| Lulju 2008 |
|
Tn
|
Tl
|
Er
|
Ħa
|
Ġi
|
Si
|
Ħa
|
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
| 7 |
8 |
9 |
10 |
11 |
12 |
13 |
| 14 |
15 |
16 |
17 |
18 |
19 |
20 |
| 21 |
22 |
23 |
24 |
25 |
26 |
27 |
| 28 |
29 |
30 |
31 |
|
|
|
|
Aħbarijiet Riċenti
LEJLA KATARINJANA 2008
It-Tlieta, 22 ta' Lulju 2008
Wara s-suċċess tas-sena li għaddiet, il-Kumitat iddċċieda li jerġa' jorganizza Lejla Katarinjana ġewwa Misraħ Repubblika nhar il-Ħamis 28 t'Awissu. Din tkun Lejla Muziko-Letterarja fejn ikun hemm kant, re-enactment, daqq, qari ta' poeżiji u affarijiet oħra relatati, kollha jagħtu ġieħ lil Santa Katarina V.M. Kif tistgħu timmaġinaw, din is-serata tirrikjedi ħafna xogħol, għalhekk qed nitolbukom toffru l-għajnuna tagħkom bħala re-enactors, fratelli, bandisti, jew kwalunkwe għajnuna oħra. Kull min hu nteressat għandu jimla il-formola li jista jsieba fis-section ta' News Letter u jgħaddiha lil xi membru tal-Kumitat. Għal aktar informazzjoni ċemplu fuq 79251100. Kun kburi li tagħmel parti mill-kast int ukoll! Għandna bżonn ġafna nies jipparteċipaw. Aktar ma tikkonkorru aktar ikollna effett sabiħ. GRAZZI BIL-QUDDIEM U VIVA SANTA KATARINA V.M.
Ġabra nhar il-Ħadd 27 ta' Lulju 2008
Is-Sibt, 12 ta' Lulju 2008
Għeżież Partitarji, Infakkarkom fis-solitu ġabra nhar il-Ħadd 27 ta' Lulju 2008, nhar il-festa tal-Madonna tal-Karmnu fiż-Żurrieq. Nitlob sew għajnuna tal-volontarji, biex jgħinuna fil-ġbir, kif ukoll għall-ġenerożita' tagħkom fl-għotjiet. Nifhmu li l-ispejjeż tal-ħajja huma kbar, pero tas-Soċjeta' mhux inqas. Biex inkomplu nżommu l-livell kbir li aħna dejjem kellna, nitolbukom li bħal ma dejjem kontu, terġgħu tkunu ġenerużi. Nixtieq minn qalbi nirringrazzjakom taż-żewġ ġabriet li għaddew li kienu ferm tajbin, u anke għall-ħlas tal-menswalita'. Jekk inti tixtieq tidħol membru jew taf b'xi ħadd li jixtieq, avviċina lil xi ħadd tal-Kumitat. Kun kburi li inti membru wkoll fl-akbar Soċjeta' fiż-Żurrieq. Nawguralkom il-festa t-tajba. GRAZZI ĦAFNA. Dejjem tagħkom, Joseph Darmanin, Segretarju.
TROFEJ
Is-Sibt, 12 ta' Lulju 2008
Din is-sena żgur ser tkunu kburin b'dak li ser taraw fuq ix-xogħol tat-trofej il-ġdid għal Triq Pietru Pawl Saydon, fuq disinn tas-Sur Jeremy Cachia. Biex nibqgħu għaddejjin b'ritmu tajjeb, għandna bżonn finanzi kbar. Min jidħol sal-intrata tal-każin jista' jara l-informazzjoni kollha fuq board apposta. Kull kaxxa ta' donazzjoni tiswa €50 biss. Għinna nkomplu dan il-proġett, għax int ukoll se tkun kburi li fiż-Żurrieq ser ikollna dan il-proġett meraviljuż, oriġinali u li se jibqa' jitgawda għal ħafna u ħafna snin. GRAZZI TAL-GĦAJNUNA U TA' L-GĦOTJA TIEGĦEK. Joseph Darmanin, Chairman - Sotto Kumitat Armar.
Press Release
Il-Hamis, 3 ta' Lulju 2008
Il-Banda Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq ser tieħu sehem f'dawn il-festi matul ix-xahar t'Awissu 2008. L-Erbgħa 6 t'Awissu 2008, tagħmel marċ fil-festa ta' San Lawrenz fil-Birgu. Il-Ħamis u l-Ġimg]a 14 u 15 t'Awissu 2008, tagħmel marċ u tesegwixxi program mużikali fil-festa ta' Santa Marija fil-Qrendi. Il-Banda tkun immexxija mill-Ass.Surmast Mario Testa F.(Mus.), E.I.H.E.(H.C.)
Press Release
Il-Hadd, 15 ta' Gunju 2008
Il-Banda Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq ser tieħu sehem f'dawn il-festi matul ix-xahar ta' Lulju 2008. Il-Ġimgħa 11 ta' Lulju 2008, tagħmel marċ għall-festa ta' San Ġużepp Ħal-Kirkop. Il-Ħamis 17 ta' Lulju 2008, tagħmel marċ għall-festa ta' San Ġorġ M. Fil-Belt Victoria Għawdex. Il-Banda ser tkun immexxija mill-Ass. Surmast Mario Testa F.Mus., E.I.M.E. (H.C.).
AVVIŻ
Il-Hadd, 1 ta' Gunju 2008
AVVIŻ Il-Kumitat jixtieq javża li s-servizz li jmiss tal-Banda Santa Katarina v.m. huwa nhar it-Tnejn 30 ta' Ġunju ġewwa tas-Sliema għall- Festa tas-Sagra Coure..Għalhekk il-kumitat iħeġġeġ lill-Bandisti biex jiġu bi ħġarhom għal dan is-servizz kif ukoll lill-membri u partitarji biex jakkumpanjaw lill-banda. Dan żgur jagħti kuraġġ kbir sew lill-bandist kif ukoll lill-kumitat u sotto kumitati fi ħdan is-Soċjeta'. Grazzi tal-appoġġ
SEDUTA
Il-Hadd, 1 ta' Gunju 2008
1 ta' Ġunju 2008 SEDUTA GĦAS-SOTTO KUMITATI Ser issir seduta għas-Sotto Kumitati kollha fi ħdan is-Soċjeta' fis-Sala Mro. Espedito Deguara nhar l-Erbgħa 11ta' Ġunju 2008 fis-8.00pm. Importanti li kulħadd jattendi. Nitolbu lis-Segretarju ta' kull Sotto Kumitat jinforma l-membri l-oħra sabiex jattendu. L-aġenda prinċipali hija l-Festa 2008 u polza ta' assigurazzjoni fost ħwejjeġ importanti oħra.
Press Release
Il-Hamis, 29 ta' Mejju 2008
Il-Banda Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq ser tieħhu sehem f'dawn il-festi matul ix-xahar ta' Ġunju 2008. It-Tnejn 9 ta' Ġunju 2008, tagħmel marċ għall-festa ta' Santa Katarina V.M. fiż-Żejtun. It-Tnejn 30 ta' Ġunju, tagħmel mar` għall-festa tas- Sacre Cuor f' tas-Sliema. Il-Banda ser tkun immexxija mill-Ass. Surmast Mario Testa F.Mus., E.I.M.E. (H.C.).
Final ta' Lis-Snooker Competition
L-Gimgha, 23 ta' Mejju 2008
Nhar il-Ġimgħa 23ta' Mejju fil-każin tas-Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M. ser isir l-final ta' lis-Snooker Competion bejn Athur Cachia vs Duncan Bezzina fis-6.00pm. Wara ssir il-Preżentazzjoni tal best of 11 Ir-rebbieħ għandu premju ta €500. Il-Logħoba ħa tintwerra fuq il-Big sreen fil bar tal-Kazin ta' l-istess Soċjeta'.
TIEĠ TRADIZZJONALI MALTI TA’ ŻMIEN L-IMGĦODDI (1500-1700)
Is-Sibt, 17 ta' Mejju 2008
Is-Sotto Kumitat tal-Kultura fi ħdan is-Soċjeta' Mużikali Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq, jistieden lill-pubbliku Malti u barrani għal-Tieħ Tipikament Malti ta' Żmien L-Imgħoddi li se jsir fit-toroq pittoreski taż-Żurrieq, nhar is-Sibt 17 ta' Mejju, 2008. L-attivita' tingħata bidu f'Misraħ ir-Repubblika, il-misraħ prinċipali taż-Żurrieq, taħt l-Istatwa ta' Santa Katarina V.M., f' inzul ix-xemx. Wara, kulħadd jimxi ma' l-għarajjes fil--ġilwa tagħhom. Ngħaddu mix-Xarolla ta' Fuq, fejn se nkunu nistgħu naraw xeni ta' żmien l-imgħoddi ta' xogħol u artijanat Malti. Matul it-triq, l-għarajjes se jkunu akkumpanjati bid-daqq tal-kitarra u b'għana folkloristiku. Iż-Żwieġ se jsir fuq iz-zuntier tal-Kappella ta' San Bert biex ikun jista jiġi gawdut mill-folla preżenti. Wara ċ-ċerimonja taż-żwieġ, se jsir riċeviment fl-ambjent sabiħ u uniku fil-gzejjer Maltin, mad-dawra tal-MITĦNA TAX-XAROLLA. L-għarajjes se jduru man-nies, akkumpanjati mill-ġenituri, fost id-daqq u-żfin folkloristiku Malti. Għal dawk li se jkunu qatgħu biljett minn qabel, se jkun hemm ikel tipiku Malti u xi qatra nbid ukoll. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-membri tal-kumitat, mingħand Topsale Stationery - Triq Dun Guzepp Zammit u Miami Paradise - Misraħ ir-Repubblika, Żurrieq. Ticket hotlines : 9947 2288 - 7906 5985
RINGRAZZJAMENT MILL-QALB
L-Erbgha, 30 ta' April 2008
WARA L-ĠABRA MERAVILJUZA TA' NHAR IL-ĦADD 20 T'APRIL, NIXTIEQ F'ISEM IL-PRESIDENT U L-KUMITAT NIRRINGRAZZJA L-EWWEL NETT LIL DAWK KOLLHA LI TAW SEHEMHOM FIL-ĠABRA BILLI OFFREW IL-ĦIN TAGĦHOM U ĠEW JIĠBRU. NIXTIEQ UKOLL NIRRINGRAZZJA LILKOM MEMBRI TAS-SOĊJETA' TAGĦNA KIF UKOLL PARTITARJI TA' L-GĦOTJIET SBIEĦ LI INTOM TAJTU. NAPPREZZAW ĦAFNA LI LQAJTU L-APPELL TAGĦNA. DAN HUWA LI JSAĦĦAĦ IS-SOĊJETA', LI FLIMKIEN BĦAL FAMILJA NKUNU LESTI LI NGĦINU LIL XULXIN U NKUNU QALB WAĦDA. GĦAL DARB'OĦRA NIRRINGRAZZJAKOM U MINN QALBNA NIXTEQULKOM KULL SUĊĊESS FIL-ĦAJJA PERSONALI TAGĦKOM. JOSEPH DARMANIN SEGRETARJU
Avviz
Is-Sibt, 19 ta' April 2008
Gheziez Membri u Partitarji, F'isem il-Kumitat qed nerga' niktbilkom u ninfurmakom bil-gabra tal-"Ghid", li s-Socjeta' ser taghmel nhar il-Hadd filghodu fl-20 t'April 2008. Kif tafu, s-Socjeta' tiddependi hafna fuq il-generozita' kbira taghkom il-membri. Illum il-kazin m'ghadux bhal qabel izda llum sar palazz mill-aqwa mimli b'rikkezzi kbar u anke kumditajiet ghall-membri kollha. Pero, biex izzomm dan il-livell u anke l-kumdita' li toffri s-Socjeta' taghna tinvolvi finanzi kbar. Kif kulhadd jaf, il-kazin hu mibni fuq il-volontarjat u ta' dan nibda biex nirringrazzja lil shabi kollha tal-kumitat, Sotto Kumitati, membri u partitarji li joffru hafna hin prezzjuz biex jaghmlu xoghol ferm utli ghas-Socjeta'. Is-sezzjonijiet tas-Socjeta' taghna huma ferm attivi; jorganizzaw attivitajiet ta' kull xorta b'hafna sagrificcji personali biex jaghtu pjacir lill-membri u partitarji, u anke barranin, u fl-istess hin ikunu qed ihallu xi haga tal-flus bhala fund raising. Kulhadd jaf li l-ispejjez huma kbar. Tistghu tahsbu kemm tigi tiswa festa kbira bhal taghna, il-kazin, u anke spejjez kurrenti ohra. Il-banda ghaziza taghna nippruvaw ma nhalluha nieqsa minn xejn, biex verament inkunu nistghu niftahru li ghandna wahda mill-aqwa baned ta' gziritna. Izda jkun ghalxejn dan is-sagrificcju kollu kieku ma nsibux lilkom warajna biex tghinuna b'dik ix-xi haga zghira jew kbira, kulhadd kif jista'. Nassigurawkom li l-ghotjiet taghkom jaghmlulna kuragg kbir biex inkomplu nahdmu u anke nidhlu ghal progetti godda kbar u ferm ambizzjuzi. Ghalhekk kif dejjem kontu, nitolbukom tergghu tkunu generuzi fl-ghotjiet taghkom, u nwieghdukom li dak li intom taghtu nutilizzawh bl-ahjar mod biex inkabbru s-Socjeta' taghna Santa Katarina V.M. Nixtieq niehu din l-opportunita' wkoll biex infakkar lil min ghadu ma hallasx il-menswalita' biex jaghmel dan mill-aktar fis. Kun int ukoll kburi li taghmel parti minn din l-akbar Socjeta' go rahalna. Inhajru wkoll membri godda sabiex jinghaqdu maghna. GRAZZI LIL KULHADD TAL-KOPERAZZJONI Joseph Darmanin Segretarju
Snooker Competition
Il-Gimgha, 28 ta' Marzu 2008
|