010

AVVIŻ
 
 
Il-Banda Santa Katarina V.M. se twettaq servizz ta' Marċi Funebri u Mużika Sagra nhar il-Ħadd 28 ta' Marzu 2010 ġewwa Misraħ Repubblika iż-Żurrieq fl-10:00am. Għalhekk il-kumitat iħeġġeġ lill-Bandisti biex jiġu bi ħġarhom għal dan is-servizz kif ukoll lill-membri u partitarji biex jakkumpanjaw lill-banda.
 
Grazzi tal-appoġġ.


Laqgha ghas-Sotto Kumitati

It-Tnejn, 8 ta' Marzu 2010

 Nhar it-Tnejn 8 ta' Marzu 2010 fis-7.30p.m. fis-Sala Espedito Deguara se ssir il-Laqgha ghall-membri li jiffurmaw parti mill-Kumitati tas-Sezzjonijiet, Frieghi u Sotto-Kumitati tas-Socjeta' flimkien mal-Kumitat Centrali u Presidenti Onorarji bl-isem:-

"L-Istatut"

L-attendenza ta' dawn il-membri hija importanti!

Kevin Schembri

Segretarju


Gheluq it-30 sena mis-Sezzjoni Nisa

L-Gimgha, 26 ta' Frar 2010

Knisja Arcipretali Santa Katarina Zurrieq

Il-Ġimgħa, 26 ta' Frar 2010 - 6.00pm

 

Fl-Gheluq it-30 sena mis-Sezzjoni Nisa fi hdan is-Socjeta' Muzilai Santa Katarina V.M. , Sezzjoni Nisa ser torganizza quddiesa tar-ringrazzjament nhar il-Gimgha 26 ta' Frar fis-6.00pm fil-knisja Arcipretali ta' Santa Katarina Zurrieq.

Mistiedna  s-Sezzjonijiet u Sotto kumitati kollha fi hdan is-Socjeta', il-membri kollha , b'mod specjali in-nisa.

Wara jsir High Tea specjali  l-kazin fis-Sala Espedito Deguara.

Se tinghata tifkira ta l-okkazjoni li Socji nisa kollha.


LAQGHA SOTTO KUMITATI

Is-Sibt, 9 ta' Jannar 2010

 Nhar it-Tnejn 18 ta' Jannar 2010 fis-7.30p.m. fis-Sala Espedito Deguara se ssir il-Laqgha ghall-membri li jiffurmaw parti mill-Kumitati tas-Sezzjonijiet, Frieghi u Sotto-Kumitati tas-Socjeta' flimkien mal-Kumitat Centrali u Presidenti Onorarji bl-isem:-

"Fl-Ghaqda hemm is-Sahha"

L-attendenza ta' dawn il-membri hija importanti!

Kevin Schembri

Segretarju


Avviz

Il-Hadd, 27 ta' Di?embru 2009

F'isem il-President u l-Kumitat tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. nixtiequ nawguraw l-isbah xewqat ta' Sena gdida mimlija Risq u Hena lill-membri tas-Sezzjonijiet u Sotto Kumitati kif ukoll lis-Socji, Membri, Partitarji u Ammiraturi tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M., liz-Zrieraq kollha u lil kull min izur din il-website.


Avviz

Il-Hadd, 27 ta' Di?embru 2009

 

Segretarju

Ghaqda Karmelitana Banda Queen Victoria

Misrah Repubblika

Zurrieq

Sur Segretarju,

Qed niktiblek din l-ittra b'referenza ghal dak li deher fil-pagna 2 tal-fuljett bl-isem ‘L-Istilla Karmelitana' mahrug mill-Ghaqda tieghek.

Huwa ta' dizappunt kbir li ghal darb'ohra f'dan il-fuljett qed jidhru attakki mmirati fuq is-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. Dawn l-attakki la jaghmlu gieh lilkom bhala Socjeta' u wisq aktar ma jaghmlux gieh lill-festi li ahna niccelebraw. Nibda billi nsaqsik b'liema awtorita' l-Editur ta' dan il-fuljett iddecieda li jaghmel uzu minn arma, liema arma hija propjeta' tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. Hawnhekk niehu wkoll l-okkazjoni sabiex ninforma lill-Editur li d-data 1946 hija l-ahhar data ta' meta l-Orkestra Santa Katarina V.M., dak iz-zmien taht it-tmexxija tas-Surmast Espedito Deguara giet trasformata minn Orkestra ghal Banda fil-forma kif nafuha llum. Dan ma jfissirx illi r-rahal taghna qghad jistenna sa dik id-data biex ikollu l-Banda tieghu, izda dan ifisser li s-Socjeta' taghna minn mindu twaqqfet fl-1864, dejjem mxiet maz-zminijet u dejjem rat x'kien ikun l-ahjar ghaliha.

Barra minn dan, jekk dehrilkom li fuq il-pubblikazzjoni tas-Socjeta' taghna kien hemm xi affarijiet li setghu jinfthemu b'mod differenti, kien imiss li tigbdulna l-attenzjoni b'mod aktar diplomatiku sabiex inkunu nistghu niccaraw il-pozizzjoni taghna minghajr ma noqoghdu nkabbru u nheggu pika zejda bejn is-socji u l-partitarji taz-zewg kazini. Irridu niftakru li aktar kemm nuru koperazzjoni ma' xulxin, aktar jista' jservi ta' gid ghall-Festi taghna minhabba li dawn huma dejjem fil-mira tal-kritika li aktar kemm qed jghaddu s-snin, dejjem aktar qed tizdied.

Filwaqt li nixtieq niehu l-okkazjoni sabiex ninfurmak li ghall-Kumitat Centrali tas-Socjeta' taghna dan hu kaz maghluq u ghaldaqstant qed nitolbu lis-Socji biex ma jikkummentawx aktar dan il-kaz, nixtieq ngharrfek li kopja ta' din l-ittra qed titwahhal fin-notice-board tal-Kazin taghna kif ukoll qed tigi mtella' fuq is-sit elettroniku tas-Socjeta' taghna. Nittama li f'okkazjonijet ohra jirnexxielna nahdmu flimkien b'mod aktar diplomatiku, kif inhu mitlub minn dawk kollha li jridu l-gid taz-zewg festi fiz-Zurrieq.

Nawgura lilek u lill-Kumitat tieghek kollu Milied Hieni u Sena mimlija risq.

Ghoddni dejjem tieghek,

Kevin Schembri

Segretarju


AVVIZ

Il-Gimgha, 25 ta' Dicembru 2009

 

Il-Kumitat jixtieq javza li l-Banda Santa Katarina V.M. se taghmel servizz ta' Marci tal-Milied nhar il-Gimgha 25 ta' Dicembru 2009 gewwa z-Zurrieq fl-10:00am Ghalhekk il-kumitat iheggeg lill-Bandisti biex jigu bi hgarhom ghal dan is-servizz kif ukoll lill-membri u partitarji biex jakkumpanjaw lill-banda. Min jixtieq jaghti rigal lit-tfal tieghu permezz tal-Father Christmas tas-Socjeta', ghandu jgib ir-rigal tieghu fil-Kazin qabel ma jibda l-marc. L-isem tat-tfal kif ukoll mobile number irid ikun miktub fuq ir-rigal.

 

Kevin Schembri

Segretarju


RSK Fan Club

Il-Gimgha, 18 ta' Dicembru 2009

 Radju Santa Katarina jistieden lil kulhadd biex jinghaqad maghna f'din il-familja kbira b'mod specjali f'dawn iz-zmien ta' Festi.

Kif kienet ix-xewqa taghkom is-semmiegha ser jitwaqqaf il-fan club ta' Radju Santa Katarina. 

Inghadaq maghna ghall-prezz ta' €2.33 u fil-gurnata ta' gheluq sninek jew fl-anniversarju taghkom, Radju Santa Katarina ser ikun qed jibghatlek l-isbah xewqat waqt il-programmi ta' dik il-gurnata memorabbli ghalik.

Nhar il-Hadd 20 u l-Hadd 27 ta' Dicembru il-programm Sbieh il-Jum ser ikun qed jixxandar minn gewwa l-bar tal-kazin sabiex dawk kollha li jixtiequ jinghaqdu maghna jistghu jaghmlu dan billi jigu l-kazin u filwaqt li jsegwu l-programm mall-prezentaturi taghna aktar mill-qrib, tkunu tistghu tinkitbu fil-fan club ta' Radju Santa Katarina.

Min ma jista' jattendi jista' wkoll jibghat sms fuq in-numru tad-donazzjoni 50617377 ghall-istess prezz ta' €2.33 fejn fih importanti li tikteb l-isem u l-kunjom, in-numru ta' l-identita, id-data tat-twelid jew anniversarju, u d-diska favorita tieghek.  Fil-kaz ta' l-anniversarju huwa mportanti li tikteb l-isem tar-ragel jew tal-mara tieghek.

Ghalhekk kun minn ta' l-ewwel li tidhol fil-Fan Club ta' Radju Santa Katarina u fl-istess hin tkun qed tghin biex inkomplu nwasslulkom xandir ta' kwalita.


DVD TAL-FESTA 2009

It-Tnejn, 16 ta' Novembru 2009

 

Nhar it-Tlieta 24 ta' Novembru (lejlet il-Festa Liturgika ta' Santa Katarina V.M.) fit-7.45p.m. se jintwera ghall-ewwel darba d-DVD tal-Festa 2009 fil-Bar tal-Kazin tal-Banda Santa Katarina V.M.

 

Infakkru li minn dakinhar id-DVD se jkun ghall-bejgh mill-Bar tal-Kazin.


Kumitat Centrali Gdid

Il-Hadd, 1 ta' Novembru 2009

 

Dawn huma l-ismijiet tal membri l-godda tal-KUMITAT CENTRALI. Qeghdin imnizzlin fl-ordni alfabetika:

President: Schembri Philip

  • Cachia Josef
  • Camilleri Anna
  • Camilleri Karmenu
  • Camilleri Cettina
  • Camilleri Moses
  • Caruana Emanuel
  • D'Alfonso Charles
  • Farrugia Emanuel
  • Farrugia Richard
  • Schembri Kevin
  • Tanti Chalres

Chairperson tal- kummisjoni derigenti: Is-Sur Joseph Vella

Membri: Sur Lino Busutill u Sinjorina Annalisa Schembri, Sinjura Connie Tanti.

Minn qalbna nawgurawlhom hidma ta' successi ghas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M..


FESTA LITURGIKA SANTA KATARINA V.M.

It-Tnejn, 16 ta' Novembru 2009

 

Inheggu lill-membri biex jattendu fil-Knisja waqt il-funzjonijiet li se jsiru fl-okkazjoni tal-Festa Liturgika ta' Santa Katarina V.M. min-nhar is-Sibt 21 sa nhar l-Erbgha 25 ta' Novembru 2009.

Infakkrukom li nhar l-Erbgha 25 ta' Novembru 2009, il-Jum Liturgiku tal-Festa, fis-5.45p.m. nimmarcjaw wara l-istandart tas-Socjeta', fejn isir it-tqeghid ta' kuruna tar-rand fuq il-monument ta' Santa Katarina V.M. u nibqghu sejrin ghall-Quddiesa Kantata bil-Pani[ierku.

Wara, fit-8.00p.m. il-Banda Santa Katarina V.M. taht it-tmexxija tas-Surmast Mario Testa se taghmel il-Marc Tradizzjonali taghha minn Triq il-Kbira sa Misrah Repubblika.

 

Filwaqt li nheggu lill-membri tas-Sotto Kumitati, Socji u Partitarji biex jattendu ghal dawn l-attivitajiet, nfakkru li jkun xieraq li nhar il-25 ta' Novembru ntellghu bandiera.


Festa Liturġika ta’ Santa Katarina V.M. fil-Knisja Matriċi u Arċipretali Taż-Żurrieq

Il-Hadd, 15 ta' Novembru 2009

 

Is-Sibt, Il-Ħadd u t-Tnejn 21, 22, u 23 ta' Novembru 2009, jiem ta' Tridu. Fil-5,30p.m. Rużarju, fis-6.00 p.m. Quddiesa, kurunella ta' Santa Katarina, Innu, Antifona, Ċelebrazzjoni Ewkaristika, bews tar-Relikwija u kant tal-Innu Popolari.

It-Tlieta 24 ta' Novembru 2009, lejliet il-festa. Fil-5.30p.m. Translazzjoni solenni tar-Relikwija ta' Santa Katarina u kant tal-Ewwel Għasar tal-Martri, Quddiesa, Ċelebrazzjoni Ewkaristika, bews tar-Relikwija u kant tal-Innu Popolari.

L-Erbgħa, 25 ta' Novembru 2009, jum il-Festa. Fil- 5.30p.m. kant tat-Tieni Għasar tal-Martri, Fil-5.45p.m. tqegħed ta' kuruna tar-rand fuq il-monument ta' Santa katarina f'Misraħ ir-Repubblika mill-membri tas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. li jibqgħu sejrin il-knisja għall-Quddiesa kantata. Fis-6.00p.m. Quddiesa Koncelebrata solenni bil-paniġierku mill-Wisq Rev. Patri Pawl Aquilina O.S.A. Wara l-Quddiesa, l-istatwa ta' Santa Katarina tiġi mdawra mal-knisja, isir il-bews tar-Relikwija, Repozzjoni tar-Relikwija, Ċelebrazzjoni Ewkaristika u kant tal-Innu Popolari.

Lejliet u nhar il-festa jmexxi ċ-ċelebrazzjonijiet l-Wisq Rev. Arcipriet Dun Charles Attard. Matul il-ħamest ijiem tal-Festa jieħu sehem il-Kor Parrokkjali Cantate Domino taħt it-tmexxija ta' Mro. Patri Anton Briffa O.F.M. Cap. L.L.C.M., Dip. Mus. Sacra.

Fit-8.00p.m., il-Banda Sanata Katarina V.M. tagħmel marċ minn Triq il-Kbira sa Misraħ ir-Repubblika mmexxija mis-Surmast Mario Testa Dip. Mus. In Bb Tuba, F.Mus. E.I.H.E.(H.C.). X'ħin il-Banda tasal ħdejn il-Monument ta' Santa Katarina, jindaqq l-Innu Marċja "Semma' Poplu L-Vuċi Tiegħek" ta' Mro. Espedito Deguara A.Mus.L.C.M.


Elezzjoni Kumitat Centrali

Il-Gimgha, 30 ta' Ottubru 2009

Il Kumissjoni eletorali tixtieq tavvza li nhar is-Sibt 31 t'Ottubru 2009 bejn il-5.00pm u s-7.30pm u nhar il-Hadd bejn it-8.00am u 12.00pm ser issier l-elezzjoni ghal hatra tal-kumitat centrali.

Il-membri huma mhegga ha jigu jivitaw

Grazzi

 

 

 


Gheluq is-Sena mill-Mewt tas-Surmast Francis Falzon L.(Mus.) L.C.M., L.R.S.M.

It-Tnejn, 26 ta' Ottubru 2009

Gheluq is-Sena mill-Mewt tas-Surmast Francis Falzon L.(Mus.) L.C.M., L.R.S.M.
Se ssir quddiesa b'suffragju tas-Surmast Francis Falzon nhar it-Tnejn 26 t'Ottubru 2009 f'gheluq l-ewwel sena mill-mewt tieghu. Il-quddiesa ser tkun iccelebrata fil-Knisja Parrkjali ta' Santa Katarina V.M. taz-Zurrieq   fis-6.00p.m. u se tkun iccelebrata mid-Direttur Spiritwali tas-Socjeta' Fr.Raymond Cassar. Inheggu lill-membri kollha biex jattendu.


Kumitat Sezzjoni Zghazagh Palmisti 2009/2010

Il-Hadd, 11 ta' Ottubru 2009

 Dawn huma l-membri li tefghu n-nomina biex jiffurmaw il--Kumitat tas-Sezzjoni zghazagh Palmisti 2009/2010.

 

Abela Edmond

Aquilina Paul

Cachia Roberta

Camilleri Marvin

Cassar Roberto

Farrugia Clint

Fenech Christian

Gravino Eman

Hili Sean

Mangion Alfredo

Sacco Malcolm

Schembri Antoine

Schembri Omar

Schembri Ryan

Schembri Vince

Vassallo David

 

Il-Kumitat Centrali approva dawn in-nomini u ddecieda li mhux ser issir elezzjoni.

Kevin Schembri

Chairman - Kummissjoni Elettorali  Sezzjoni zghazagh Palmisti


Seduta Ġenerali Annwali tas-Soċjeta'

Il-Hadd, 25 ta' Ottubru 2009

Kif isir kull sena skond l-Istatut tas-Soċjeta', il-Ħadd 25 t' Ottubru 2009 ser issir is-Seduta Ġenerali Annwali tas-Soċjeta'.  Din ser issir fil-Każin fis-Sala Espedito Deguara fit-8:00 am.

AĠENDA

  • Qari ta' minuti
  • Rapport Amministrattiv
  • Rapport Finanzjarju
  • Rapport Finanzjarju (Sezzjoni Nisa)
  • Rapport Finanzjarju (Sezzjoni Żgħażagħ)
  • Rapport Finanzjarju (Sezzjoni Dilettanti tan-Nar)
  • Rapport Finanzjarju (Sotto Kumitat tal-Armar)
  • Rapport Finanzjarju (Sotto Kumitat tal-Kultura)
  • Rapport Finanzjarju (Ex-Officio)
  • Diskors mill-President
  • Ħatra ta' erba' Awdituri
  • Ħatra tal-Kummissjoni Elettorali
  • Tlugħ ta' ċedoli
  • Proposti u emendi għar-regolamenti
  • Punti oħra ta' l-Aġenda mibgħuta lis-Segretarju

Infakkarkom li l-ħin tas-seduta huwa fit-8:00am fejn jekk ma jkunx hemm ‘quorum' fil-ħin avżat, is-seduta tibda nofs siegħa wara bin-numru ta' membri preżenti.  Kull proposta jew emenda għar-regolamenti trid tasal bil-miktub għand is-Segretarju sa nhar il-Ħadd 12 t' Ottubru 2008 fis-6.00pm.  Kull suġġeriment ieħor li tixitieq li jiġi diskuss waqt is-Seduta Ġenerali Annwali, għandu jasal ukoll bil-miktub għand is-Segretarju sa nhar il-Ħadd 12 t'Ottubru 2008 fis-6.00pm sabiex jiġi inkluż fl-Aġenda.

Filwaqt li nibgħat inselli għalik u għall-familja tiegħek, nesprimi l-importanza ta' l-attendenza tiegħek għas-seduta.

Għoddni dejjem tiegħek,

Emanuel Farrugia,

Segretarju.


Avviz

L-Erbgha, 19 ta' Awissu 2009

 

Nhar il-Ħadd 23 t' Awwissu 2009 ser issir Open Day ġewwa Studios Santa Katarina, fejn fl-10.00am isir il-ftuħ uffiċjali, u ser jitbierku mill-Arċipriet Dun Charles Attard.  Kulħadd huwa mistieden iżur dawn l-istudios ġodda minn fejn ser jibda jxandar Radju Santa Katarina sabiex jara kif jitħaddem ir-Radju, kif ukoll ix-xogħol kbir li sar tul din is-sena.

 

Filgħaxija mbagħad ser issir quddiesa b'sufraġju tal-Vittmi kollha tan-Nar, u għal ruħ Mro.Francis Falzon.Kulħadd huwa mistieden. Il-quddiesa li se jqaddisa Dun Raymond Cassar, id-Direttur Spiritwali tas-Socjeta`, tibda fis-6.00pm  fil-Knisja ta' Santa Marija Bubaqra.

Wara nitilqu b'korteo ta' talb fuq il-qabar ta' Mro.Falzon, u wara lejn il-lapida kommemorattiva tal-vittmi tan-nar li tinsab fi Triq Ħal Far, fejn ser jitqiegħdu kuruni u jingħad xi talb

Joseph  Darmanin

Segretarju


Avviz

It-Tnejn, 17 ta' Awissu 2009

 

IL-PRESIDENT U L-KUMITAT TAS-SOCJETA' MUZIKALI SANTA KATARINA V.M. GHANDHOM IL-PJACIR JISTIEDNU LILL-MEMBRI KOLLHA TAS-SOCJETA, U LIL DAWK KOLLHA LI JAGHTU SEHMHOM B'RISQ IL-FESTA TITULARI TA' SANTA KATARINA V.M. GHAL RICEVIMENT LI SER ISIR NHAR IT-TNEJN 24 T'AWWISSU 2009 FIT-8.00PM FIL-KAZIN - SALA MRO.ESPEDITO DEGUARA, FL-OKKAZJONI TAL-FESTA TITULARI TA' SANTA KATARINA V.M.


Avviz

Il-Hadd, 2 ta' Awissu 2009

Il-Kumitat jixtieq javża li s-servizz li jmiss, tal-Banda Santa Katarina V.M. għas-sena 2009 huwa nhar il-Ħadd 2 t'Awwissu ġewwa l-Belt Valletta għall-Festa San Duminku Cuor u warajh nhar it-Tnejn 3 t'Awwissu ġewwa Ħal-Lija għall-Festa tas-Salvatur.

Għalhekk il-kumitat iħeġġeġ lill-Bandisti biex jiġu bi ħġarhom għal dawn is-servizzi kif ukoll lill-membri u partitarji biex jakkumpanjaw lill-banda. Dan żgur jagħti kuraġġ kbir sew lill-bandisti kif ukoll lill-Kumitat u Sottokumitati fi ħdan is-Soċjeta'. Grazzi tal-appoġġ.

Joseph Darmanin

Segretarju


Avviz

It-Tlieta, 21 ta' Lulju 2009

Għeżież Membri u Partitarji,

Permezz ta' din l-ittra qed nerġa' nidħol ġewwa djarkom biex insellmilkom u nirringrazzjakom tal-appoġġ kollu li dejjem sibna minn għandkom.  Kif tafu, ż-żmien qorob sew, u issa l-preparazzjonijiet għall-festa f'ġieħ il-Patruna tagħna Santa Katarina V.M. jinsabu fil-qofol tagħhom.  Ma nistax ma nsemmix b'għożża l-unur kbir li l-Banda Santa Katarina V.M. ġabet magħha minn ġewwa l-Ungerija, propju f'dik li hija s-sitt safra tagħha.  B'esekuzzjoni mill-aqwa fl-erba' programmi li saru, pero' bil-qofol ikun dak ġewwa d-Dar Mużikali Joszef Attila ġewwa Dorog l-Ungerija, fejn ingħatajna l-akbar applawsi, kif ukoll preżentazzjoni ta' tifkiriet mill-Viċi Sindku tal-Belt, kif ukoll preżentazzjoni ta' faxxa mal-istandart, kif ukoll Bandalora sabiex titfakkar din l-okkażjoni.

Mistenni wkoll il-ftuħ uffiċjali tal-istudios ta' Radju Santa Katarina, Radju tal-Komunita' li dalwaqt jagħlaq sena jxandar kontinwament.  Radju li ta ħafna benefiċċju sew lis-Soċjeta' tagħna, kif ukoll lil raħalna u aktar,  speċjalment lil dawk li jsegwu permezz ta' l-internet.

Ma' dawn sar xogħol kbir ieħor fil-każin, li fil-ġranet li ġejjin ser ikollkom iċ-ċans li taraw ukoll il-frott.  Is-Sottokumitati, il-mutur tas-Soċjeta', ukoll taw ħafna enerġija biex ix-xogħol kollu ppjanat isir, u ta' dan minn qalbi f'isem il-Kumtitat nirringrazzjakom għall-impenn sinċier tagħkom.  Din is-sena ma kinetx nieqsa minn diffikultajiet, pero' żgur li flimkien negħlbu kull ostaklu quddiemna u għalhekk inħeġġeġ biex għall-ġranet ta' matul il-festa nsibu l-koperazzjoni mingħand kulħadd, sew f'dik li hi għajnuna fiżika fejn jidħol armar, tiżjin u kull ħaġa oħra relatata mal-festa, kif ukoll dik finanzjarja.

Propju nhar il-Ħadd li ġej 26 ta' Lulju, ser inkunu qed induru djarkom bieb, bieb, sabiex niġbru dik l-għotja tagħkom b'risq il-Festa tal-Patruna tagħna Santa Katarina V.M.  Naf li bħal dejjem ser terġgħu tkunu ġenerużi u minn qalbi nirringrazzjakom bil-quddiem.

Inħeġġiġkom tattendu għall-attivitajiet kollha tas-Soċjeta', fejn issegwu aktar dettalji fuq Radju Santa Katarina li jxandar fuq 90.6FM.  Inħeġġeġ ukoll li nuru l-prudenza kollha fil-festa, kif ukoll nuru l-akbar maturita'.  Inħeġġeġ biss biex dejjem nuru nteress komuni lejn is-Soċjeta' tagħna u lejn l-għażiża patruna tagħna Santa Katarina V.M.

GRAZZI LIL KULĦADD U GĦAL DARB'OĦRA PROSIT MISTĦOQQA LILL-BANDA SANTA KATARINA V.M.

Joseph Darmanin,

Segretarju.


Avviz

Il-Gimgha, 10 ta' Lulju 2009

  AVVIŻ

Il-Kumitat jixtieq javża li minħabba li l-maġġorparti tal-membri tal-Kumitat ser ikunu qed jakkumpanjaw il-Ġita tal-Banda Santa Katarina V.M. ġewwa l-Ungerija bejn il-11 u d-19 ta'Lulju 2009, tul dawn il-ġranet il-Kumitat appunta lis-Sur Richard Farrugia bħala Aġent-President, u lis-Sur Josef Chetcuti bħala Aġent-Segretarju.  Nitolbu l-koperazzjoni ta' kulħadd tul dawn il-ġranet.  Grazzi tal-appoġġ.

 

Joseph Darmanin

Segretarju

 


PROGRAMM TAL-GITA GHALL-UNGERIJA

Il-Hamis, 26 ta' Marzu 2009

 

Dan huwa l-programm tal-gita ghall Ungerija fejn il-Banda Santa Katarina V.M. giet mistiedna taghmel kuncerti minn ghaqda muzikali Ungeriza. Din hija s-sitt darba li l-Banda ghaziza taghna giet mistiedna taghti servizz barra minn Malta. Il-gita ser issehh bejn 12 u 19ta Lulju 2009. Dan il-programm huwa suggett ghal xi tibdil zghir kif ikunu c-cirkostanzi u kif jiddecidi l-kumitat. Grazzi lil kulhadd tal-koperazzjoni.  Joseph Darmanin Segretarju.

 

11-07-09: Is-Sibt

 

21.00 -Niltaqghu l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta.

23.10- Nitilqu lejn Bratislava ma l'Air Malta.

 

12-07-09: Il-Hadd

 

 1.40-  Naslu l-Ajruport ta' Bratislava

 2.40-  Nitilqu lejn il-Lukanda Frankfurt

 6.00-  Naslu l-Lukanda Frankfurt- allokazzjoni tal-kmamar, breakfast u hin ta mistrieh

12.15- Nitilqu ghas-City Park

13.00- Hin liberu fis-City Park- Min irid jista' jzur iz-Zoo, Luna Park jew il-Szechenyi     

            Baths.

17.00- Lura ghal-Lukanda

18.00- Cena

20.00- Immorru dawra "Budapest by Night"

22.00- Lura ghal-Lukanda

 

13-07-09:  It-Tnejn

 

 9.30-  Nitilqu ghall-Kastell ta' Buda

11.00- Kuncert Muzikali mill-Banda Sta. Katarina V.M. f'Halaszbastya (Fisherman's Bastion)

12.00- Nzuru l-Knisja ta' San Mattew u Fisherman's Bastion.

13.30- Ikla f'restorant gewwa Budapest.

15.00- Inzuru l-Pjazza ta' l-Eroj u l-Kastell ta' Vajdahunyad.

16.00- Nitilqu lejn Lajosmizse

17.30- Ikla u show taz-Zwiemel

21.00- Lura lejn Budapest

22.00- Naslu lura l-lukanda.

 

14-07-09 :  It-Tlieta

 

  8.30- Nitilqu lejn l-Ghadira ta' Balaton

11.30- Kuncert muzikali mill-Banda Santa Katarina V.M. fuq palk f'Balatonfured

13.00- Ikla f'Balatonfured

14.30- Hin liberu f'Balatonfured fejn wiehed jista' jghum

17.00- Nitilqu lejn Tihany

17.30- Nzuru l-Abazija ta Tihany

18.30- Ikla f'Tihany

20.30- Lura lejn Budapest

23.00- Naslu l-lukanda

 

15-07-09 : L-Erbgha

 

 9.00-  Nitilqu lejn Estergom

10.30- Nzuru l-katidral ta' Estergom - l-akbar wiehed ta' l-Ungeruja.

11.45- Kuncert muzikali mill-Banda Santa Katarina V.M. gewwa l-katidral

13.00- Ikla f'Estergom

15.00  Nitilqu lejn Dorog

17.00- Marc mill-Banda Sta Katarina V.M. gewwa Dorog

18.00- Kuncert muzikali mill-Banda Sta KatarinaV.M.  flimkien mal-banda ta' Dorog fic-centru  kulturali ta' Dorog.

20.00-  Ikla f'Dorog

22.15- Lura lejn Budapest

23.30- Naslu l-lukanda

 

16-07-09 : Il-Hamis

 

  9.00- Tluq lejn il-Gzira ta' Margaret.

10.00- Naslu fil-Gzira ta' Margaret.

11.00- Dawra bid-dghajsa fuq ix-Xmara Danubju

13.00- Ikla f'Budapest

14.30- Hin liberu f'Budapest

16.30- Nitilqu lejn Kesztoic (centru ta l-inbid)

18.00- Ikla stil Ungeriz fejn tista' tixrob inbid kemm trid.

21.30- Lura lejn Budapest

23.00- Naslu l-lukanda

 

17-07-09: Il-Gimgha

 

 9.00-  Nitilqu lejn Szentendre

11.45- Naslu Szentendre

12.45- Nghamlu vizita fil-muzew tal-fuhhar ta' Kovacs Margit jew min irid ghandu hin

           liberu

13.15- Ikla f'Szentendre

15.00- Nitilqu lejn Visegrad

15.45- Nzuru l-Kastell tar-Re Mattew jew  ghal min irid hin liberu fil-gonna tal-madwar.

17.15- Nitilqu lejn it-Torri ta' Salamun

17.30- Naraw wirja medjevali gewwa t-Torri

19.00- Ikla stil rjali fir-restorant Renaissance

21.15- Lura lejn Budapest

22.00- Lura l-lukanda

 

 

 

18-07-09: Is-Sibt

 

  9.30- Nitilqu lejn l-Awstrija

13.00- Naslu Vienna fejn nghamlu dawra mal-Belt

18.00- Immorru lejn ic-Centru ta divertiment ta' Prater fejn ikollna hin liberu

22.30- Nitilqu lejn l-ajruport ta' Bratislava

 

19-07-09: Il-Hadd

 

00.30- Naslu l-ajruport ta' Bratislava

02.40- Nitilqu ma l'Air Malta lura lejn Malta


PROGRAMM FINALI TAL-GITA GHALL-UNGERIJA

It-Tlieta, 24 ta' Marzu 2009

DAN HUWA L-PROGRAMM FINALI TAL-GITA GHALL-UNGERIJA, FEJN IL-BANDA SANTA KATARINA V.M. GIET MISTIEDNA TAGHMEL KUNCERTI MINN GHAQDA MUZIKALI UNGERIZA.  DIN HIJA S-SITT DARBA LI L-BANDA GHAZIZA TAGHNA GIET MISTIEDNA TAGHTI SERVIZZ BARRA MINN MALTA.  IL-GITA SER ISSEHH BEJN IT-12 U D-19 TA' LULJU 2009.  DAN IL-PROGRAMM HUWA SUGGETT GHAL XI TIBDIL ZGHIR KIF JIDDECIEDI L-KUMITAT.  GRAZZI LIL KULHADD TAL-KOPERAZZJONI.   JOSEPH DARMANIN, SEGRETARJU.   The programme proposal
of
The St.Catherine Band Club
Tour with music in Hungary - 12.-19.07.2009
(7 days, 6 nights)


1st day, 12.07. Sunday:

01.40. arrival at Bratislava Airport
02.40 transfer to the Hotel FRANKFURT***,
06.00 arrival at the Hotel FRANKFURT***
          occupation of the rooms, brekfast, repose
12.15 start to City Park
13.00 free time in the City Park (Zoo, Funfair, Szechenyi Bath)
17.00 start to hotel
18.00 dinner
20.00 sight of Budapest's night beauty (Citadel, LiberationMonument)
22.00 arrival at the hotel

2nd day,13.07. Monday:

09.30 start to the castle of Buda
11.00 promenade concert at Halászbástya (Fisherman's Bastion)
12.00 visiting the Matthias Church and the Fisherman's Bastion
13.30 lunch in Budapest
15.00 sightseeing (Heroe's square, Vajdahunyad castle)
16.00 start to the steppe (Lajosmizse)
17.30 steppe programme
          welcome with apricot brandy and crackling cake
          joy-ride, horse-show, riding possibility
          dinner with gipsy music in the village inn
21.00 start to Budapest
22.00 arrival at the hotel

3rd day, 14,07. Tuesday:

08.30 start to lake Balaton
11.30 promenade concert in Balatonfüred, on outdoor stage
13.00 lunch in Balatonfüred
14.30 free time, and swim in Balaton
17.00 start to Tihany
17.30 visiting the Abbey of Tihany
18.30 dinner in Tihany
20.30 start to Budapest
23.00 arrival at the hotel

4th day, 15.07. Wednesday

09.00 start to Esztergom
10.30 visiting the Cathedral, which is the biggest church of Hungary
11.45 promenade concert at the Cathedral
13.00 lunch in Esztergom
15.00 start to Dorog
15.15 rehersal on stage, changing
17.00 street band march
18.00 International Wind Band Gala - Dorog
common concert with the Dorog&Tát Wind Band in the culture house
the Dorog&Tát Wind Band plays the visitors national anthem
the St.Catherina Band Club plays the Hungarian anthem
independent concert (about 45 min) of the St.Catherina Band Club
the St.Catherina Band Club and the Dorog &Tát Wind Band plays 6 songs
jointly
20.00 musical dinner in Dorog
22.15 start to Budapest
23.30 arrival at the hotel

5th day, 16.07. Thursday:

09.00 start to Margaret Island
10.00 stroll at the Margaret Island
11.00 water trip on the Danube
13.00 lunch in Budapest
14.30 freetime in the city (Váci street, walking streets)
16.30 start to the wine-cellar (Kesztölc)
18.00 musical wine-cellar party with wine-tasting (6-8 wine species)
          Hungarian dinner with unrestricted ingestion of wine
21.30 start to Budapest
23.00 arrival to the hotel

6th day, 17.07. Friday:

09.00 start to Szentendre
10.00 shopping in the CORA
11.45 start to Szentendre
12.15 visiting the Kovács Margit Pottery Museum or freetime
13.15 lunch in Szentendre
15.00 start to Visegrád
15.45 visiting the King Matthias's castle or freetime at the winter/summer
          bobsled ground
17.15 start to the Solomon Tower
17.30 medieval tournament at the Solomon Tower
19.00 royal feast in the Renaissance restaurant
21.15 start to Budapest
22.00 arrival at the hotel

7th day, 18.07 Saturday:

09.30 start to Austria
13.00 Sightseeing walk and free time
18.00 start to the Prater Fun Park
18.30.00 free time in the Prater Fun Park
22.30 start to Bratislava Airport
00.30 arrive to Airport
02.40 home journey


Avviz

It-Tlieta, 30 ta' ?unju 2009

 

Il-President u l-Kumitat tas-Soċjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. A.D.1864 - Zurrieq, juru s-sogħba tagħhom fil-mewt tas-Surmast Onorarju tal-Banda Queen Victoria - Zurrieq; Mro.Emmanuel Bugeja, u jibagħtu l-kondoljanzi lill-familjari tas-Surmast, lill-Kumitat u lill-membri kollha tal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria.

 

Agħtih O Mulej il-Mistrieħ ta' Dejjem.

 

Joseph Darmanin,

Segretarju.


AVVIŻ

Gimgha, 29 ta' Mejju 2009

  Il-Kumitat jixtieq javża li s-servizz li jmiss tal-Banda Santa Katarina V.M. huwa nhar il-Ġimgħa 29 ta' Mejju 2009 fl-okkażjoni ta' Jum iż-Żurrieq. 

 

Għaldaqstant inħeġġu l-Bandisti sabiex jattendu għal dan is-servizz, u nitolbu lilkom partitarji sabiex tiġu bi ħġarkom takkumpanjaw lill-Banda tagħna għal dan is-Servizz ġewwa raħalna stess.

 

Grazzi tal-appoġġ.

Joseph Darmanin

Segretarju


FESTIVAL TAN-NAR TA' L-ART 2009

Il-Hadd, 26 ta' April 2009

 

FESTIVAL TAN-NAR TA' L-ART 2009

PROSIT U GRAZZI KBIRA LILL-KAMRA TAN-NAR SANTA KATARINA V.M. GĦALL-BIĊĊA XOGĦOL EĊĊELLENTI LI PPREŻENTAW GĦALL-FESTIVAL TAN-NAR U GĦAR-RIŻULTAT MIKSUB.

 

L-EWWEL POST

OPINJONI PUBBLIKA

2665 VOT

 

GRAZZI TAS-SAPPORT!

Joseph Darmanin

Segretarju


Kompetizzjoni tan-Nar ta' l-Art

Is -Sibt , 25 t'April 2009

F'isem il-President u l-Kumitat nifraħ u nawgura lis-St.Catherine Fireworks Factory fi ħdan is-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni tal-Festival tan-Nar ta' l-Art li ser isir nhar is-Sibt 25 t'April 2009.

L-ewwel nett nixtiequ nħeġġu lill-membri u partitarji jmorru jagħtu s-sapport lill-Benjamini tagħna, billi jmorru jaraw ix-xogħol tan-nar ta' l-art li s-Soċjeta' qed tippreżenta, kif ukoll jagħmlu l-kuraġġ lil min b'tant sagrifiċċju għamel dan ix-xogħol, u nivvutaw bi ħġarna fil-kategorija ‘Votazzjoni mill-Pubbliku'.

In-numru tal-Votazzjoni permezz tal-SMS huwa 5061 5071.

Il-ħin tal-votazzjoni huwa s-Sibt 25 t'April 2009 mid-9.00pm ‘il quddiem, sal-Ħadd 26 t'April 2009 fis-7.00am.  Jistgħu tivvutaw biss dawk li jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpaniji Go u Vodafone..  Kull SMS jiswa 58 Euro Cents. 

Kun kburi int ukoll li tagħmel parti minn din is-Soċjeta' u vvota bi ħġarek.  Grazzi tal-koperazzjoni tiegħek.

Joseph Darmanin

Segretarju

Il-Votazzjoni tista' ssir minn klijenti Vodafone u Go Mobile biss bejn is-Sibt 25 t'April 9.00pm u l-Ħadd 26 t'April 7.00am. 

  Poaster Salvatore

poster cettina


ĠABRA GĦID IL-ĦADD 26 T'APRIL 2009

Il-Gimgha, 10 ta' April 2009

 

ĠABRA GĦID IL-ĦADD 26 T'APRIL 2009

Għeżież Membri u Partitarji,

Nixtieq permezz ta' din l-ittra f'isem il-President u l-Kumitat tas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M., nerġa' nidħol ġo djarkom u nagħtikom ftit rendikont ta' ħidmet is-Soċjeta'.

Żgur li proġett ewlieni ta' din is-sena kien ir-radju tas-Soċjeta' li jxandar fuq 90.6FM Stereo, pero dan ġab miegħu ħafna xogħol f'dak li jirrigwarda kostruzzjoni, fosthom fil-kamra tad-drapp u anke xogħol fis-Sala tal-Kunċerti.  Is-Sala tal-Kumitat ġiet rinovata wkoll, fejn anke inxtrat xi għamara biex jintrefgħu dokumenti tas-Soċjeta'.

Proġett kbir ieħor għal din is-sena hija s-Safra tal-Banda Santa Katarina V.M. ġewwa l-Ungerija, bejn it-12 u d-19 ta' Lulju, wara stedina uffiċjali minn Dar tal-Mużika ġewwa l-Ungerija.  Ma' dawn qed isiru ħafna proġetti oħrajn inkluż il-generator, photocopier, u rinvoar ġenerali fil-Każin. 

Is-Sotto Kumitati żgur ma baqgħux lura, u kif tistgħu issegwu permezz ta' Radju Santa Katarina u l-website uffiċjali tas-Soċjeta' http://www.stcatherineband.org.mt/ u anke n-Newsletter Sancta Catharina Zurricanorum Patrona, li tasal fi djarkom kull tliet xhur, tistgħu taraw u anke ssegwu l-attivitajiet kollha li s-Sezzjonijiet itellgħu, kif ukoll tistgħu issegwu x-xogħol kbir li qed isir bi tħejjija għall-festa kbira tal-Patruna tagħna Santa Katarina V.M.

Mewġ insibu ħafna, pero nagħmlu dak kollu possibli biex negħlbuh, u naħseb dan żgur tistgħu tarawh fil-ġranet tal-festa.

Biex ittella' dan kollu żgur trid finanzi kbar, u għalhekk minn żmien għal żmien is-Soċjeta' ddur fuq il-ġenerożita' tagħkom għal għajnuna finanzjarja.  Nhar il-Ħadd 26 t'April ser issir il-ġabra tal-Għid, u membri mill-Kumitat u mis-Sotto Kumitati ser iduru djarkom bieb bieb biex bħal dejjem tagħtuna dik l-għotja ġeneruża.  Infakkarkom ukoll biex min jixtieq iġedded il-menswalita' jew jingħaqad bħala membru ġdid mas-Soċjeta', jista' jagħmel dan dakinhar ukoll, jew inkella javviċina lil xi membru tal-Kumitat.

Minn qalbi f'isem il-President u l-Kumitat nirringrazzjakom u nwiegħdukom li fluskom ikunu qed ninvestuhom fl-aħjar mod possibli f'din l-akbar Soċjeta' ġewwa raħalna, li inti żgur kburi li tagħmel parti minnha.  GRAZZI TAL-GĦOTJA TIEGĦEK.  VIVA SANTA KATARINA V.M.

Dejjem tiegħek,

Joseph Darmanin,

Segretarju.

Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M.


AVVIŻ

Il-Hamis, 9 ta' April 2009

 

Bħal m'għamilna s-sena li għaddiet, il-Kumitat ser jerġa' jlaqqa' s-Sotto Kumitati u membri attivi fil-festa flimkien, bi preparament għall-festa 2009. 

Il-Kumitat dejjem emmen fis-Sotto Kumitati, il-membri tagħhom, u partitarji midħla fl-organizzazzjoni tal-festa, u jemmen ukoll li dawn huma l-pedamenti li s-Soċjeta' hija mibnija fuqhom.

Għalhekk, inħeġġeġ lil kulħadd biex jattendi għal din il-laqgħa, sabiex kulħadd ikollu ċ-ċans jagħti l-ideat, suġġerimenti, u ilmenti dwar l-organizzazzjoni tal-festa 2009.

Din il-laqgħa ser issir nhar l-Erbgħa 22 t'April fis-7.30pm fis-Sala Espedito Deguara ġewwa s-sede tas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M.

Importanti li inti tattendi għal din il-laqgħa għax bl-ideat tiegħek żgur inkunu nistgħu norganizzaw festa aħjar ad unur l-għażiża Patruna tagħna Santa Katarina V.M. 

 

Grazzi tal-koperazzjoni tiegħek.


L-GĦID IT-TAJJEB

Il-Hamis, 9 ta' April 2009

 

F'isem il-President u l-Kumitat tas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. nixtieq nawgura l-Għid it-Tajjeb lis-Sotto Kumitati tas-Soċjeta' kollha u lill-familjari tagħhom.

Awguri mill-qalb imorru wkoll lill-Bandisti u Allievi fi ħdan il-Banda Santa Katarina V.M., kif ukoll lilkom membri u partitarji kollha li għamlu parti minn din il-familja kbira tagħna.

J'Alla Ġesu' Rxoxt u l-Patruna tagħna Santa Katarina V.M. ikomplu jżommu jdejhom fuqna u fuq ix-xogħol kollu tagħna. 

Il-Festi t-Tajba lil Kulħadd.

Joseph Darmanin

Segretarju


ADORAZZJONI

Il-Hamis, 9 ta' April 2009

 

F'isem il-President u l-Kumitat tas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. nixtieq nistieden lis-Sotto Kumitati tas-Soċjeta' kollha u lill-familjari tagħhom, lill-Bandisti u Allievi fi ħdan il-Banda Santa Katarina V.M., kif ukoll lilkom membri u partitarji kollha li tagħmlu parti minn din il-familja kbira tagħna sabiex tingħaqdu magħna għada l-Ġimgħa 10 t'April 2009 bejn l-10.00am ul-11.00am għal siegħa adorazzjoni ġewwa l-Knisja Arċipretali u Matriċi ddedikata lil Santa Katarina V.M. Żurrieq.

Din l-adorazzjoni fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa ser tkun immexxija mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti.  Kulħadd huwa mistieden.

Joseph Darmanin

Segretarju


AVVIŻ

L-Erbgha, 1 ta' April 2009

 

17  ta' Marzu 2009

Il-Kumitat jixtieq javża li servizz li jmiss

tal-Banda Santa Katarina V.M. għas-sena 2009 huwa nhar il-Ħadd 5 ta' April ġewwa iż-Żurrieq fl-10:00am għall-programm Funebri li ser ikun iddedikat lill-mibki Surmast Francis Falzon. Għalhekk il-kumitat iħeġġeġ lill-Bandisti biex jiġu bi ħġarhom għal dan is-servizz kif ukoll lill-membri u partitarji biex jakkumpanjaw lill-banda. Dan żgur jagħti kuraġġ kbir sew lill-bandist kif ukoll lill-kumitat u sotto kumitati fi ħdan is-Soċjeta'. Grazzi tal-appoġġ.

 

Joseph Darmanin

Segretarju


AVVIŻ

It-Tlieta, 17 ta' Marzu 2009

 

17 ta' Marzu 2009

AVVIŻ

Wara l-Laqgħa għall-Bandisti li kienet saret f'Novembru li għadda, fejn kienet tħabbret il-possibilta' ta' Safra għall-Banda Santa Katarina V.M. f'Lulju 2009 ġewwa l-Ungerija, huwa pjaċir u unur kbir għall-Kumitat li din ġiet ikkonfermata fil-Laqgħa tal-Bandisti li saret fit-8 ta' Marzu 2009, wara li ntbagħtet ittra uffiċjali lill-Bandisti kollha sabiex jiġu nfurmati dwar dan, minbarra avviż ukoll permezz tar-Radju Santa Katarina u l-website uffiċjali tas-Soċjeta'.

 

Fl-okkażjoni tal-145 sena anniversarju mit-twaqqif tas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. il-Kumitat ħass li dan huwa l-ogħla unur u mezz sabiex nistgħu niċċelebraw flimkien dawn il-145 sena ħidma kontinwa tas-Soċjeta' tagħna b'risq il-Patruna tagħna Santa Katarina V.M.

 

Fil-bidu ta' Marzu delegazzjoni tal-Kumitat iffurmata mill-President Charles Schembri, il-Viċi President Martin Schembri u s-Segretarju Joseph Darmanin, marret ġewwa l-Ungerija sabiex setgħu isiru d-diskussjonijiet finali mal-organizzaturi Ungeriżi.  Kien hawnhekk li kkonfermajna s-serjeta' ta' din l-organizzazzjoni, fejn intlaqajna tajjeb ħafna, kif tistgħu taraw b'għajnejkom mill-video clip li ttellgħet ukoll fuq il-website http://www.stcatherineband.org.mt/

 

Fi żmien qasir ser inħabbru l-programm definittiv u dettaljat ta' din il-ġita, kif ukoll ser isiru laqgħat apposta għall-ġitanti kollha, kif ukoll għall-Bandisti.  Ser isiru wkoll programmi nformattivi fuq Radju Santa Katarina sabiex min ikollu xi diffikultajiet ikun jista' jistaqsi direttament lill-Kumitat.   Huwa ta' pjaċir kbir u nkoraġġiment għalina li r-rispons min-naħa tagħkom kien impressjonanti, u l-ajruplan charter Airbus 320 li jesa' 168 passiġġier huwa kważi ‘fully booked', fejn fadal biss ftit postijiet.

 

Din il-ġita ser isseħħ bejn il-Ħadd12 u l-Ħadd19 ta' Lulju 2009.  Billi ser inkunu grupp kbir, minn issa nitolbu l-koperazzjoni ta' kulħadd sabiex noħorġu bl-aqwa unuri kif dejjem għamilna.

 

Għal kull informazzjoni jew diffikultajiet nitolbukom tikkuntattjaw lis-Segretarju Joseph Darmanin fuq 79251100.  GRAZZI.

 

 

Joseph Darmanin,

Segretarju.


IL-BANDA SANTA KATARINA V.M.

Il-Hadd 10 ta' Frar 2009

  Il-Banda Santa Katarina V.M. taz-Zurrieq ser iddoqq marċi brijuzi fl-okkazjoni tal-festa ta' San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta nhar il-Ħadd 8 ta' Frar 2009.  Il-marċ jibda' minn quddiem il-Knisja kolleġjata ta' San Pawl fis-7.00pm.  Il-Banda tkun immexxija mis-Surmast Mario Testa Dip.Mus.in Bb Tuba, F.Mus., E.I.H.E., (H.C.).


Għeżież Membri, Partitarji u Benefatturi tas-Soċjeta'

Il-Hadd, 11 ta' Jannar 2009

 

Għeżież Membri, Partitarji u Benefatturi tas-Soċjeta',

F'isem il-President u l-Kumitat nixtieq minn qalbi nirringrazzjakom tal-kontribut kbir li tajtuna fil-ġabra li saret illum 11 ta' Jannar 2009. 

Minkejja li d-dinja bħalissa għaddejja minn riċessjoni, ikkontribwejtu bil-qalb u għalhekk aħna ħriġna sodisfatti ferm bil-fiduċja kbira li dejjem urejtu fis-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. u t-tmexxija tagħha.

Nixtieq inħeġġeġ lil dawk il-membri li għadhom ma tawx id-donazzjoni tagħhom sabiex javviċinaw lil xi membru tal-Kumitat sabiex jagħmlu dan, u b'hekk is-somma tkompli tiżdied għall-benefiċċju tas-Soċjeta' u l-festa tal-Patruna tagħna Santa Katarina V.M. li hi tant għal qalbna.

Filwaqt li nerġa' nirringrazzjakom mill-ġdid, nibgħat inselli għalikom u għall-familji tagħkom u nawguralkom il-kumplament tas-sena t-tajba.

Dejjem tagħkom,

Joseph Darmanin

Segretarju


Għeżież membri u partitarji

Il-Hamis, 1 ta' Jannar 2009

 

1 ta' Jannar, 2009

Għeżież membri u partitarji,

Issa li l-ġranet bdew deħlin fis-sena l-ġdida 2009, magħhom jibdew deħlin ukoll il-preparamenti tas-Soċjeta' għall-Festa Titulari tal-Patruna tagħna Santa Katarina V.M.  Nispera li kulħadd kellu festi tajbin, u s-Soċjeta' żgur ma baqgħetx lura li torganizza attivitajiet għall-gosti ta' kulħadd.  Tistgħu tapprezzaw li dan kien żmien impenjattiv ferm, fejn b'ħafna sagrifiċċji l-Kumitat, Bandisti, Sotto Kumitati u Membri ħadmu bla heda biex itellgħu dawn l-attivitajiet bi skop ukoll li jħallu xi fondi li jkunu jistgħu jintużaw fi proġetti ġodda relatati mas-Soċjeta' u l-festa.

Wasal żmien il-ġabra u għalkemm nafu li d-dinja għaddejja minn żmien diffiċli, xorta ser nitolbukom tgħinuna b'dik il-ġenerożita' li dejjem urejtu mas-Soċjeta' tagħna.  L-ispejjeż tas-Soċjeta' żdiedu sew, dan ukoll kif ġara fl-affarijiet kollha relatati mal-festa.  Għalhekk, b'umilta' kbira nitlobkom tkunu ġenerużi fil-ġabra li ser issir nhar il-Ħadd 11 ta' Jannar 2009.

Ma nistax minn qalbi, f'isem il-President u l-Kumitat ma nirringrazzjakomx għall-ġbir kollu li sar is-sena li għaddiet, u naħseb li dan kulħadd seta' japprezzah fil-proġetti kbar li ġew inawgurati fil-festa li għaddiet, u li bihom żgur komplejna niġru fuq quddiem, mhux biss fir-raħal għażiż tagħna, imma wkoll fi gżiritna.  Għall-grazzja t'Alla dejjem sibniekom meta ħabbatnielkom, u dan hu dak li jagħmlilna aktar kuraġġ biex nidħlu għal proġetti kbar u uniċi li jiddistingwuna minn festi oħra.  Radju Santa Katarina li issa qed ixandar fuq skeda kontinwa fuq sena sħiħa fuq il-frekwenza ta' 90.6 FM żgur li kien ħolqa oħra fil-katina ta' suċċessi.

Nixtieq infakkarkom fil-menswalita' li tiswa biss €10.  Kun kburi li tagħmel parti minn din l-ewwel u l-akbar Soċjeta' fiż-Żurrieq, li din is-sena qed tiċċelebra 145 sena mit-twaqqif tagħha.  Nixtieq nirringrazzja lil kulħadd għall-attendenza fl-attivitajiet kollha u għax-xogħol kollu li qed isir. Minkejja li bħal f'kull familja problemi ssib, u kultant taħseb li se tegħreq meta titla' fil-wiċċ u tkompli taqdef, xi darba tasal l-art u mbagħad tgawdi s-sodisfazzjon tas-sagrifiċċju u t-tbatija li tkun ġarrabt.

Fl-aħħar nagħlaq billi nawguralkom il-kumplament tas-sena t-tajba.  Is-sapport tagħkom ikompli jgħin biex nidħlu għal proġetti akbar, li l-festa 2009 jekk Alla jrid żgur mhix se tkun nieqsa minnhom.  Nixtieqkom tingħaqdu magħna fil-festi issa li nħatar Surmast ġdid Mro.Mario Testa, kif ukoll Assistent Surmast ġdid is-Sur Josef Grech, b'tislima kbira tmur lill-mibki Surmast Francis Falzon.

GRAZZI TAL-GĦOTJIET TAGĦKOM.

 

Joseph Darmanin

Segretarju


Ittra lill Membri

L-Erbgha, 24 ta' Dicembru 2008

 

Għeżież Membri u Partitarji,

 

Kif tafu tajjeb is-sena 2008 waslet biex tagħlaq u tibda sena oħra ġdida 2009.

 

Dan iġib miegħu sena oħra xogħol, fejn tirrigwarda s-Soċjeta' u l-festa kbira tal-Patruna tagħna  Santa Katarina V.M. ta' Lixandra.

 

Għalhekk kun inti wkoll kburi li tissieħeb ma' din l-akbar Soċjeta' Mużikali fiż-Żurrieq billi tħallas il-Menswalita', u għal sena oħra jew forsi għal-ewwel darba, inti tingħaqad ma' din il-familja kbira.

 

Il-Ħlas tat-Tessera huwa biss ta €10 u dan ser jibda jsir mill-Ħadd 28 ta' Diċembru 2008 u jibqa' sejjer tul ix-xahar ta' Jannar.

 

Mat-Tessera ser tingħataw ukoll Kalendarju, "Desk Calendar" li juri siltiet u xeni ferm sbieħ li għadhom kemm għaddew fil-Festa li għaddiet. Ser intukhom ukoll kopja tal-Istatut li ġie pprintjat ġdid din is-sena, bit-tibdil kollu li sar fih tul is-snin mill-aħħar stampar tiegħu.

 

Infakkar li l-ġbir nhar ta' Sibt, Ħdud, Festi u anke nhar il-31 ta'Diċembru 2008, ser ikun filgħodu mid-9:00am sa nofsinhar, filwaqt li matul il-ġimgħa  il-ġbir ser jibda jkun bejn is-18:00pm u t-20:00pm. Għal aktar informazzjoni tistgħu taraw in-noticeboard tal-Każin, fejn issibu il-ġranet, ħinijiet u anke il-kolletturi.

 

Infakkar ukoll fil-ġabra tas-Soċjeta' li ser issir il-Ħadd 11 ta' Jannar 2009 filgħodu, fejn bħas-soltu nitlobkom tkunu ġenerużi.

 

Nieħu din l-okkażjoni biex nerġa' nixtieq il-FESTI T-TAJBA LIL KULĦADD U GRAZZI TALLI GĦAL DARBA OĦRA SER TISSIEĦBU F'DIN IS-SOĊJETA'.

 

 

 

Joseph  Darmanin

Segretarju


ATTIVITAJIET GĦAL DICEMBRU 2008

Is-Sibt, 29 ta' Novembru 2008

 

Nhar il-Ħadd 7 ta' Diċembru 2008 s-Sezzjoni Zgħazagħ Palmisti se torganizza Sunday Afternoon Tea ma' Marisa D'Amato mis-2:00pm ‘il quddiem fil-kazin tal-Banda Santa Katarina V.M. Ser ikun hemm tombla u muzika fuq stil country.

 

Nhar it-Tnejn 8 ta' Diċembru 2008 (festa Pubblika), is-Sezzjoni Nisa Soċjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. ser torganizza ħarġa mit-8.30am fejn ser nieħdu sehem għal quddiesa fil-kappella ta' San Ġorġ Preca l-Blata l-Bajda. Wara mmorru Canifor Hotel il-Qawra fejn nieħdu kafe u pastizzi. Wara ħin liberu u għal min irid ikun hemm il-logħob tat-tombla. Fis-1.30pm ikla fl-istess lukanda.

 

Nhar is-Sibt 13 ta' Diċembru 2008 ser issir il-Parents' Day tal-Allievi tal-Banda Santa Katarina V.M.  Din is-serata ser issir fis-Sala Espedito Deguara fis-6.00pm. Is-Serata tkun tikkonsisti minn varjeta' ta' siltiet muzikali li jindaqqu mill-allievi tal-Banda Santa Katarina V.M. taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mario Testa F.Mus., E.I.H.E. (H.C.).

 

Nhar is-Sibt 13 ta' Diċembru 2008 fit-8.30pm ser tiġi organizzata Country Night mis-Sotto Kumitat tan-Nar fi ħdan is-Soċjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. ġewwa s-Sede tas-Soċjeta', Palazz Alexandria, Misraħ Repubblika, Zurrieq.  Is-Serata tikkonsisti minn ikla Maltija akkumpanjata minn daqq ta' Muzika Country u Line Dancing.

 

Nhar l-Erbgħa 17 ta' Diċembru 2008 fid-9.00am ser jiġi organizzat Coffee Morning mis-Sezzjoni Nisa fi ħdan is-Soċjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. ġewwa s-Sala Espedito Deguara.

 

Bejn it-18 u l-20  ta' Diċembru 2008 s-Sezzjoni Zgħażagħ Palmisti Soċjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. ser torganizza Play Station Tournament PES 2009 PRO EVOLUTION SOCCER fil-kazin tas-Soċjeta' Muzikali Sanata Katarina V.M.  Applikazzjonijiet jinġabru mill-bar tal-Kazin sas-16 ta' Dicembru 2008.

 

Nhar il-Ħadd 21 ta' Diċembru 2008 fit-8.00pm ser jiġi organizzat Massive Youth Gathering ġewwa l-Bar tal-Kazin tas-Soċjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. Zurrieq.

 

Nhar il-Ħamis 25 ta' Diċembru 2008 filgħodu kmieni (wara l-quddiesa ta' Nofsillejl) ser jiġi organizzat Early Buffet Breakfast ġewwa s-Sala Espedito Deguara, Palazz Alexandria mis-Sotto Kumitat Armar fi ħdan is-Soċjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. Zurrieq.

 

Nhar il-Ħamis 25 ta' Diċembru 2008 fl-10.00am il-Banda Santa Katarina V.M. ser tagħmel is-servizz ta' daqq ta' Christmas Carols mat-toroq taz-Zurrieq taħt id-direzzjoni tas-  Surmast Direttur Mario Testa F.Mus., E.I.H.E. (H.C.).

 

Nhar il-Ġimgħa 26 ta' Diċembru 2008 fis-2.00pm jiġi organizzat Festin tal-Milied għat-tfal ġewwa s-Sala Espedito Deguara.  Jallegraw lit-tfal Philip the Magician, Joe u Veronica Farrugia (id-Dulli), u Marisa D'Amato.  It-tfal kollha jingħataw rigal u borza helu.

 

Nhar il-Ġimgħa 26 ta' Diċembru 2008 ser jiġi organizzat Christmas Dinner Dance ġewwa l-Lukanda Le Meridien St.Julians mt-8.00pm ‘il quddiem.

 

Nhar is-Sibt 27 ta' Diċembru 2008 wara nofs in-nhar il-Banda Santa Katarina V.M. tmur tferraħ lir-residenti tal-Isptar St.Vincent de Paule bid-daqq tal-Christmas Carols.

 

Nhar it-Tnejn 29 ta' Diċembru 2008 fis-2.00pm jiġi organizzat Festin tal-Milied għall-anzjani ġewwa s-Sala Espedito Deguara. 

 

Nhar l-Erbgħa 31 ta' Diċembru 2008 mit-8.30pm ‘il quddiem, is-Sotto Kumitat tan-Nar ser jorganizza New Year's Eve Party ġewwa l-Bar tas-Soċjeta' Muż. Santa Katarina V.M. Palazz Alexandria, Misraħ Repubblika, Zurrieq.


LAQGĦA IMPORTANTI GHAL BANDISTI

Il-Hadd 23 ta' Novembru 2008

 

Għażiż  Bandist,

 

Kif ilkoll tafu, il-Banda Santa Katarina V.M. sofriet it-telfa tas-Surmast għażiż tagħha FRANCIS  FALZON. Dan is-Surmast bena pedamenti sodi lill-Banda tagħna, u għalhekk aħna fid-dmir li nkomplu fejn ħalla, għax żgur li x-xewqa tiegħu kienet li dejjem jara l-Banda Santa Katarina V.M. fl-għola livell u kwalita'.

 

Għaldaqstant qed nistednuk biex tattendi għal LAQGĦA IMPORTANTI, fil-preżenza tal-Kumitat Ċentrali  nhar il-Ħadd 23 ta' Novembru 2008 fl-10:00a.m. fis-Sala Espedito Deguara ġewwa s-Sede tas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. Żurrieq, Palazz Alexandria.

 

L-Aġenda ser tkun:-

 

  • v Diskussjoni dwar il-Ħatra ta' Surmast ġdid
  • v Diskussjoni dwar il-Ħatra ta' Assistent/i Surmast
  • v Affarijiet oħra

 

 

Filwaqt li nirringrazzjawk tal-koperazzjoni li dejjem sibna mingħandek, inħeġġuk biex inti  tattendi u tkun parti min din il-laqgħa, tagħti l-opinjoni tiegħek, biex inkunu nistgħu naslu għall-aħjar deċiżjonijiet ‘il quddiem.

 

Grazzi.


Avviż

It-Tlieta, 11 ta' Novembru 2008

Avviż

Is-Sibt 15 ta' Novembru 2008 - Quddiesa b'sufraggju ta' ruh ghaziza ta' Nazzareno Barbara fis-6.00pm f' eghluq l-ewwel anniversarju mill-mewt tieghu . Iqaddes id-direttur Spiritwali Dun Raymond Cassar.

 

 

It-Tlieta 18 ta' Novembru 2008 - Quddiesa b'sufraggju ta' ruh ghaziza tas-Surmast Francis Falzon fis-6.00pm. Iqaddes id-direttur Spiritwali Dun Raymond Cassar.

 

 

L-Erbgha 26 ta' Novembru 2008 - Quddiesa b'sufraggju ta' ruh ghaziza ta' Alfred Cassar fis-6.00pm f' eghluq l-ewwel anniversarju mill-mewt tieghu. Iqaddes id-direttur Spiritwali Dun Raymond Cassar.

 


Avviz

It-Tnejn, 3 ta' Novembru 2008

 

Il-President u l-Kumitat tas-Soċjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. jixtiequ jirringrazzjaw lil dawk il-Membri Parlamentari, Soċjetajiet Muzikali, Għaqdiet, Arċipriet u Membri tal-Kleru, Bandisti u Surmastrijiet, Soċi, ammiraturi, qraba u ħbieb li urew solidarjeta' fil-mewt tal-għaziz Surmast tal-Banda Santa Katarian V.M. Francis Falzon L .(Mus.), L.C.M., L.R.S.M. li ngħaqad mal-Mulej u ma' Santa Katarina V.M. nhar il-Ħadd 26 t'Ottubru 2008.

 

Nirringrazzjaw lil kulħadd għas-sogħba li wrejtu f'din it-telfa, u nirringrazzjaw ukoll lil dawk kollha li akkumpanjaw fil-furneral li sar nhar it-Tnejn 27 t'Ottubru 2008.

 

AGĦTIH O MULEJ IL-MISTRIEĦ TA' DEJJEM.


Avviż

It-Tnejn, 27 ta' Ottubru 2008

 

Wara Seduta Straordinarja tas-26 t'Ottubru 2008, il-Kumitat 2008/2009 iddeċieda dawn il-miżuri bħala luttu għat-telfa kbira tal-għażiż Surmast Francis Falzon.

 

Is-Soċjeta' ser tkun f'luttu komplet sal-Ħamis 6 ta' Novembru. 

 

Għalhekk:

  • L-attivitajiet fil-perjodu msemmi huma kollha mħassra.
  • Ir-radio ser ikun ixandar programmi adattati għall-vistu, kif ukoll oħrajn relatati mas-Surmast Francis Falzon.
  • Il-bandiera tas-Soċjeta' ser tittella' mezzasta għal tlett ijiem.
  • Il-każin ser ikun bil-globu mitfi tul dan iż-żmien.

 

Dawn id-deċiżjonijiet ittieħdu b'konsultazzjoni mal-familjari. 

 

Wara din id-data s-Soċjeta' ser tassumi l-attivitajiet kollha b'mod normali.

 

GRAZZI TAL-KOPERAZZJONI.

 

Joseph Darmanin,

Segretarju

 

Layout inside

 

 

layout outside


Press Release

Il-Hadd, 26 ta' Ottubru 2008

 

Is-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq

b'sogħba kbira tħabbar il-mewt tas-

Surmast Francis Falzon L.(Mus.), L.C.M., L.R.S.M.

li ngħaqad mal-Mulej u ma' Santa Katarina V.M.

nhar il-Ħadd 26 t'Ottubru 2008 fl-eta' ta' ħamsin sena.

 

Ħalla jibku t-telfa tiegħu lil martu Pauline, liż-żewġ uliedu Kathryn u James, lil ommu Catherine, omm il-mara Angela, ħutu John, Katie, Joe, Mary, Carmel, Vincent u Daniela, ħut il-mara Eliana, Joseph, Marilyn, Franco u Andre', il-familji tagħhom, neputijiet, bosta qraba u ħbieb, u l-Kumitat u s-Soċji kollha tas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M.

 

Il-funeral tiegħu ser isir

nhar it-Tnejn 27 t'Ottubru 2008.

Fis-2.30pm il-Banda Santa Katarina V.M. takkumpanja l-korteo

sal-Knisja Arċipretali u Matriċi ta' Santa Katarina V.M. Żurrieq

fejn tiġi kkonċelebrata Quddiesa b'sufraġju fit-3.30pm, u wara ssir id-difna fil-qabar tal-familja fiċ-ċimiterju ta' San Leone ż-Żurrieq.  Huwa mitlub li minflok fjuri jintbagħtu għotjiet ta' Karita' lill-Malta Hospice Movement.  Il-familja jiddispjaċiha tavża li ma tistax tilqa' nies id-dar.

 

AGĦTIH O MULEJ IL-MISTRIEĦ TA' DEJJEM.

Joseph Darmanin, Segretarju.

Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M.

37, PALAZZ ALEXANDRIA,

Misraħ Repubblika,

Żurrieq.  ŻRQ 1012.


Is-Surmast Francis Falzon L.(Mus.) L.C.M., L.R.S.M.

Il-Hadd, 26 ta' Ottubru 2008

   

Is-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. thabbar il-mewt tas-Surmast Direttur tal-Banda Santa Katarina V.M. Mro. Francis Falzon L.(Mus) L.C.M.,L.R.S.M. li grat illum 26 t'Ottubru 2008.

Il-Funeral ser isir it-Tnejn 27 t'Ottubru 2008. Il-Banda Santa Katarina ser tibda korteo fis-2:30pm minn Vjal il-Blue Grotto sal-Knisja Matrici u Arcipretali ta' Santa Katarina V.M. fejn hemm issir il-quddiesa.

Filwaqt li nheggu l-membri kollha sabiex jattendu inhegguhom ukoll biex bhala sinjal ta' rispett ittellaw il-bnadar mezza laste u nheggu lis-Socjetajiet tal-Banda sabiex jakkumpanjaw bl-istandard.

Il-President, kumitat, il-bandisti u membri jwasslu l-kondoljanzi lil familjari kollha.


Nominazzjonijiet għall-Membri tal-Kumitat

Il-Hamis, 23 ta' Ottubru 2008

 

23 t' Ottubru 2008

 

Nominazzjonijiet għall-Membri tal-Kumitat.

 

Il-Kumissjoni Elettorali irċeviet 12 -il nominazzjoni għall-membri tal-kumitat li huma:

Is-Sur Joseph Briffa

Is-Sur Joseph Bugeja

Is-Sinjura Anna Camilleri

Is-Sur Moses Camilleri

Is-Sur Josef Chetcuti

Is-Sur Kenneth Ciantar

Is-Sur Joseph Darmanin

Is-Sur Stephen Falzon

Is-Sur Emanuel Farrugia

Is-Sur Richard Farrugia

Is-Sur Martin Schembri

Is-Sur Charlie Tanti

 

Għalhekk, peress li kien hemm 12-il nominazzjoni għall-Membri tal-Kumitat ser issir elezzjoni biex jiġu magħżula 11-il membru biex ikun ifformat il-Kumitat.  Dawn il-membri huma mitluba sabiex sa nhar is-Sibt f'12:00pm iġibu ritratt biex jintuża waqt l-elezzjoni.

 

L-elezzjoni ser issir nhar

  • is-Sibt 25 t' Ottubru 2008 bejn il-5:00pm u s-7:30pm
  • il-Ħadd 26 t' Ottubru 2008 bejn it-8:00am u 12:00pm.

 

Grazzi !

 

 

 

 

Catherine Schembri

Chairperson - Kumissjoni Elettorali


Kumitat Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti 2008/2009

Il-Gimgha, 17 ta' Ottubru 2008

 

Kumitat Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti 2008/2009

 

Dawn huma l-membri li ser jiffurmaw il-Kumitat Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti għas-sena 2008/2009.

Abela Edmond

Bugeja Luke

Cachia Roberta

Camilleri Marvin

Farrugia Clint

Fenech Christian

Gravino Eman

Mangion Alfredo

Sacco Malcolm

Schembri Antoine

Schembri Janice

Schembri Kevin

Schembri Omar

Schembri Ryan

Schembri Vincent


Seduta Generali Annwali

L-Hadd 19 ta' Ottubru 2008

 

 

Seduta Ġenerali Annwali - 19 t' Ottubru 2008

 

Kif isir kull sena skond l-Istatut tas-Soċjeta', il-Ħadd 19 t' Ottubru 2008 ser issir is-Seduta Ġenerali Annwali tas-Soċjeta'.  Din ser issir fil-Każin fis-Sala Espedito Deguara fit-8:00 am.

 

AĠENDA
  • Qari ta' minuti
  • Rapport Amministrattiv
  • Rapport Finanzjarju
  • Rapport Finanzjarju (Sezzjoni Nisa)
  • Rapport Finanzjarju (Sezzjoni Żgħażagħ)
  • Rapport Finanzjarju (Sezzjoni Dilettanti tan-Nar)
  • Rapport Finanzjarju (Sotto Kumitat tal-Armar)
  • Rapport Finanzjarju (Sotto Kumitat tal-Kultura)
  • Rapport Finanzjarju (Ex-Officio)
  • Diskors mill-President
  • Ħatra ta' erba' Awdituri
  • Ħatra tal-Kummissjoni Elettorali
  • Tlugħ ta' ċedoli
  • Proposti u emendi għar-regolamenti
  • Punti oħra ta' l-Aġenda mibgħuta lis-Segretarju

 

Infakkarkom li l-ħin tas-seduta huwa fit-8:00am fejn jekk ma jkunx hemm ‘quorum' fil-ħin avżat, is-seduta tibda nofs siegħa wara bin-numru ta' membri preżenti.  Kull proposta jew emenda għar-regolamenti trid tasal bil-miktub għand is-Segretarju sa nhar il-Ħadd 12 t' Ottubru 2008 fis-6.00pm.  Kull suġġeriment ieħor li tixitieq li jiġi diskuss waqt is-Seduta Ġenerali Annwali, għandu jasal ukoll bil-miktub għand is-Segretarju sa nhar il-Ħadd 12 t'Ottubru 2008 fis-6.00pm sabiex jiġi inkluż fl-Aġenda.

 

Filwaqt li nibgħat inselli għalik u għall-familja tiegħek, nesprimi l-importanza ta' l-attendenza tiegħek għas-seduta.

 

Għoddni dejjem tiegħek,

 

 

Joseph Darmanin,

Segretarju.


SEDUTA GĦAS-SOTTO KUMITATI

It-Tnejn 6 t'Ottubru 2008

SEDUTA GĦAS-SOTTO KUMITATI, MEMBRI U PARTITARJI LI GĦENU FIL-FESTA

 

Ser issir seduta għas-Sotto Kumitati kollha, membri u partitarji fi ħdan is-Soċjeta' fis-Sala Mro. Espedito Deguara nhar it-Tnejn 6 t'Ottubru 2008.  Importanti li kulħadd jattendi.  Nitolbu lis-Segretarju ta' kull Sotto Kumitat jinforma l-membri l-oħra sabiex jattendu.  L-aġenda prinċipali:

Analiżi Festa 2008.


Avviz

Is-Sibt 13 ta' Settembru 2008

 

AVVIŻ

Il-President, u l-Kumitat tas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. , jixtieq jirringrazzja lis-Sotto Kumitati kollha, Membri, Benefatturi ,Partitarji u lil dawk kollha li jissimpatizzaw mal-Festa tal-Patruna għażiża tagħna Santa Katarina V.M.

Dina s-Sena żgur li rega kellna festa kbira li paxxiet lil kull min ġie jingħaqad magħna, u kienet festa mimlija b'dak kollu li jixirqilha Festa Kbira.

GRAZZI LIL KULLĦADD MILL-QALB TAL-KOPERAZZJONI KBIRA LI SIBNA.

VIVA SANTA KATARINA V.M.

 

Joseph Darmanin

Segretarju


Avviz

L-Erbg?a, 1 ta' Ottubru 2008

 

AVVIŻ

Il-Kumitat jixtieq jav\a li d-DVD tal-Festa ser ikun għall-bejgħ  dalwaqt .

Dan ser ikun fih 4 sigħat ta' ġbid  tal-Festa kbira in ġenerali li kellna dina s-sena.

 

IL-PREZZ TIEGħU HU BISS TA' €25. Minn jixtieq jibbukja għandu jgħati ismu u kunjomu flimkien man numru tal-mobile phone lil xi membru tal-Kumitat jew għand tal-bar .Grazzi tal-koperazzjoni.

 

 

 

Joseph Darmanin

Segretarju


Festa tal-Madonna tar-Ruzarju

Il-Hadd 5 t'Ottubru 2008

AVVIŻ

Il-Kumitat jixtieq javża li s-servizz li jmiss tal-Banda Santa Katarina v.m. huwa nhar IL-Ħadd 5 t'Ottubru ġewwa Żurrieq għall-okkazjoni tal- Festa tal-Madonna tar-Ruzarju. Għalhekk il-kumitat iħeġġeġ lill-Bandisti biex jiġu bi ħġarhom għal dan is-servizz kif ukoll lill-membri u partitarji biex jakkumpanjaw lill-banda. Dan żgur jagħti kuraġġ kbir sew lill-bandist kif ukoll lill-kumitat u sotto kumitati fi ħdan is-Soċjeta'.

Grazzi tal-appoġġ


Avviz

Il-Gimgha, 26 ta' Settembru 2008

AVVIŻ

Il-Kumitat jixtieq javża li s-servizz li jmiss tal-Banda Santa Katarina v.m. huwa nhar IL-Ħadd 28 ta' Settembru ġewwa Daħla limiti tar-Rabat għall- Festa tas-Santa Katarina V.M. ta' Lixandra.Għalhekk il-kumitat iħeġġeġ lill-Bandisti biex jiġu bi ħġarhom għal dan is-servizz kif ukoll lill-membri u partitarji biex jakkumpanjaw lill-banda. Dan żgur jagħti kuraġġ kbir sew lill-bandist kif ukoll lill-kumitat u sotto kumitati fi ħdan is-Soċjeta'.

Grazzi tal-appoġġ

 


PRESS RELEASE

L-Erbgha, 20 ta' Awissu 2008

 

Il-President u l-Kumitat tas-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. Żurrieq jiddeploraw  kull  xnieha li l-festa tal-Patruna Santa Katarina V.M. mhix ser issir.

Il-Festa ser tiġi ċċelebrata bħas-soltu fl-ewwel ġimgħa ta' Settembru, bil-qofol jintlaħaq bil-purċissjoni bil-vara ta' Santa Katarina V.M., li din is-sena se tagħlaq 190 sena, nhar il-Ħadd 7 ta' Settembru 2008.

 

Is-Solitu marċ magħruf bħala tan-nar, li jsir wara l-purċissjoni għall-ħabta tal-11.00pm, u li soltu jibda minn Misraħ Mattia Preti, jgħaddi minn Triq P.P. Saydon u jispiċċa f'Misraħ Repubblika, din is-sena mhux ser isir bħala sinjal ta' rispett għall-vittmi tat-traġedja li ġrat ġewwa raħalna fil-15 ta' Novembru 2007 wara splużjoni fil-Fabbrika tan-Nar Santa Katarina V.M., u li ħalliet lil Nazzareno Barbara u lil Alfred Cassar bħala vittmi.

 

Il-Kumitat jinkoraġġixxi u jħeġġeġ ukoll lill-membri tas-Soċjeta', u lill-ammiraturi u partitarji tal-festa titulari, sabiex ma ssirx is-solitu xalata l-għada tal-festa bħala sinjal ta' rispett.


QUDDIESA B’SUFRAĠJU

It-Tlieta, 19 ta' Awissu 2008

 

-ĦADD 24 T'AWWISSU 2008 FIS-7.00PM SER ISSIR QUDDIESA ĠEWWA L-KAPPELA TA' SANT'AGATHA BĦALA SUFRAĠJU GĦALL-VITTMI TAN-NAR FI ĦDAN IS-SOĊJETA'.  WARA SE TIĠI INAWGURATA U MBIERKA RĦAMA KOMMEMORATTIVA FI TRIQ ĦAL FAR.


QUDDIESA REV.JONATHAN FARRUGIA

It-Tlieta, 19 ta' Awissu 2008

 

QUDDIESA

REV.JONATHAN FARRUGIA

 

 

IL-KUMITAT IHEGGEG LILL-MEMBRI KOLLHA TAS-SOCJETA' SABIEX JATTENDU GHALL-QUDDIESA LI SER IQADDES REV.JOHNATAN FARRUGIA, EX-BANDIST MAL-BANDA SANTA KATARINA V.M. NHAR IL-HADD 24 T'AWWISSU 2008 FIL-11.00AM, FEJN WARA L-QUDDIESA SER JINGHATA TIFKIRA MILL-KUMITAT F'ISEM IL-MEMBRI KOLLHA TAS-SOCJETA'.


Programm Tal-Armar

L-Erbgha, 30 ta' Lulju 2008

 

Mit-Tlieta 29 ta' Lulju sat- 3 t'Awissu cables ta' toroq

Mill- 4 t'Awissu sa 7 t'Awissu -Antarjoli, pijpijiet tas-sigar etc.

Mit-8 sas-17 t'Awissu-Liedna ta' Toroq

Hu diffiċli li najdu minn qabel it-toroq li ħa narmaw, iżda navżaw mallajr kemm jista jkun. Infakrukhom li minn hu responsabli mit-toroq biex ikun ippeparat kemm jista jkun biex narmaw it-toroq tiegħu. Minn jixtieq jejn jikkuntatja fuq 79251100 biex nieħdu numru ta' telefon tiegħu.

17 t'Awissu - Pjazza Mattia Preti

18 t'Awissu-Pilandri ta' Triq Pietru Pawl Saydon

19 t'Awissu- Strada Rjali Liedna

21 t'Awissu- Pjazza

22 t'Awissu- Siġar

23 t'Awissu-Liedna

24 t'Awissu-Zuntier

Importanti li sat-28 t'Awissu jkollna l-Pjazza armata għal Lejla Katarinjana fejn ħa jintrama l-plaċir iz-zgħajr.

Fid-29 u 30 t'Awissu ħa jkun hemm Palmisti Fest u lejla Mlatija fejn kull għajnuna tigi apprezata.

1 ta' Settembru- Rota u pedestal tal-papa

8 ta' Settembru l-quddiem zarmar

Importanti tattendu kuljum għall-għajnuna minn filgħodu. Aħna narmaw biss fit-tliet ġimgħat u mhux f'xahrejn u għalkemm l-llum bil-makkinarju naqqasna ħafna tbatija, l-għajnuna tiswa ħafna biex inkomplu mkabbru l-aqwa festa ġo raħalna. Pruvajna kemm nistgħu ma nlaqqgħux ġranet importanti tal-armar mal-kunċerti, għalhekk tfallux kunċerti kemm tistgħu. Dan il-programm jista jkun suġġett għal tibdil kif meħtieġ.

Grazzi bil-quddiem ta' kull għajnuna. Kun kburi li int ukoll qed tieħu sehem fl-armar tal-festa.

Viva Santa Katarina V.M. Patruna taż-Żurrieq


GET TOGETHER XAHAR QABEL IL-FESTA

L-Erbgha, 30 ta' Lulju 2008

 

IL-ĦAMIS 7 T'Awissu 2008

 

Il-Kumitat javża li nhar il-Ħamis 7 t'Awissu 2008, xahar qabel il-festa, ser isir is-solitu GET TOGETHER ġewwa l-Bar tal-Każin.  Ikun hemm varjeta' fosthom briju ma' sezzjoni mill-Banda Santa Katarina, u diversi mistednin fosthom STEPHEN MIZZI li fost oħrajn se jkanta diski mis-CD ġdida li ħarġet din is-sena mis-Sezzjoni Żgħażagħ Palmisti. Kulħadd mistieden.

Nappellaw lill-membri u partitarji kollha sabiex tibdew ittellgħu tubi ħomor u bnadar matul ix-xahar t'Awissu.  Nappellaw ukoll għall-għajnuna fl-armar u fl-attivitajiet kollha li qed torganizza s-Soċjeta'.  Fl-għaqda hemm is-saħħa; Palmisti ejjew flimkien nippreparaw għall-akbar festa li ssir ġewwa raħalna! VIVA SANTA KATARINA V.M.


KUNCERTI ĠENERALI

L-Erbgha, 30 ta' Lulju 2008

 

Il-Kumitat javża li issa li qorbot sew il-festa tal-Patruna tagħna Santa Katarina V.M., important ħafna li l-Bandisti kollha jattendu għall-aħħar kunċerti ġenerali ser ikunu f'dawn il-ġranet:

It-Tlieta 5 t'Awissu fis-6.30pm

Il-Ġimgħa 8 t'Awissu fis-6.30pm

It-Tnejn 11 t'Awissu fis-6.30pm

It-Tlieta 19 t'Awissu fis-6.30pm

Il-Ħamis 21 t'Awissu fis-6.30pm

It-Tlieta 26 t'Awissu fis-6.30pm

Is-Sibt 30 t'Awissu fis-2.00pm

Il-Kumitat jixtieq jirringrazzja lis-Surmast u lill-Bandisti kollha għax-xogħol siewi li qed jagħmlu fi ħdan il-Banda Santa Katarina V.M. Żurrieq.  Nawgurawlhom kull suċċess.


RINGRAZZJAMENT Mill-QALB

L-Erbgha, 30 ta' Lulju 2008

 

WARA L-ĠABRA MERAVILJU|A TA' NHAR IL-ĦADD 27 TA' LULJU, NIXTIEQ F'ISEM IL-PRESIDENT U L-KUMITAT NIRRINGRAZZJA L-EWWEL NETT LIL DAWK KOLLHA LI TAW SEHEMHOM FIL-ĠABRA BILLI OFFREW IL-ĦIN TAGĦHOM U ĠEW JIĠBRU.

 

NIXTIEQ UKOLL NIRRINGRAZZJA LILKOM MEMBRI TAS-SOĊJETA' TAGĦNA KIF UKOLL PARTITARJI TA' L-GĦOTJIET SBIEĦ LI INTOM TAJTU.  NAPPREZZAW ĦAFNA LI LQAJTU L-APPELL TAGĦNA.

 

DAN HUWA LI JSAĦĦAĦ IS-SOĊJETA', LI FLIMKIEN BĦAL FAMILJA NKUNU LESTI LI NGĦINU LIL XULXIN U NKUNU QALB WAĦDA.

 

GĦAL DARB'OĦRA NIRRINGRAZZJAKOM U MINN QALBNA NIXTEQULKOM FESTA MILL-ISBAĦ AD UNUR IL-PATRUNA SANTA KATARINA V.M.

 

JOSEPH DARMANIN

SEGRETARJU


LEJLA KATARINJANA 2008

It-Tlieta, 22 ta' Lulju 2008

 

Wara s-suċċess tas-sena li għaddiet, il-Kumitat iddċċieda li jerġa' jorganizza Lejla Katarinjana ġewwa Misraħ Repubblika nhar il-Ħamis 28 t'Awissu.  Din tkun Lejla Muziko-Letterarja fejn ikun hemm kant, re-enactment, daqq, qari ta' poeżiji u affarijiet oħra relatati, kollha jagħtu ġieħ lil Santa Katarina V.M. 

 

Kif tistgħu timmaġinaw, din is-serata tirrikjedi ħafna xogħol, għalhekk qed nitolbukom toffru l-għajnuna tagħkom bħala re-enactors, fratelli, bandisti, jew kwalunkwe għajnuna oħra.  Kull min hu nteressat għandu jimla il-formola li jista jsieba fis-section ta' News Letter u jgħaddiha lil xi membru tal-Kumitat.   Għal aktar informazzjoni ċemplu fuq 79251100. 

 

Kun kburi li tagħmel parti mill-kast int ukoll!   Għandna bżonn ġafna nies jipparteċipaw.  Aktar ma tikkonkorru aktar ikollna effett sabiħ.

 

GRAZZI BIL-QUDDIEM U VIVA SANTA KATARINA V.M.

 


Ġabra nhar il-Ħadd 27 ta' Lulju 2008

Is-Sibt, 12 ta' Lulju 2008

 

Għeżież Partitarji,

 

Infakkarkom fis-solitu ġabra nhar il-Ħadd 27 ta' Lulju 2008, nhar il-festa tal-Madonna tal-Karmnu fiż-Żurrieq.  Nitlob sew għajnuna tal-volontarji, biex jgħinuna fil-ġbir, kif ukoll għall-ġenerożita' tagħkom fl-għotjiet.  Nifhmu li l-ispejjeż tal-ħajja huma kbar, pero tas-Soċjeta' mhux inqas.  Biex inkomplu nżommu l-livell kbir li aħna dejjem kellna, nitolbukom li bħal ma dejjem kontu, terġgħu tkunu ġenerużi. 

 

Nixtieq minn qalbi nirringrazzjakom taż-żewġ ġabriet li għaddew li kienu ferm tajbin, u anke għall-ħlas tal-menswalita'.  Jekk inti tixtieq tidħol membru jew taf b'xi ħadd li jixtieq, avviċina lil xi ħadd tal-Kumitat.  Kun kburi li inti membru wkoll fl-akbar Soċjeta' fiż-Żurrieq.

 

Nawguralkom il-festa t-tajba.  GRAZZI ĦAFNA.

 

Dejjem tagħkom,

 

 

 

 

Joseph Darmanin,

Segretarju.


TROFEJ

Is-Sibt, 12 ta' Lulju 2008

 

Din is-sena żgur ser tkunu kburin b'dak li ser taraw fuq ix-xogħol tat-trofej il-ġdid għal Triq Pietru Pawl Saydon, fuq disinn tas-Sur Jeremy Cachia.

 

Biex nibqgħu għaddejjin b'ritmu tajjeb, għandna bżonn finanzi kbar.  Min jidħol sal-intrata tal-każin jista' jara l-informazzjoni kollha fuq board apposta. 

 

Kull kaxxa ta' donazzjoni tiswa €50 biss. 

 

Għinna nkomplu dan il-proġett, għax int ukoll se tkun kburi li fiż-Żurrieq ser ikollna dan il-proġett meraviljuż, oriġinali u li se jibqa' jitgawda għal ħafna u ħafna snin.

 

 

GRAZZI TAL-GĦAJNUNA U TA' L-GĦOTJA TIEGĦEK.

 

Joseph Darmanin,

Chairman - Sotto Kumitat Armar.


Press Release

Il-Hamis, 3 ta' Lulju 2008

 

Il-Banda Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq ser tieħu sehem f'dawn il-festi matul ix-xahar t'Awissu 2008.  L-Erbgħa 6 t'Awissu 2008, tagħmel marċ fil-festa ta' San Lawrenz fil-Birgu.  Il-Ħamis u l-Ġimg]a 14 u 15 t'Awissu 2008, tagħmel marċ u tesegwixxi program mużikali fil-festa ta' Santa Marija fil-Qrendi.  Il-Banda tkun immexxija mill-Ass.Surmast Mario Testa F.(Mus.), E.I.H.E.(H.C.)

 


Press Release

Il-Hadd, 15 ta' Gunju 2008

Il-Banda Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq ser tieħu sehem f'dawn il-festi matul ix-xahar ta' Lulju 2008.

Il-Ġimgħa 11 ta' Lulju 2008, tagħmel marċ għall-festa ta' San Ġużepp Ħal-Kirkop.

Il-Ħamis 17 ta' Lulju 2008, tagħmel marċ għall-festa ta' San Ġorġ M. Fil-Belt Victoria Għawdex.    

Il-Banda ser tkun immexxija mill-Ass. Surmast Mario Testa F.Mus., E.I.M.E. (H.C.).


AVVIŻ

Il-Hadd, 1 ta' Gunju 2008

 

AVVIŻ

 

Il-Kumitat jixtieq javża li s-servizz li jmiss tal-Banda Santa Katarina v.m. huwa nhar it-Tnejn 30 ta' Ġunju ġewwa tas-Sliema għall- Festa tas-Sagra Coure..Għalhekk il-kumitat iħeġġeġ lill-Bandisti biex jiġu bi ħġarhom għal dan is-servizz kif ukoll lill-membri u partitarji biex jakkumpanjaw lill-banda. Dan żgur jagħti kuraġġ kbir sew lill-bandist kif ukoll lill-kumitat u sotto kumitati fi ħdan is-Soċjeta'.

Grazzi tal-appoġġ


SEDUTA

Il-Hadd, 1 ta' Gunju 2008

 

1 ta' Ġunju 2008

SEDUTA GĦAS-SOTTO KUMITATI

Ser issir seduta għas-Sotto Kumitati kollha fi ħdan is-Soċjeta' fis-Sala Mro. Espedito Deguara nhar l-Erbgħa 11ta' Ġunju 2008 fis-8.00pm.  Importanti li kulħadd jattendi.  Nitolbu lis-Segretarju ta' kull Sotto Kumitat jinforma l-membri l-oħra sabiex jattendu.  L-aġenda prinċipali hija l-Festa 2008 u polza ta' assigurazzjoni fost ħwejjeġ importanti oħra.


Press Release

Il-Hamis, 29 ta' Mejju 2008

 

Il-Banda Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq ser tieħhu sehem f'dawn il-festi matul ix-xahar ta' Ġunju 2008.

It-Tnejn 9 ta' Ġunju 2008, tagħmel marċ għall-festa ta' Santa Katarina V.M. fiż-Żejtun.

It-Tnejn 30 ta' Ġunju, tagħmel mar` għall-festa tas- Sacre Cuor f' tas-Sliema.

Il-Banda ser tkun immexxija mill-Ass. Surmast Mario Testa F.Mus., E.I.M.E. (H.C.).

 


Final ta' Lis-Snooker Competition

L-Gimgha, 23 ta' Mejju 2008

Nhar il-Ġimgħa 23ta' Mejju fil-każin tas-Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M. ser isir l-final ta' lis-Snooker Competion bejn Athur Cachia vs Duncan Bezzina fis-6.00pm.

Wara ssir il-Preżentazzjoni tal best of 11

Ir-rebbieħ għandu premju ta €500.

Il-Logħoba ħa tintwerra fuq il-Big sreen fil bar tal-Kazin ta' l-istess Soċjeta'.

 


TIEĠ TRADIZZJONALI MALTI TA’ ŻMIEN L-IMGĦODDI (1500-1700)

Is-Sibt, 17 ta' Mejju 2008

 Is-Sotto Kumitat tal-Kultura fi ħdan is-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq, jistieden lill-pubbliku Malti u barrani għal-Tieħ Tipikament Malti ta' Żmien L-Imgħoddi li se jsir fit-toroq pittoreski taż-Żurrieq, nhar is-Sibt 17 ta' Mejju, 2008.

L-attivita' tingħata bidu f'Misraħ ir-Repubblika, il-misraħ prinċipali taż-Żurrieq, taħt l-Istatwa ta' Santa Katarina V.M., f' inzul ix-xemx.  Wara, kulħadd jimxi ma' l-għarajjes fil--ġilwa tagħhom.  Ngħaddu mix-Xarolla ta' Fuq, fejn se nkunu nistgħu naraw xeni ta' żmien l-imgħoddi ta' xogħol u artijanat Malti.  Matul it-triq, l-għarajjes se jkunu akkumpanjati bid-daqq tal-kitarra u b'għana folkloristiku.

Iż-Żwieġ se jsir fuq iz-zuntier tal-Kappella ta' San Bert biex ikun jista jiġi gawdut mill-folla preżenti.

Wara ċ-ċerimonja taż-żwieġ, se jsir riċeviment fl-ambjent sabiħ u uniku fil-gzejjer Maltin, mad-dawra tal-MITĦNA TAX-XAROLLA.  L-għarajjes se jduru man-nies, akkumpanjati mill-ġenituri, fost id-daqq u-żfin folkloristiku Malti.

Għal dawk li se jkunu qatgħu biljett minn qabel, se jkun hemm ikel tipiku Malti u xi qatra nbid ukoll. 

Il-biljetti jinkisbu mingħand il-membri tal-kumitat, mingħand Topsale Stationery - Triq Dun Guzepp Zammit u Miami Paradise - Misraħ ir-Repubblika, Żurrieq. 

 Ticket hotlines :  9947 2288  -  7906 5985 

 

TIEG TRADIZZJONALI MALTI TA’ ZMIEN L-IMGHODDI
 

 

 

 

 


RINGRAZZJAMENT MILL-QALB

L-Erbgha, 30 ta' April 2008

 

WARA L-ĠABRA MERAVILJUZA TA' NHAR IL-ĦADD 20 T'APRIL, NIXTIEQ F'ISEM IL-PRESIDENT U L-KUMITAT NIRRINGRAZZJA L-EWWEL NETT LIL DAWK KOLLHA LI TAW SEHEMHOM FIL-ĠABRA BILLI OFFREW IL-ĦIN TAGĦHOM U ĠEW JIĠBRU.

NIXTIEQ UKOLL NIRRINGRAZZJA LILKOM MEMBRI TAS-SOĊJETA' TAGĦNA KIF UKOLL PARTITARJI TA' L-GĦOTJIET SBIEĦ LI INTOM TAJTU.  NAPPREZZAW ĦAFNA LI LQAJTU L-APPELL TAGĦNA.

DAN HUWA LI JSAĦĦAĦ IS-SOĊJETA', LI FLIMKIEN BĦAL FAMILJA NKUNU LESTI LI NGĦINU LIL XULXIN U NKUNU QALB WAĦDA.

GĦAL DARB'OĦRA NIRRINGRAZZJAKOM U MINN QALBNA NIXTEQULKOM KULL SUĊĊESS FIL-ĦAJJA PERSONALI TAGĦKOM.

JOSEPH DARMANIN

SEGRETARJU


Avviz

Is-Sibt, 19 ta' April 2008

 

Gheziez Membri u Partitarji,

 

F'isem il-Kumitat qed nerga' niktbilkom u ninfurmakom bil-gabra tal-"Ghid", li s-Socjeta' ser taghmel nhar il-Hadd filghodu fl-20 t'April 2008.

 

Kif tafu, s-Socjeta' tiddependi hafna fuq il-generozita' kbira taghkom il-membri.  Illum il-kazin m'ghadux bhal qabel izda llum sar palazz mill-aqwa mimli b'rikkezzi kbar u anke kumditajiet ghall-membri kollha.  Pero, biex izzomm dan il-livell u anke l-kumdita' li toffri s-Socjeta' taghna tinvolvi finanzi kbar. 

 

Kif kulhadd jaf, il-kazin hu mibni fuq il-volontarjat u ta' dan nibda biex nirringrazzja lil shabi kollha tal-kumitat, Sotto Kumitati, membri u partitarji li joffru hafna hin prezzjuz biex jaghmlu xoghol ferm utli ghas-Socjeta'.  Is-sezzjonijiet tas-Socjeta' taghna huma ferm attivi; jorganizzaw attivitajiet ta' kull xorta b'hafna sagrificcji personali biex jaghtu pjacir lill-membri u partitarji, u anke barranin, u fl-istess hin ikunu qed ihallu xi haga tal-flus bhala fund raising.

 

Kulhadd jaf li l-ispejjez huma kbar.  Tistghu tahsbu kemm tigi tiswa festa kbira bhal taghna, il-kazin, u anke spejjez kurrenti ohra.  Il-banda ghaziza taghna nippruvaw ma nhalluha nieqsa minn xejn, biex verament inkunu nistghu niftahru li ghandna wahda mill-aqwa baned ta' gziritna.  Izda jkun ghalxejn dan is-sagrificcju kollu kieku ma nsibux lilkom warajna biex tghinuna b'dik ix-xi haga zghira jew kbira, kulhadd kif jista'.  Nassigurawkom li l-ghotjiet taghkom jaghmlulna kuragg kbir biex inkomplu nahdmu u anke nidhlu ghal progetti  godda kbar u ferm ambizzjuzi.

 

Ghalhekk kif dejjem kontu, nitolbukom tergghu tkunu generuzi fl-ghotjiet taghkom, u nwieghdukom li dak li intom taghtu nutilizzawh bl-ahjar mod biex inkabbru s-Socjeta' taghna Santa Katarina V.M. 

 

Nixtieq niehu din l-opportunita' wkoll biex infakkar lil min ghadu ma hallasx il-menswalita'  biex jaghmel dan mill-aktar fis.  Kun int ukoll kburi li taghmel parti minn din l-akbar Socjeta' go rahalna.  Inhajru wkoll membri godda sabiex jinghaqdu maghna.

 

GRAZZI LIL KULHADD TAL-KOPERAZZJONI

 

 

 

Joseph Darmanin

Segretarju


Snooker Competition

Il-Gimgha, 28 ta' Marzu 2008

Is-Socjeta' Muzikli Santa Katarina V.M. ser torganizza Snooker Competition li ha tibda mill-21 t'April. L-appilkazjonijiet jistghu jinkisbu mill-bar tal kazin jew minn ghand il-membri tal-Kumitat Centrali. Min jixtieq japlika minn fuq l-internet jista jaghmel dan billi jidhol fin-news letter Sancta Catharina Zurriconorum Patrona fejn issib application. Din tista tigi printjata timlewha u giebuha il-kazin sa mhux aktar tard mill-Erbgha 16 t'April 2008.

 

 

Snooker Competition


AVVIZ

Il-Hamis, 13 ta' Marzu 2008

 

13 ta' Marzu 2008

 

Fis- Seduta tal-Kumitat ta' nhar it-28 ta'Frar

gie deciz li s-Sinjura Catherine Falzon Debono ser issir membru effettiv tas-Sotto Kumitat Nisa tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. Zurrieq.Dan gie deciz wara qbil unanimu mill-membri tal-istess Sotto Kumitat, u anke b'approvazzjoni unanima mill-Kumitat centrali.


ITTRA UFFICJALI – FESTA 2008

Is-Sibt, 1 ta' Marzu 2008

 

1 ta' Marzu 2008

 

Gheziez membri u partitarji,

 

Kif tafu, nhar l-14 ta' Jannar waqt laqgha bejn is-Sotto Kumitati tas-Socjeta' gew issuggeriti linji gwida dwar l-organizzazzjoni tal-Festa 2008 in vista ta' l-accident li s-Socjeta' kellha f'Novembru 2007.

 

Il-Kumitat hass il-htiega li barra li jikkonsulta s-Sotto Kumitati kollha, jaghti cans lill-membri u partitarji tas-Socjeta' taghna biex jghaddu punti u suggerimenti jew ilmenti dwar dak li kien qed jigi ssuggerit.  Ghaldaqstant intbaghtet ittra lill-membri kollha tas-Socjeta' (data  21 ta' Jannar 2008).  Din l-ittra twahhlet fin-noticeboard tas-Socjeta' u tinsab online fil-website tas-Socjeta'.  Fiha tajna sal-15 ta' Frar cans biex min ghandu xi lment jew suggeriment jibaghtu bil-miktub lil xi membru tal-kumitat.

 

Fil-fatt kellna suggeriment wiehed biss pero kien anonimu ghalhekk hassejna li ma nistghux nivvalutawh, ghalkemm min kien, qabel mad-decizjonijiet kollha hlief tax-xalata.

 

Ghalhekk il-kumitat fil-laqgha ta' nhar il-Hamis 28 ta' Frar ha decizjoni kif gej:

  • 1. Il-festa tigi organizzata kollha, u tispicca bl-ahhar funzjoni fil-knisja. Jigifieri bhala Socjeta' ma norganizzawx il-marc tan-nar u l-gheluq tal-festa bhas-soltu.
  • 2. Is-Socjeta' theggeg biex ma tigix organizzata x-xalata l-ghada tal-festa.
  • 3. Tinzamm minuta silenzju waqt il-programm tal-banda nhar il-jum tat-tieni tridu.

 

Dawn huma d-decizjonijiet finali li zgur juru xewqa u anke rieda tajba tal-membri ta' din is-Socjeta'.

 

GRAZZI,

 

Joseph Darmanin

Segretarju


PRESS RELEASE

It-Tlieta, 26 ta' Frar 2008

 

RE: PROGRAMM FUNEBRI

Il-Banda Santa Katarina V.M. ser tesegwixxi programm ta' muzika funebri f'Misrah ir-Repubblika, iz-Zurrieq, nhar il- Hadd il-Palm 16 ta' Marzu 2008 mill-10.00am ‘il quddiem taht it-tmexxija ta' l-Assistent Surmast Mario Testa F.Mus.,E.I.H.E.(H.C.).  Ser jigu esegwiti dawn il-kompozizzjonijiet:  Solitude ta' Francis Falzon, Una Lagrima Sulla Tomba di mia Madre ta' Amadeo Vella, Lapide e Cipresse ta' Nikola Montebello, Cipresso ta' Angelo Mellili, Via Dolorosa ta' Ray Sciberras, Tislima lill-Vittmi tal-Kamra tan-Nar ta' Mario Testa, Totus Tuus ta' Mario Testa u Responsorii per Venderdi Sante ta' Espedito Deguara.

 

 

Grazzi.


AVVIZ

It-Tlieta, 26 ta' Frar 2008

 

KIF KULHADD JAF, ID-DATA TA' L-ELEZZJONI GENERALI TAL-PAJJIZ THABBRET.  NIFHMU LI DAN JISTA' JKUN ZMIEN DELIKAT GHAS-SOCJETA' TAGHNA GHALHEKK IL-KUMITAT QED JITLOB:

  • 1. MA JKUNX HAWN DISKORS FUQ IL-POLITIKA FL-EBDA HIN.
  • 2. L-ISTAZZJONIJIET TELEVIZIVI MA JISTGHUX IKUNU FUQ STAZZJONIJIET POLITICI.
  • 3. IKTAR TOLLERANZA U RISPETT LEJN XULXIN.

KULHADD GHANDU DRITT TAL-OPINJONI TIEGHU IZDA RRIDU NIFTAKRU LI L-ISKOP TAL-KAZIN HU LI NZOMMU L-GHAQDA BEJNIETNA, U LI DEJJEM QUDDIEM GHAJNEJNA NGIBU L-PATRUNA GHAZIZA TAGHNA SANTA KATARINA V.M.

 

GRAZZI TAL-KOPERAZZJONI

IL-KUMITAT


AVVIZ

It-Tnejn, 21 ta' Jannar 2008

 

Gheziez membri u partitarji,

 

Kif tafu, nhar it-Tnejn 14 ta' Jannar kellna laqgha bejn il-Kumitat Centrali flimkien mas-Sezzjonijiet u Sotto Kumitati kollha tas-Socjeta'.  Bi pjacir nghid li kellna attendenza ferm tajba, u din il-laqgha halliet hafna gid.

          Bhala agenda principali ghad-diskussjoni kellna l-festa 2008.  Bhala kumitat xtaqna jkollna linji gwida ta' xi jhossu s-Sotto Kumitati dwar l-organizzazjoni tal-festa 2008 vis-s-vis it-tracedja  li s-Socjeta' ghaddiet minnha f'Novembru li ghadda.  Kulhadd inghata d-dritt u c-cans li jitkellem, u l-proposti finali kienu li:

 

  • 1. Il-Festa tigi organizzata kollha, u tispicca bl-ahhar funzjoni fil-knisja. Jigifieri bhala Socjeta' ma norganizzawx il-marc tan-nar u l-gheluq tal-festa bhas-soltu.
  • 2. Gie ssuggerit ukoll biex is-Socjeta' theggeg biex ma tigix organizzata x-xalata bhas-soltu.
  • 3. Tinzamm minuta silenzju waqt il-programm tal-banda nhar il-jum tat-tieni tridu.

 

Dawn huma l-linji gwida li fuqhom kien hemm qbil unanimu.  Pero, il-kumitat ihoss li qabel ma jiehu d-decizjonijiet finali, ghandu jirrispetta wkoll l-opinjoni taghkom il-membri li ma tiffurmawx parti mis-Sotto Kumitati.  Ghalhekk, kull min ghandu xi ideja, proposta jew ilment, ghandu jwasslu bil-miktub lil xi membru tal-kumitat sa nhar il-15 ta' Frar.

     Dan qed naghmluh biex zgur ma nhallu lil hadd barra, u d-decizjoni finali tkun tirrifletti l-maggoranza assoluta tal-membri tas-Socjeta'.

     Filwaqt li nirringrazzjawkom tal-koperazzjoni taghkom, infakkru li ahna qieghdin hawn ghas-servizz taghkom il-membri.  Ghalhekk kull min ikollu lmenti u suggerimenti, anke fuq affarijiet ohra, ihossu liberu biex jitkellem mal-membri tal-kumitat.  Ghal darb'ohra nirringrazzjakom u nsellmilkom f'isem il-kumitat.


AVVIZ

It-Tnejn, 21 ta' Jannar 2008

 

Il-Kumitat jixtieq javza li gie mressaq fil-kumitat li zewg membri tas-Socjeta' urew ix-xewqa  li jinghaqdu mas-Sotto Kumitat Armar.  Dawn huma:

Is-Sur Alfred Mangion

Is-Sur Twanny Mangion

Il-kumitat approva lil dawn iz-zewg membri li issa saru jaghmlu parti minn dan is-Sotto Kumitat.


EZERCIZZJI TAR-RANDAN

It-Tnejn, 21 ta' Jannar 2008

 

Il-Kumitat jixtieq javza li ser ikun hawn ezercizzji tar-Randan fil-Kazin gewwa Sala Espedito Deguara:

Nhar it-18, 19 u 20 ta' Frar 2008

Fis-6.45pm

Inheggukom tattendu ghal dawn l-ezercizzji sabiex niccelebraw spiritwalment l-Ghid flimkien.


RINGRAZZJAMENT MILL-QALB

It-Tnejn, 7 ta' Jannar 2008

 

WARA L-GABRA MERAVILJUZA TA' NHAR IL-HADD 6 TA' JANNAR, NIXTIEQ F'ISEM IL-PRESIDENT U L-KUMITAT NIRRINGRAZZJA L-EWWEL NETT LIL DAWK KOLLHA LI TAW SEHEMHOM FIL-GABRA BILLI OFFREW IL-HIN TAGHHOM U GEW JIGBRU.

 

NIXTIEQ UKOLL NIRRINGRAZZJA LILKOM MEMBRI TAS-SOCJETA' TAGHNA KIF UKOLL PARTITARJI TA' L-GHOTJIET SBIEH LI INTOM TAJTU.  NAPPREZZAW HAFNA LI LQAJTU L-APPELL TAGHNA.

 

DAN HUWA LI JSAHHAH IS-SOCJETA', LI FLIMKIEN BHAL FAMILJA NKUNU LESTI LI NILQGHU U NIFFACCJAW KULL PROBLEMA.

 

GHAL DARB'OHRA NIRRINGRAZZJAKOM U MINN QALBNA NIXTEQULKOM IS-SENA T-TAJBA MIMLIJA GID U HENA.

 


Cirkulari

It-Tlieta, 1 ta' Jannar 2008

 

Gheziez membri u partitarji,

 

Qed nibaghtu din ic-cirkulari biex bhala membri naghtukom ftit informazzjoni dwar x'se jigri fil-futur qarib fis-Socjeta'.

 

Kif kulhadd jaf, is-sena li ghaddiet gabitilna toghma morra hafna wara l-festa kbira u l-ferh kbir li kellna fil-festa ta' Settembru.  Din zgur hi daqqa kbira ghas-socjeta' u zgur qatt ma nistghu ninsew lil dawn shabna li hallewna f'dan l-incident ikrah li kellna.  Qatt m'ahna se ninsew sew lilhom u sew dawk l-ohrajn li hallewna qabel bl-istess cirkostanzi.  Zgur qatt m'ahna se ninsew ukoll tant membri habrieka li llum m'ghadhomx maghna izda hallew hafna gid lilna xi ngawdu.  

 

Izda issa hu d-dmir taghna li lis-Socjeta' nergghu inqajmuha fuq saqajha.  Mhux facli izda zgur bil-kuragg kbir ta' bejnietna l-Kumitat Centrali, is-Sotto Kumitati kollha u intom membri u partitarji, ahna se naslu zgur.

 

Ghalhekk, f'dan il-bidu tas-sena  gdida nixtiequ nurukom xi xoghol u anke attivitajiet li s-socjeta' bis-sahha tas-Sotto Kumitati ser ittella'.

 

Nhar il-Hadd 6 ta' Jannar ser issir il-gabra solita ta' dan iz-zmien minn membri tas-socjeta' li ser iduru maz-Zurrieq kollu.  Nitolbukom tkunu generuzi.  Tistghu tapprezzaw l-ispejjez kbar li s-Socjeta' ghaddiet minnhom, ghalhekk iktar mis-soltu qed nitolbukon biex tkunu aktar generuzi ma' din is-Socjeta' li hi ferm ghal qalbkom.  Infakkrukom li ahna se naccettaw sew flus Maltin u anke Euro.  Infakkrukom ftit ir-rati tal-kambju:

 

€ 5    =       Lm 2.15

€ 10   =       Lm 4.29

€ 15   =       Lm 6.44

€ 20   =       Lm 8.59

€ 30   =       Lm 12.88

 

Infakkar ukoll li mit-28 ta' Dicembru 2007 bdejna nigbru l-menswalita' tas-soci.  Din is-sena bhal snin ohra qed jinghata kalendarju li juri 6 pitturi mill-isbah ta' Santa Katarina.  Il-prezz tal-menswalita' hu ta' € 10 jew Lm 4.29.  Nizguraw li l-flus li qed thallsu bhala membri tkunu qed tinvestuhom fis-sod f'din l-akbar socjeta' gewwa rahalna.  Ghalhekk kun kburi li inti wkoll taghmel parti minn din il-familja u tinkiteb membru.  Il-menswalita' qed tingabar kuljum mit-Tnejn sal-Gimgha bejn il-hamsa u s-sebgha ta' filghaxija u s-Sibt, Hdud u festi bejn id-disgha ta' filghodu u nofsinhar sa l-ahhar ta' Jannar.

 

Xi attivitajiet f'Jannar jinkludu:

  • Maratona tal-liedna bejn l-10 u t-13 ta' Jannar fejn fit-12 ta' Jannar ser ikun hawn ikla, organizzata mis-Sezzjoni Zghazagh.
  • Hi Tea fit-13 ta' Jannar mis-Sezzjoni Nisa.
  • Mixja kulturali fl-20 ta' Jannar mas-Sezzjoni Kultura.
  • Hi Tea fil-25 ta' Jannar mas-Sezzjoni Nisa.
  • 26 ta' Jannar Country Night mas-Sezzjoni Nar.
  • 27 ta' Jannar American Pool Tournament mas-Sezzjoni Zghazagh.

 

Xi attivitajiet fi Frar huma:

  • 3 ta' Frar - mixja kulturali mas-Sezzjoni Kultura.
  • Mis-7 sad-9 ta' Frar - Playstation Tournament mas-Sezzjoni Zghazagh.
  • Mill-15 sas-17 ta' Frar - weekend break gewwa l-Mellieha Bay Hotel mas-Sezzjoni Armar.

Ma' dawn hemm aktar attivitajiet li ser jigu ppjanati fil-qrib.  Iktar informazzjoni dwar dawn l-attivitajiet tinghata fuq in-notice board tal-kazin., posters, god-djar jew toroq u anke fil-website tas-Socjeta'.

 

Infakkarkom ukoll li l-kuncerti tal-Banda se jergghu jibdew mit-8 ta' Jannar 2008 u li l-edizzjoni tan-newsletter li jmiss se tircevuha fi Frar.

 

Nitolbukom li tiehdu sehem fl-attiviytajiet.  Infakkru li biex dawn l-attivitajiet isiru jkunu qed jiehdu hafna hin prezzjuz ta' hafna membri li jahdmu fi hdan is-Socjeta'.

 

Fl-ahhar nixitiequ nawgurawlkom sena gdida mimlija risq, hena u barka, u j'Alla flimkien inkomplu nahdmu ad unur il-Patruna kbira taghna Santa Katarina V.M.

 

 

_______________________                         

Joseph Darmanin

Segretarju


Kuncerti tal-Banda

Il-Gimgha, 28 ta' Dicembru 2007

Il-Kumitat Centrali u Sotto Kumitat tal-Banda jixtieq javza li l-Kuncerti tal Bnada ser jergaw jibdew minn nhar it-Tlieta 8 ta' Jannar 2008.


Avviz

Il-Hamis, 13 ta' Dicembru 2007

Il-Kumitat jixtieq javza li minhabba li bhal issa s-Socjeta' tinsab ghaddejja minn luttu, din is-sena mhux se jintbaghtu kartolini tal-Milied, la ghall-membri tas-Socjeta', u lanqas ghall-kazini u ghaqdiet ohra.


Direttur Spiritwali

Il-Hadd, 9 ta' Dicembru 2007

 

Wara s-seduta li saret nhar it-Tnejn 4 ta' Dicembru 2007, il-kumitat jixtieq  javza li Dun Raymond Cassar Vici Parroku gie mahtur bhala Direttur Spiritwali tas-Socjeta'.

Nixtiequ nawguraw lil-Dun Raymond Cassar biex ikompli jibni fuq il-passi tal-predecessuri tieghu sabiex il-festa f'gieh il-Padruna taz-Zurrieq, Santa Katarina V.M. tkompli tikber fid-devozjoni u tisbieh. Nirringrazzjaw lil-Dun Raymond Cassar ghall-impenn li dahal ghalih u nifirhulu fil-kariga l-gdida tieghu ta' Direttur Spiritwali tas-Socjeta'.


Quddiesa B'Sufragju

It-Tnejn, 3 ta' Dicembru 2007

 

Ser issir quddiesa b'sufragju ghal ruh il-membru Alfred Cassar li miet b'konsegwenza tad-disgrazzja tan-Nar it-Tnejn 26 ta'Novembru 2007.  Il-Quddiesa se tkun iccelebrata fil-Parrocca ta' Santa Katarina V.M. nhar it- Tnejn 10 ta'Dicembrut 2007 fis-6.00pm minn Dun Raymond Cassar.  Inheggu lill-membri tas-Socjetà biex ilkoll flimkien nattendu ghal din il-Quddiesa.  Ghalhekk fis-5.45pm immorru fil-knisja mil-kazin.


Funeral Tal-Membru Alfred Cassar Li Miet Nhar Is-26 TA’ Novembru 2007 B’konsengwenza Tad-Dizgrazzja Tan-Nar Fis-ST Catherine Firework Factroy Zurrieq.

Is-Sibt, 1 ta' Dicembru 2007

  

 Funeral Tal-Membru Alfred Cassar Li Miet Nhar Is-26 Ta' Novembru 2007 B'Konsegwenza Tad-Dizgrazzja Tan-Nar Fis-St Catherine Fireworks Factory Zurrieq.

Il-President, Segretarju u Kumitat tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. Zurrieq jixtiequ jirringrazzjaw lill-Membri Parlamentari kollha, lill-Ghaqdiet kollha li wrew solidarjeta' fil-mewt tragika ta'Alfred Cassar, specjalment l-Ghaqdiet taz-Zurrieq, lill-kleru li ha sehem fil-funeral u lil kull min baghtilna l-kondoljanzi u attenda ghall-funeral li sar nhar L-Erbgha 28 ta' Novembru 2007.  Is-Socjetà Muzikali Santa Katarina V.M. tixtieq tirringrazzja wkoll lill-Korp tal-Puluzija ta' l-ghajnuna kollha li tana.

Nitolbu lil kulhadd jinghaqad maghna fit-talb ghal ruh iz-zewg vittmi Nazzareno Barbara u Alfred Cassar, kif ukoll ghall-bzonnijiet tal-familjari taghhom.

Grazzi


Tislima Lil-Alfred Cassar

It-Tnejn, 26 ta' Novembru 2007

 

PRESS RELEASE

 

Il-Kumitat Centrali b'dispjacir ihabbar il-mewt tas-Sur Alfred Cassar li miet dizgrazzjatament wara t-tragedja li sehhet fil-post tan-Nar tas-Socjetà Muzikali Santa Katarina V.M.  Alfred Cassar inghaqad mal-Mulej u ma' Santa Katarina V.M. li kien tant ihobb illum it-Tnejn 26 ta' Novembru 2007.

 

Il-funeral tieghu ser isir nhar l-Erbgha 28 ta' Novembru 2007. Fis-2.00pm il-Banda Santa Katarina V.M. takkumpanja il-korteo sal-Knisja Arcipretali ta' Santa Katarina V.M. z-Zurrieq fejn tigi kkoncelebrata Quddiesa b'sufragju ghal ruhu fit-3.00pm.

 

Bhala sinjal ta' luttu ghal din it-tragedja, l-attivitajiet kollha tas-Socjetà Muzikali Santa Katarina V.M. gew imwaqqfin sal-ahhar tas-sena 2007.

 

Grazzi.

 


Mizuri Mehuda mill-Kumitat

Il-Gimgha, 23 ta' Novembru 2007

Wara s-seduta straordinarja tat-22 ta’ Novembru 2007, il-Kumitat jixtieq javza li:

· Ser issir siegha adorazzjoni nhar l-24 ta’ Novembru fis-13.00 gewwa l-Knisja Arcipretali u Matrici Santa Katarina V.M. Zurrrieq. Inheggu lis-Sotto Kumitati u membri kollha biex jattendu.

· Billi s-Socjetà bhalissa tinsab vistuza sa l-ahhar ta’ Dicembru l-Kumitat iddecieda li:

1. Il-Bandiera mhux ser tittella’ nhar il-festa ta’ Santa Katarina V.M. fl-24 ta’ Novembru, nhar Kristu Re, fit-8 ta’ Dicembru Kuncizzjoni, fit-13 ta’ Dicembru Jum ir-Repubblika, nhar il-Milied 25 ta’ Dicembru u kull nhar ta’ Hadd

2. Il-fistun u l-faccata lanqas mhux ser jinxtghel f’dawn l-imsemmija festi.

Il-Korteo nhar l-24 ta’ Novembru ser isir kif diga avzat, fejn is-Socjetà timxi wara l-istandard, titpogga kuruna tar-rand quddiem Santa Katarina V.M. u wara nattendu ghall-Quddiesa. Infakkar lis-Sotto Kumitati u l-membri kollha biex jattendu u jilbsu ingravata sewda. Infakkru biex noffru din il-quddiesa u hafna talb ghall-bzonnijiet tal-vittmi.


Quddiesa b’Sufragju

Il-Hamis, 22 ta' Novembru 2007

Ser issir quddiesa b’sufragju ghal ruh il-membru Nazzareno Barbara li miet fil-Post tan-Nar il-Hamis 15 ta’ Novembru 2007. Il-Quddiesa se tkun i`Celebrata fil-Parrocca ta’ Santa Katarina V.M. nhar il-Hamis 29 ta’ Novembru 2007 fis-6.00pm minn Dun Raymond Cassar. Inheggu lill-membri tas-Socjetà biex ilkoll flimkien nattendu ghal din il-Quddiesa. Ghalhekk fis-5.45pm immorru fil-knisja wara l-istandart tas-Socjetà.


RE: FUNERAL TAL-MEMBRU NAZZARENO BARBARA LI MIET B’DIZGRAZZJA TAN-NAR NHAR IL-15 TA’ NOVEMBRU 2007.

Is-Sibt, 17 ta' Novembru 2007

Il-President, Segretarju u Kumitat tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. Zurrieq jixtiequ jirringrazzjaw lill-Membri Parlamentari kollha, lill-Ghaqdiet kollha li wrew solidarjeta' fil-mewt tragika ta' Nazzareno Barbara, specjalment l-Ghaqdiet taz-Zurrieq, lill-kleru li ha sehem fil-funeral u lil kull min baghtilna l-kondoljanzi u attenda ghall-funeral li sar nhar is-Sibt 17 ta' Novembru 2007. Is-Socjetà Muzikali Santa Katarina V.M. tixtieq tirringrazzja wkoll lill-Korp tal-Puluzija ta' l-ghajnuna kollha li tana.

Nitolbu lil kulhadd jinghaqad maghna fit-talb ghal ruh Nazzareno Barbara u ghall-familjari tieghu, kif ukoll ghal Alfred Cassar li ghadu f'qaghda kritika gewwa l-isptar.

 


PRESS RELEASE

Il-Gimgha, 16 ta' Novembru 2007

STQARRIJA MAHRUGA MIS-SOCJETA' MUZIKALI SANTA KATARINA V.M. ZURRIEQ

Is-Socjetà Muzikali Santa Katarina V.M. b'dispjacir kbir thoss li ghandha tohrog din l-istqarrija b'reazzjoni ghal dak li qed isehh gewwa r-rahal taz-Zurrieq wara d-dizgrazzja li grat il-bierah il-Hamis 15 ta' Novembru 2007.

Il-President, is-Segretarju flimkien mal-Kumitat Centrali tas-Socjetà Muzikali Santa Katarina V.M. jixtiequ juru s-soghba taghhom ghat-telfa tal-Membru habrieki tas-Socjetà s-Sur Nazzareno Barbara li tilef hajtu tragikament f'incident tan-nar gewwa s-St Catherine Fireworks Factory Zurrieq. Nixtiequ wkoll nuru s-solidarjeta' taghna lejn il-familjari taz-zewg vittmi tat-tracedja, u ninghaqdu wkoll maghhom fit-talb ghal ruh Nazzareno u ghal Alfred Cassar li qieghed f'qaghda kritika.

Is-Socjetà Muzikali Santa Katarina tixtieq tirringrazzja lill-dawk l-ghaqdiet kollha, kif ukoll individwi, li wrew soghba ghat-telfa tas-Sur Nazzareno, fosthom l-Ghaqda Queen Victoria taz-Zurrieq, li f'dan il-mument delikat insiet id-differenzi kollha ta' bejnietna u wriet sinjal ta' luttu permezz ta' bandiera mezzasta.

Madanakollu, b'dispjacir kbir ghaz-Zrieraq kollha, wiehed ma jistax ma jinnutax li l-Kunsill Lokali Zurrieq ma wera l-ebda sinjal ta' soghba, solidarjeta' jew luttu mas-Socjetà Muzikali Santa Katarina V.M. u mal-familjari u hbieb kollha tal-vittma. Huwa dizrispett kbir li l-Kunsill Lokali li suppost jirraprezenta liz-Zrieraq kollha, qed jirrifjuta li juri soghba fit-telfa ta' wiehed minn uliedu. Ahna bhala Socjetà avvicinajna lill-Kunsill Lokali Zurrieq, fejn tkellimna direttament mal-Kunsillier Joe D'Amato u mas-Segretarju Ezekuttiv Adrian Mifsud u dawn sostnew li l-kunsill ma jridx johloq precedent billi juri xi sinjal ta' luttu u rrifjuta kategorikament li jnizzel il-bandiera mezzasta, u dan mhux bl-approvazzjoni tal-kunsilliera kollha.

 


STQARRIJA MAHRUGA MIS-SOCJETA’ MUZIKALI SANTA KATARINA V.M. ZURRIEQ

Il-Gimgha, 16 ta' Novembru 2007

Gheziez membri,

Qeghdin nibaghtu din in-newsletter, bhala informazzjoni tax-xoghol kbir li kien qed isir fis-Socjetà. Din in-newsletter kienet diga' pprintjata u lesta ghall-posta, meta s-Socjetà ghaddiet minn tracedja kbira. Ghalhekk hassejna bhala kumitat li ghandna nibaghtu n-newsletter xorta, flimkien ma' din l-ittra. Kien xokk kbir ghalina bhala kumitat kollu meta smajna u rajna x'gara nhar il-Hamis 15 ta' Novembru gewwa s-St Catherine Fireworks Factory meta saret tracedja kbira fejn tlifna l-membru Nazzareno Barbara u membru iehor Alfred Cassar jinsab f'qaghda kritika gewwa t-taqsima tal-Kura Ntensiva l-isptar. Qatt ma nistghu insibu kliem bizzejjed biex nuru s-soghba taghna mal-familjari ta' dawn iz-zewg vittmi. Izda minn qalbna bhala kumitat naghtu l-kondoljanzi lill-familja Barbara u noffru kull ghajnuna possibli liz-zewg familji f'dan il-mument hekk ikrah.

Bhala kumitat f'laqgha straordinarja dakinhar stess ta' l-incident iddecidejna li:
1. Inwaqqfu l-attivitajiet kollha, inkluz il-kuncerti tal-banda, sa l-ahhar ta' Dicembru 2007.
2. Jithassru l-festi esterni kollha ghall-festa ta' Novembru u nattendu biss ghall-Festi Liturgici fejn noffru t-talb u l-quddies kollu ghall-bzonn taz-zewg vittmi.
3. Il-vara ghaziza ta' Santa Katarina V.M. ma ddurx mal-knisja wara l-quddiesa bhala sinjal ta' luttu.
4. Minflok ikla ta' nofsinhar dak inhar tal-festa ta' Novembru issir siegha adorazzjoni fis-siegha ta' wara nofs inhar.

Qed inhossu li ghandna niehdu dawn l-azzjonijiet mhux biss bhala luttu izda ghax id-dieqa f'qalbna hi kbira.

Fl-ahhar gheziez membri qed nitolbukom toffru hafna talb ghal dawn il-vittmi, kif ukoll infittxu l-ghaqda ta' bejnietna f'dan il-mument verament ikrah ghas-Socjetà.


Tislima lil Nazzareno Barbara

Il-Hamis, 15 ta' Novembru 2007

Il-President u l-Kumitat tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina VM jinforma li l-Funeral tas-Sur Nazzareno Barbara li miet tragikament illum 15 ta' Novembru 2007 fis-St. Cartherine Fireworks Factory, ser isir nhar is-Sibt 17 ta' Novembru 2007.

Fis-2:00pm il-Banda Santa Katarina V.M. takkumpanja il-korteo li ser jibda' minn Triq Dun Guzepp Zammit fejn wara jghaddi minn Pjazza Mattia Preti, Triq Pietru Pawl Saydon, Misrah Repubblika, fejn wara li tinghata l-ahhar tislima quddiem il-Kazin, il-korteo jintemm fil-Knisja Arcipretali ddedikata lil Santa Katarina V.M., ghal bidu tal-Quddiesa kkoncelebrata b'sufragju.


STQARRIJA MAHRUGA WARA L-INCIDENT TRAGIKU LI SEHH ILLUM IL-HAMIS 15 TA’ NOVEMBRU 2007.

Il-Hamis, 15 ta' Novembru 2007

Is-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. Zurrieq bhalissa tinsab ghaddejja minn mumenti ferm difficli hekk kif kmieni wara nofs in-nhar saret spluzjoni gewwa s-St Catherine Fireworks Factory gewwa Bubaqra z-Zurrieq stess; spluzjoni li halliet lis-Sur Zaren Barbara mejjet u lis-Sur Alfred Cassar ferut gravi u fil-periklu li jitlef hajtu. B'xorti tajba partitarji ohra li kienu qed jahdmu fi kmamar fil-qrib ma garbu l-ebda griehi.

 

F'dawn il-mumenti l-President tas-Socjeta' s-Sur Charles Schembri, is-Segretarju Joseph Darmanin, u l-Kumitat centrali tas-Socjeta', flimkien mas-Sotto Kumitati u l-membri kollha, jixtiequ juru s-solidarjeta' mal-familji tal-vittmi, u joffru l-kondoljanzi taghhom lill-familja tas-Sur Barbara.

Aktar dettalji dwar il-funeral u l-mizuri li se jittiehdu mill-kumitat fil-konfront ta' din is-sitwazzjoni tragika jithabbru ‘l quddiem.


Regolamenti Ġodda u Emendi TAL-ISTATUT TAS-SOCJETA HEKK KIF DECIZI FIS-SEDUTA GENERALI ANNWALI 2007

It-Tnejn, 12 ta' Novembru 2007

Il-President għandu jkollu wkoll id-dritt tal-vot. F'każ li votazzjoni tiġi ndaqs jista' jerġa' jivvota il-casting vote. Dan ta' l-aħħar ma japplikax jekk ir-regolament jitlob li biex tgħaddi votazzjoni trid żewġ terzi 2/3.

 Ħatra ta' erba' (4) Awdituri li ma jistgħux ikunu membri fil-Kumitat, jew kaxxier /a ta' sotto Kumitat, u li l-kariga tagħhom tkun li jeżaminaw il-kotba u l-inventarji kollha tas-Soċjetà. Wieħed minn dawn l-erba' Awdituri jintgħażel bħala Chairman wara l-ewwel laqgħa ta' bejniethom.

 Jekk ħadd mill-familjari ma javża' bil-mewt tal-membru tal-familja tagħhom, is-Soċjetà ma tinżammx resposabbli jekk fin-nuqqas ta' dan it-tagħrif ma titlax il-bandiera mezz asta.

 Kull vistu għandu jieqaf : minn nofs inhar ta' lejliet il-Milied, fil-Milied, fl-Ewwel tas-Sena, fil-ġimgħa tal-Festa ta' Santa Katarina, u ġranet oħra ta' festa fil-Parroċċa ta' Santa Katarina jew fil-Każin. Il-vistu fil-ġranet fuq imsemmija huwa limitat għall-ħin tal-funeral, billi x'ħin ikun għaddej il-funeral tinżel il-bandiera mezz'asta. F'dan il-każ il-vistu jsir wara li jgħaddu l-Festi hawn fuq imsemmija.

 F'każ li fid-diskussjoni li tkun ser issir ikun hemm konflitti ta' nteress (ta' ġenituri, aħwa, ulied jew konjugi) il-membru irid jitlaq mis-seduta qabel id-diskussjoni u jiġi mgħajjat lura wara li jkun ittieħed il-vot. F'każ tas-Seduta Ġenerali, biex japplika dan ir-regolament irid ikun hemm qbil fost il-membri b'maġġoranza sempliċi.

 Fil-votazzjoni għall-membri tal-Kumitat, il-vot għandu jimtela' bin-numru ta' preferenzi daqs l-ammont ta' membri li jiffurmaw il-Kumitat skond ir-regolament numru 30 (ħdax-il membru). Jekk fil-vot ma jkunx hemm dan l-ammont ta' preferenzi (jiġifieri mill-1 sal-11), jew ikun hemm aktar mill-ammont ta' membri meħtieġa biex jifformaw il-Kumitat, il-vot jitqies bħala invalidu.
 

Il-ħlas tal-menswalita għas-sena 2008 ser ikun ta' Lm4.29 (€10.00).


Kumitat Centrali

Il-Hadd, 28 ta' Ottubru 2007-2008

Dawn huma l-ismijiet tal membri l-godda tal-KUMITAT CENTRALI. Qeghdin imnizzlin fl-ordni alfabetika:

  • Bugeja Joe
  • Camilleri Anna
  • Camilleri Charlie
  • Camilleri Moses
  • Chetcuti Josef
  • Darmanin Joey
  • Falzon Steve
  • Farrugia Emanuel
  • Farrugia Richard
  • Schembri Martin
  • Tanti Charlie

Chairperson tal- kummisjoni derigenti: Is-Sur Joseph Vella

Membri: Sur Lino Busutill u Sinjorina Annalisa Schembri

Minn qalbna nawgurawlhom hidma ta' successi ghas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M..

 

 


President Gdid ghas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M.

Il-Hamis, 25 ta' Ottubru 2007

Is-Sur Charlie Schembri gie mahtur President tas-Socjeta' wara li Sur Anthony Bonnici ACIB temm il-kariga tieghu f'Ottubru ta' din is-sena.

Filwaqt li nirringrazzja lis-Sur Bonnici ghas-servizz siewi u ghall-kontribut tieghu lejn is-Socjeta', nixtiequ nawguraw lis-Sur Schembri biex ikompli jibni fuq il-passi tal-predecessuri tieghu sabiex il-festa f'gieh il-Padruna taz-Zurrieq, Santa Katarina V.M. tkompli tikber u tisbieh. Nirringrazzjaw lis-Sur Schembri ghall-impenn li dahal ghalih u nifirhulu fil-kariga l-gdida tieghu ta' President tas-Socjeta'.


DVD Festa Santa Katarina V.M. 2007

It-Tnejn, 15 ta' Ottubru 2007

Id-Dvd tal-festa tal-Padruna titulari Santa Katarina issa lesta. Minn jixtieq kopja ta din id-dvd ghandu jigi jibbukja fil-bar tal-Kazin tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina V.M. Id-dvd tiswa Lm10.00. Ghandu jithalla depozitu ta' Lm5.00 ghal kull dvd li tigi ordnata. Grazzi.


DVD tan-Nar 2007

It-Tnejn, 8 ta' Ottubru 2007

Is-Sotto Kumitat tan-Nar għadu kif ħareġ dvd bin-nar kollu li nħaraq ma' tul il-gimgħa tal-festa tal-Padruna Titulari Santa Katarina V.M. ta' Lixandra. Minn jixtieq jixtri din id-dvd jikuntatja lil xi membru minn tas-Sotto kumitat tan-nar. Grazzi


Success Festa 2007

It-Tlieta, 4 ta' Settembru 2007

Il-President u l-Kumitat tas-Socjeta' Muzikali Santa Katarina VM jirringrazzjaw lis-Sotto Kumitati kollha; Banda, Nar, Nisa, Zghazagh, Armar u Kultura flimkien mal-bandisti, Surmast u Ass. Surmast tal-Banda Santa Katarina VM, kif ukoll lil kull min ta' s-sehem tieghu fix-xandir ta' Radju Santa Katarina u UTV ghas-success miksub fil-Festa Ad Unur il-Patruna tar-rahal taghna Santa Katarina Vergi u Martri ta' Lixandra.  Nirringrazzjaw ukoll lill-membri, benefatturi u ammiraturi kollha tas-Socjeta' ghax-xoghol kbir li sar biex ghal darb'ohra il-livell tal-Festa taghna kien wiehed li jilhaq il-quccata tal-Festi Maltin.


Website Gdida

Festa 2007

Nilqughkhom fil-website il-gdida ufficjali tas-Socjeta. Il-website giet moghtija dehra aktar moderna. Ghalkhemm ghada m'hiex lesta ghal kollox, diga hemm hafna affarijiet minnha li huma lesti. Iktar updates ser jibqghu isiru fiz-zmien li gej.


Xi features godda li tistghu ssibu f'din il-website gdida huma:



Nisperaw li toghgobkhom u jekk ikollkhom xi suggerimenti niehdu gost jekk tghadduhomna.


Radju Santa Katarina

19 t'Awissu sa 2 ta' Settembru 2007

Link: Isma r-Radio minn fuq l-internet u ara l-webcam


Ghas-sitt sena l-ewwel radju tal-kommunita, Radju Santa Katarina ser ikun qed ixandar bl-iskeda tieghu bejn id-19 t' Awissu u t-2 ta' Settembru 2007. Dan ukoll qieghed ikun imxandar live kemm fuq www.di-ve.com kif ukoll fuq is-site tas-Socjeta'. Ghafas hawn biex tkun tista ssegwi Radju Santa Katarina kif ukoll web cams li qed iwasslu l-parti l-kbira tal-Festa ta' Santa Katarina Patruna taz-Zurrieq. Tista' wkoll taghmel kuntatt ma' Radju Santa Katarina billi ccempel 21640354 jew SMS 50611002 kif ukoll tibghat e-mail.


Ghal Dejjem Zaghzugh

Is-Sibt, 25 ta' Awissu 2007

Bhala tifkira ta' 15-il-sena Sezzjoni Zghazagh Palmisti, l-istess sezzjoni ha tniedi diska bil-video maghha bit-titlu 'Ghal Dejjem Zaghzugh'. Din id-diska hija kantata minn Glen Vella waqt li l-kompozizzjoni u l-muzika huma ta' Mark Tonna. Il-muntagg u l-filmat tal-music video gie mahdum minn Henry Zammit Cordina (Zamcor Video Production) filwaqt li l-programm interattiv huwa xoghol ta’ Mark Cassar (Casasoft). Il- program interattiv huwa mimli tifkiriet ta’ ritratti kif wkoll video clips tas-sucessi kollha li nkisbu matul is-snin mis-Sezzjoni Zghazagh Palmisti. Id-dvd ha jkun ghall-bejgh minghand il-bar tal-Kazin Santa Katarina V.M. Ghall-aktar informazzjoni tistghu ccemplu fuq 79056662.


developed by CasaSoft